31998R2365



Official Journal L 293 , 31/10/1998 P. 0049 - 0049


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2365/98

tat-30 ta’ Ottubru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1633/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 759/88 [4], jistabbilixxi, fl-Artikolu 12a, regoli dettaljati dwar il-liċenzji għal ċerti prodotti li jkunu esportati lejn il-Kanada;

Billi dawk r-regoli jipprovdu partikolarment għall-applikazzjonijiet u l-allokazzjonijiet ta’ kull xahar għall-liċenzji ta’ l-esportazzjoni; billi l-esperjenza wriet li sistema perjodika bħal din m’għadiex aktar meħtieġa; mentri r-Regolament (KE) Nru 1445/95 għandu jkun emendat kif xieraq;

Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1445/95 għandu jkun emendat kif ġej:

1) Il-paragrafu 6 għandu jkun mħassar;

2) Il-paragrafu 7 għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

"7. Mhux aktar tard minn tlett ‘ijiem ta’ xogħol wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta’ l-applikanti u ta’ l-ammonti tal-prodotti li jkunu applikaw għalihom.";

3) Il-paragrafu 8 għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

"8. Jekk l-ammonti li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet għal liċenzji jeċċedu dawk disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel persentaġġ wieħed ta’ aċċettazzjoni li japplika għall-ammonti mitluba.";

4) Il-paragrafu 9 għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

"9. Il-liċenzji għandhom jinħarġu fl-10 ġurnata ta’ xogħol wara l-jum ta’ l-applikazzjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Novembru 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 17.

[3] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

[4] ĠU L 105, ta’ l-4.4.1998, p. 7.

--------------------------------------------------