31998R2135



Official Journal L 274 , 09/10/1998 P. 0001 - 0021


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98

ta' l-24 ta' Settembru 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85

IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxi b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembbru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq [4] jistabbilixxi disposizzjonijiet rigward il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni tat-trasport fuq it-toroq;

(2) Billi l-esperjenza wriet li l-pressjonijiet ekonomiċi u l-kompetizzjoni tat-trasport fuq it-toroq wasslu lil xi sewwieqa impjegati ma' kumpaniji tat-trasport fuq it-toroq biex jiksru ċerti regoli, b'mod partikolari dawk rigward il-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali dwar it-trasport fuq it-toroq [5];

(3) Billi l-ksur sfaċċat u l-frodi jikkawżaw periklu għas-sigurtà fuq it-toroq u huma inaċċettabbli għal raġunijiet ta' kompetizzjoni għal sewwieqa individwali li jirrispettaw ir-regoli;

(4) Billi s-sigurtà fuq it-toroq tista' tiġi mtejba bir-reġistrazzjoni awtomatika u s-sorvelljanza regolari, kemm mill-impriża kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti, tad-dettalji tal-prestazzjoni u l-imġieba tas-sewwieq kif ukoll tal-vjaġġ tal-vettura, bħalma huma l-veloċità u d-distanza misjuqa;

(5) Billi r-regolamenti soċjali Komunitarji jinkludu ċerti rekwiżiti dwar limiti fis-sewqan ta' kuljum u l-ħin tal-mistrieħ kif ukoll dwar it-total tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, sa gimgħatejn; billi huwa diffiċli li wieħed jissorvellja l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti minħabba li d-data tiġi rreġistrata fuq bosta folji dokumentarji kull jum, li minnhom il-folji dokumentarji għall-ġimgħa kurrenti u l-aħħar jum tal-ġimgħa preċedenti għandhom jinżammu fil-kabina;

(6) Billi, sabiex jintemmu l-aktar abbużi komuni fis-sistema preżenti, huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jintroduċi apparat ġdid avvanzat bħalma hu apparat ta' reġistrazzjoni armat bi strument elettroniku li fih tista' tintrefa' l-informazzjoni relevanti u l-karta personali tas-sewwieq, biex b'hekk wieħed jassigura li d-data rreġistrata tkun tista' dejjem tinstab, tkun tiftiehem meta tiġi stampata, u tkun affidabbli, u li dawn jipprovdu dokumentazzjoni indiskutibbli dwar ix-xogħol li jkun sar kemm mis-sewwieq matul l-aħħar ġranet kif ukoll mill-vetturi matul medda ta' bosta xhur;

(7) Billi s-sigurtà totali tas-sistema u tal-komponenti tagħha hija essenzjali biex l-apparat ta' reġistrazzjoni jaħdem b'mod effiċjenti;

(8) Billi jridu jiġu stabbiliti disposizzjonijiet biex jiggwidaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-karti tal-memorja pprovduti mill-Anness IB jistgħu jinħarġu u jintużaw;

(9) Billi d-data dwar l-attivitajiet tas-sewwieq jeħtieġ li tkun verifikabbli mis-sewwieqa nfushom, mill-kumpaniji li jimpjegawhom u mill-awtoritajiet kompetenti ta'l-Istati Membri; billi, madankollu, hija biss id-data relevanti għall-attivitajiet rispettivi tagħhom li għandha tkun aċċessibbli għas-sewwieq u l-kumpanija tiegħu;

(10) Billi l-apparat ta' reġistrazzjoni li dwaru jipprovdi dan ir-Regolament għandu jiġi nstallat fuq il-vetturi li jinħarġu għas-servizz l-ewwel darba wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurrnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li xi whud minnhom huma definiti mill-Kummissjoni b'mod konformi mal-proċedura tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85; billi huwa meħtieġ perjodu transitorju biex jippermetti li l-apparat tar-reġistrazzjoni jiġi maħdum skond dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biex il-komponenti tagħhom jingħataw mill-KE l-approvazzjoni rigward it-tip;

(11) Billi hija ħaġa ta' min jixtieqha li l-apparat ta' reġistrazzjoni li jkun jikkonforma ma' l-Anness IB għandu joffri wkoll l-possibbiltà ta' espansjoni bi nfieq baxx tal-funzjonijiet tiegħu biex tiġi kkontrollata flotta;

(12) Billi, b'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-azzjoni Komunitarja hija meħtieġa biex jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 sabiex jiġi assigurat li l-apparat tar-reġistrazzjoni li jikkonforma ma' l-Anness IB ikun kumpatibbli mal-karti tas-sewwieq u li d-data li toħroġ mil-apparat ta' reġistrazzjoni li tkun konformi ma' l-Annessi I u IB tkun konsistenti;

(13) Billi l-progress tekniku jeħtieġ li jiġu adottati immedjatament ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi ta' dan ir-Regolament; billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan l-iskop, għandha ssir disposizzjoni biex jiġu approvati mill-Kummissjoni l-addattazzjonijiet tekniċi ta' dawk l-Annessi, waqt li din taġixxi b'mod konformi mal-proċedura tal-Kumitat kif spjegata fid-deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju 1987 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni [6];

(14) Billi l-intoduzzjoni ta' apparat ġdid ta' reġistrazzjoni tfisser li ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/559/KEE [7] rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 jeħtieġu li jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1 il-kliem "u ta" l-Annessi I u II tagħhom' għandu jiġi sostitwit bil-kliem "u ta" l-Annessi 1 jew IB u II tagħhom';

2. L-Artikoli 4.5.6.7.8 u 11 għandhom jiġu emendati biż-żieda tal-kliem "jew karta tal-memorja" fejn issir referenza għal "folja dokumentarja" jew "folji dokumentarji";

3. fl-Artikolu 4 dan is-subparagrafu li ġej għandu jiġi infilzat qabel l-ewwel subparagrafu:

"Għall-iskopijiet ta' dan il-kapitolu, il-kliem "apparat ta' reġistrazzjoni"; għandu jfisser "apparat ta' reġistrazzjoni u l-komponenti tiegħu";.";

4. fl-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' apparat ta' reġistrazzjoni, lil kwalunkwe mudell ta' folja dokumentarja jew karta tal-memorja li tkun tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew IB ta' dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru jkun f'pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

Is-sigurtà tas-sistema trid tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness IB. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għandha tassigura li l-Anness imsemmi jistabbilixxi li l-apparat ta' reġistrazzjoni jista' ma jingħatax l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip KE sakemm is-sistema kollha (l-apparat ta' reġistrazzjoni nnifsu, il-karta tas-sewwieq u l-konnessjonijiet elettriċi tal-gearbox) ma tagħtix prova tal-kapaċità tagħha li tirreżisti tentattivi biex isiru tbagħbis jew alterazzjonijiet fid-data dwar il-ħinijiet tas-sewqan. It-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit dan għandhom isiru minn esperti li jkunu midħla ma' modi ta' teknika aġġornati ta' tbagħbis.";

5. fl-Artikolu 12:

(a) dan li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

"Il-perjodu tal-validità amminstrattiva tal-karti li jinħarġu lill-azjendi tax-xogħol u lill-fitters m'għandux jiskorri s-sena.

Jekk karta maħruġa lil azjenda jew fitter approvati tkun sejra tiġi estiża, jkollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, tkun mitlufa jew misruqa, l-awtorità għandha tissuplixxi karta ta' rimpjazzament fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata f'dan is-sens.

Meta tinħareġ karta ġdida biex tissostitwixxi waħda qadima, il-karta l-ġdida għandha jkollha l-istess numru informattiv ta' l-"azjenda tax-xogħol";, iżda l-indiċi għandu jiżdied b'wieħed. L-awtorità li toħroġ il-karta għandha żżomm reġistru tal-karti mitlufa, misruqa jew difettużi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw li l-karti mqassma lil fitters u l-azjendi tax-xogħol approvati jiġu falsifikati.";

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġu sostitwit b'dan li ġej:

"2. il-fitter jew l-azjendi tax-xogħol approvati għandhom ipoġġu marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħlu u, barraminnhekk, għandhom iniżżlu fil-każ ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Anness IB, id-data elettronika ta' sigurtà biex iwettqu, b'mod partikolari, il-verifiki ta' l-awtentikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom iżommu reġistru tal-marki u tad-data elettronika tas-sigurtà użati u tal-karti ta' l-azjenda tax-xogħol u l-fitters approvati maħruġa.";

(ċ) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista tal-fitters u l-azjendi approvati u l-karti lilhom maħruġa u għandhom jibagħtulha kopji tal-marki u ta' l-informazzjoni meħtieġa rrelatata mad-data elettronika dwar is-siġurtà użata.";

(d) fil-paragrafu 4 ir-referenza għall-"L-Anness 1" għandha tiġi sostitwita bir-referenza għall-"L-Annessi 1 u 1B";

(e) fil-paragrafu 5 il-kliem "jew fl-Anness 1B taqsima VI (ċ)" għandu jiddaħħal wara l-kliem "il-paragrafu 4";

6. L-Artikolu 13 għandu jiġu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 13

Is-sid li jimpjega u s-sewwieqa għandhom jassiguraw il-ħidma korretta u l-użu xieraq ta', minn naħa l-waħda, l-apparat tar-reġistrazzjoni u, minn naħa l-oħra, il-karta tas sewwieq fejn is-sewwieq ikun obbligat li jsuq vettura armata bl-apparat tar-reġistrazzjoni b'konformità ma "l-Anness IB.";";

7. fl-Artikolu 14:

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"1. Is-sid għandu joħroġ għadd suffiċjenti ta' folji dokumentarji lis-sewwieqa tal-vetturi armati bl-apparat ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Anness I, waqt li jqis li dawn il-folji huma ta' karattru personali, it-tul tal-perjodu tas-servizz u l-possibbiltà ta' obbligazzjoni biex jinbidlu l-folji li jkollhom il-ħsara, jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat. Is-sid m'għandu joħroġ lis-sewwieqa ebda folji ħlief dawk tal-mudell approvat li jkunu tajbin għall-użu fil-apparat installat fil-vettura.

Meta l-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Anness IB, is-sid u s-sewwieq għandhom jassiguraw li, waqt li jqisu t-tul tal-perjodu tas-servizz, l-istampar meta mitlub kif imsemmi fl-Anness IB ikun jista' jsir b'mod korrett fil-każ li ssir spezzjoni.";

(b) dawn il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"3. Il-karta tas-sewwieq kif definita fl-Anness IB għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti.

Stat Membru jista' jitlob li sewwieq ikun soġġett għad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 u normalment residenti fit-territorju tiegħu biex ikollu karta ta' sewwieq.

(a) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament "residenza normali" tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri ta' mill-inqas 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba f'rabtiet personali jew ta' xogħol, jew, fil-każ ta' persuna mingħajr rabtiet ta' xogħol, minħabba rabtiet personali li jindikaw konnessjonijiet bejn il-persuna u l-post fejn qiegħed jgħix.

Madanakollu, ir-residenza normali ta' persuna li r-rabtiet tax-xogħol tagħha jkunu f'post differenti mir-rabtiet personali u bħala konsegwenza t'hekk tgħix f'postijiet differenti li jkunu f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha titqies bħala li tkun il-post tar-rabtiet personali tagħha, basta din il-persuna tmur lura hemmhekk regolarment. L-aħħar kondizzjoni m'għandhiex għalfejn tiġi sodisfatta meta l-persuna tkun tgħix fi Stat Membru sabiex twettaq ordni ta' xogħol għal żmien fiss.

(b) Is-sewwieqa għandhom jagħtu xhieda tal-post tar-residenza normali tagħhom permezz ta' mezzi approprjati, bħalma hi l-karta ta' l-identità jew dokument validu ieħor.

(ċ) Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun joħroġ il-karta tas-sewwieq ikollu dubji dwar il-validità ta' dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali li tkun saret skond il-punt (b), jew għall-iskop ta' ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu informazzjoni jew evidenza ulterjuri.

(d) L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru awtorizzanti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jassiguraw li l-applikant ma jkollux diġà karta valida ta' sewwieq.

4. (a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tippersonalizza l-karta tas-sewwieq skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness IB.

Għal skopijiet amministrattivi, il-karta tas-sewwieq ma tistax tkun valida għal aktar minn ħames snin.

Is-sewwieq jista' jkollu karta valida waħda biss. Is-sewwieq huwa awtorizzat li juża biss il-karta tiegħu personalizzata ta' sewwieq.

Meta tinħareġ karta ġdida biex tissostitwixxi waħda qadima, il-karta l-ġdida għandu jkollha l-istess numru ta' ħruġ tal-karta tas-sewwieq, iżda l-indiċi għandu jiżdied b'wieħed. L-awtorità awtorizzanti għandha żżomm rekord tal-karti tas-sewwieqa maħruġa, misruqa, mitlufa jew difettużi għal perjodu ta' mill-inqas ekwivalenti għall-perjodu tal-validità amministrattiva tagħhom.

Jekk il-karta tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun mitlufa jew misruqa, l-awtorità għandha tissuplixxi karta ta' rimpjazzament fi żmien ħamest ijiem utli minn meta tirċievi talba dettaljata f'dan is-sens.

Fil-każ ta' talba għal tiġdid ta' karta li d-data ta' l-iskadenza tagħha tkun qiegħda toqrob, l-awtorità għandha tipprovdi karta ġdida qabel id-data ta' l-iskadenza kemm-il darba dik it-talba tkun intbagħtet lilha fiż-żmien stipulat stabbilit fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1).

(b) Il-karti tas-sewwieqa għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu soġġetti għar-Regolament (KEE) Nru 3820/85.

(ċ) Il-karta tas-sewwieq għandha tkun personali. Din ma tistax, matul il-perjodu tal-validità tagħha tiġi rtirata jew sospiża għal ebda raġuni ħlief meta l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tinduna li l-karta ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża karta li tagħha huwa mhuwiex id-dententur, jew li l-karta li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti falsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu mnn Stat Membru li m'huwiex l-Istat Membru konċernat, dan ta' l-ewwel għandu jirritorna l-karta lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li jkun ħariġha u dan għandu jindika r-raġunijiet għalfejn qiegħed jirritornaha.

(d) Il-karti tas-sewwieqa maħruġa minn Stati Membri għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament.

Meta d-detentur ta' liċenzja valida ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru jkun stabbilixxa l-post normali ta' residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor, dan jista' jitlob li l-karta tiegħu tiġi mibdula ma' karta ta' sewwieq ekwivalenti; għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jagħmel il-bidla li jivverifika jekk ikun meħtieġ jekk il-karta li ġiet ippreżentata tkunx attwalment għadha valida.

L-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu dan il-bdil għandhom jirritornaw il-karta l-qadima lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li jkun ħariġha u jindikaw ir-raġunijiet għaliex qegħdin jagħmlu dan.

(e) Meta Stat Membru jissostitwixxi jew ibiddel karta tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew il-bidla, u kwalunkwe sostituzzjoni jew bidla sussegwenti, għandha tiġi rreġistrata f'dak l-Istat Membru.

(f) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw kull possibbiltà li l-karti tas-sewwieqa jiġu falsifikati.

5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-data meħtieġa biex tiġi sorvelljata l-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fil-Komunità [8] li tkun reġistrata u maħżuna minn apparat ta' reġistrazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness IB ta' dan ir-Regolament tkun disponibbli għal ta' l-anqas 365 jum wara d-data tar-reġistrazzjoni tagħha u li tista' tkun disponibbli taħt kondizzjonijiet li jiggarantixxu s-sigurtà u r-reqqa tad-data.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jassiguraw li l-bejgħ mill-ġdid jew id-dekommissjonar ta' apparat ta' reġistrazzjoni ma jkunx jista' jnaqqas, b'mod partikolari, l-applikazzjoni sodisfaċenti ta' dan il-paragrafu."

8. fl-Artikolu 15:

(a) il-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu emendati biż-żieda tal-kliem "jew il-karta tas-sewwieq" fejn issir referenza għal "folja dokumentarja" jew "folji dokumentarji";

(b) fil-paragrafu 1:

- is-subparagrafu li ġej għandu jiġi nfilzat wara l-ewwwel subparagrafu:

"Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-karta tas-sewqan tiegħu, dan għandu japplika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn huwa jkollu r-residenza normali tiegħu sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata tax-xogħol qabel id-data ta' l-iskadenza ta' dik il-karta.";

- dan ir-raba' paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Jekk il-karta tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu japplika fi żmien sebat ijiem kalendarji għas-sostituzzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikollu r-residenza normali tiegħu";

(ċ) wara l-Artikolu 5 għandu jiġi nfilzat dan il-paragrafu li ġej:

"5a. Is-sewwieq għandu jdaħħal fl-apparat ta' reġistrazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness IB is-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madanakollu, Stat Membru jista' jesiġi li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu dettalji ġeografiċi ulterjuri mas-sinbolu tal-pajjiż bil-kondizzjoni li l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998 u ma jkunux aktar minn 20 fil-għadd.

L-iskrizzjonijiet tad-data hawn fuq imsemmija għandhom jiġu attivati mis-sewwieq, u jistgħu jkunu kompletament manwali jew awtomatiċi jekk l-apparat ta' reġistrazzjoni jkun konness ma' sistema ta' insegwiment bis-satellita.";

(d) fil-bidu ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 il-kelma "apparat" għandha tiġi sostitwita b'"apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fl-Anness I";

(e) il-paragrafu 7 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"7. Meta s-sewwieq isuq vettura armata b'apparat ta' reġistrazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness 1, dan għandu jkun kapaċi juri, kull meta uffiċjal ta' l-ispettorat hekk jitlob:

- il-folji dokumentarji għall-ġimgħa kurrenti u, f'kull każ, il-folja għall-aħħar jum li fih ikun saq matul il-ġimgħa preċedenti,

- il-karta tas-sewwieq, jekk dan ikollu, u

- il-kopji stampati mill-apparat ta' reġistrazzjoni kif spjegat fl-Anness IB rigward il-perjodi ta' żmien indikati fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż, (a), (b), (ċ), u (d) jekk ikun saq vettura armata b'dan l-apparat ta' reġistrazzjoni matul il-perjodu msemmi fl-ewwel inċiż ta' dan il-paragrafu.

Meta s-sewwieq isuq vettura armata b'apparat ta' reġistrazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness 1B, dan għandu jkun kapaċi juri, meta uffiċjal ta' l-ispettorat hekk jitlob:

- il-karta tas-sewwieq li tagħha jkun id-detentur,

- il-folji dokumentarji li jikkorrispondu ma' l-istess perjodu ta' dak imsemmi fl-ewwel inċiż tas-subparagrafu preċedenti li matulu jkun saq il-vettura armata bil-apparat ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Anness I.

Uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 permezz ta' analiżi tal-folji dokumentarji, tad-data esposta jew stampata li tkun ġiet reġistrata mill-apparat ta' reġistrazzjoni jew mill-karta tas-sewwieq jew, jekk dan ma jkunx il-każ, permezz ta' analiżi ta' kwalunkwe dokument ieħor sostantiv li jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma' xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 16(2) u (3).";

(f) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"8. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi jew jeqred data rrikordjata fuq il-folja dokumentarja, li tkun maħżuna fl-apparat ta' reġistrazzjoni jew fuq il-karta tas-sewwieq, jew fuq il-folji stampati li joħorġu mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni kif definit fl-Anness IB. L-istess japplika għal kwalunkwe manifestazzjoni ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni, tal-folji dokumentarji jew tal-karta tas-sewwieq li tista' twassal biex id-data u/jew l-informazzjoni stampata tiġi ffalsifikata, moħbija jew meqruda. Ebda strument li jista' jintuża għal dan l-iskop m'għandu jinstab fil-vettura.";

9. fl-Artikolu 16:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"2. Waqt li l-apparat ta' reġistrazzjoni jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieqa għandhom jimmarkaw fuq il-folja jew folji dokumentarji jew fuq folja temporanja li għandha tiġi mwaħħla mal-folja dokumentarja jew mal-karta tas-sewwieq, li fiha għandu jdaħħal id-data li tagħmilha possibbli li huwa jiġi identifikat (in-numru tal-karta tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu, l-informazzjoni kollha għad-diversi perjodi ta' żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b'mod korrett mill-apparat ta' reġistrazzjoni.

Jekk karta tas-sewwieq isirilha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu, fit-tmiem tal-vjaġġ tiegħu, jistampa l-informazzjoni li tirrigwarda l-perjodi taż-żmien reġistrati mill-apparat ta' reġistrazzjoni u jimmarka fuq id-dokument id-dettalji li jagħmluha possibbli għalih li jiġi identifikat (in-numru tal-karta tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu.";

(b) dan il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"3. Jekk karta tas-sewwieq ikollha l-ħsara jew ma tkunx taħdem sew, is-sewwieq għandu japplika fi żmien sebat ijiem kalendarji għas-sostituzzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikollu r-residenza normali tiegħu'; Is-serq ta' karta tas-sewwieq għandha tkun is-suġġett ta' dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn tkun seħħet is-serqa.

It-telf tal-karta tas-sewwieq għandu jiġi rappurtat b'dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li jkun ħariġha u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tar-residenza normali meta dawn ikunu differenti.

Is-sewwieq jista' jkompli jsuq mingħajr karta tas-sewqan għal perjodu massimu ta' 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun meħtieġ biex il-vettura tirritorna lejn l-istazzjon, kemm-il darba huwa jkun kapaċi jġib prova li tkun ħaġa impossibbli għalih li jipproduċi jew juża l-karta matul dan il-perjodu.

Meta l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li fih is-sewwieq ikollu r-residenza nomali tiegħu jkunu differenti minn dawk li jkunu ħarġulu l-karta u meta dawn ta' l-aħħar ikunu ntalbu li jġeddu, jissostitwixxu jew ibiddlu l-karta tas-sewwieq, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet li jkunu ħarġu l-karta l-qadima dwar ir-raġunijiet preċiżi tat-tiġdid, is-sostituzzjoni jew il-bdil tagħha.";

10. L-Artikolu 17 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 17

1. L-emendi meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress teknoloġiku għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw it-taqsimiet li ġejjin ta' l-Anness IB għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun u jekk ikun possibli qabel l-1 ta' Lulju 1998 bl-istess proċedura.

(a) Il-Kapitolu II

- (d) 17:

il-wiri u l-istampar ta' difetti fil-apparat ta' reġistrazzjoni,

- (d) 18:

il-wiri u l-istampar ta' difetti fil-karti tas-sewwieq,

- (d) 21:

il-wiri u l-istampar ta' rapporti sommarji;

(b) Il-Kapitolu (III);

- (a) 6,3:

l-istandards għall-protezzjoni ta' l-elettronika tal-vettura kontra l-interferenza elettrika u l-oqsma manjetiċi.

- (a) 6.5:

il-protezzjoni (sigurtà) tas-sistema kollha,

- (a) 1:

is-sinjali ta' twissija li jindikaw difetti fl-iffunzjonar intern ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni,

- (a) 5:

il-format tat-twissijiet,

- (f):

it-tolleranzi massimi

(ċ) il-Kapitolu IV,A:.

- 4:

standards

- 5:

is-sigurtà, inkluża l-protezzjoni tad-data,

- 6:

il-limiti tat-temperatura,

- 8:

il-karatteristiċi elettriċi,

- 9:

l-istruttura loġika tal-karta tas-sewwieq,

- 10:

funzjonijiet u l-istruzzjonijiet

- 11:

il-fajls elementari;

u l-Kapitolu IV, B;

(d) il-Kapitolu V:

il-folji stampati mill-printer u dawk standard.";

11. L-Artikolu 18 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 18

1. Meta ssir referenza għall-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien stipulat li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwestjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranzxa stabbilita mill-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun mitlub li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikunu aġġustati skond il-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk dawn ikunu konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) jekk il-miżuri previsti ma jkunux konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tkun ingħatat, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, ma' l-iskadenza ta' perjodu ta' tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.";

12. L-Anness IB, kif jinsab fl-Anness tar-Regolament preżenti, qiegħed bil-preżenti jiġi miżjud.

L-Artikolu 2

1. (a) Fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-att li għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, kif emendat minn dan ir-Regolament, il-vetturi li jidħlu fis-servizz għall-ewwel darba għandhom jiġu armati b'apparat ta' reġistrazzjoni skond ir-rekwiżiti ta' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

(b) Sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a), il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-persuni li jkun fihom aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq u li jkollhom piż massimu li jiskorri l-10 tunellati, kif ukoll vetturi użati għall-ġarr ta' l-oġġetti li jkollhom piż massimu li jiskorri t-12-il tunellata, irreġistrati l-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 1996, għandhom, kemm-il darba t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni lill-apparat ta' reġistrazzjoni li bih ikunu mgħammra tkun esklussivament elettrika, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 meta l-apparat in kwestjoni jiġi ssostitwit.

2. L-Istati membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li huma jkunu kapaċi joħroġu l-karti tas-sewwieqa sa mhux aktar tard minn 21 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' l-att imsemmi fil-paragrafu 1(a).

3. Fil-każ li 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' l-att imsemmi fil-paragrafu 1, l-approvazzjoni tat-tip KE ma tkunx ingħatat fir-rigward ta' artikolu ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Kunsill għal estensjoni taż-żmien stipulat kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2.

4. Is-sewwieqa li, qabel id-data stabbilita fil-paragrafu 2, isuqu vetturi armati b'apparat ta' reġistrazzjoni li jkun jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 li għalih l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux kapaċi joħorġu karta tas-sewwieq għandhom fit-tmiem tal-perjodu tax-xogħol tagħhom ta' kuljum jistampaw l-informazzjoni fir-rigward tad-diversi perjodi ta' żmien irreġistrati mill-apparat ta' reġistrazzjoni u għandhom jindikaw id-dettalji ta' l-identifikazzjoni fuq id-dokument stampat (l-isem u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan), u jiffirmawh.

L-Artikolu 3

Id-Direttiva 88/5/KEE qiegħda bil-preżenti tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 3(2) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"2. L-elementi tal-verifika li ssir mat-triq huma:

- il-perjodi ta' kuljum ta' sewqan, il-waqfiet u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum; fil-każ ta' indikazzjonijiet ċari ta' irregolaritajiet, anke l-folji dokumentarji tal-jiem preċedenti li għandhom jinżammu fil-vettura skond l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3851/85 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2135/98 [9] u/jew id-data maħżuna għall-istess perjodu fuq il-karta tas-sewwieq u/jew il-memorja ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness IB.

- għar-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, fil-każijiet kollha meta l-veloċità awtorizzata tal-vettura tkun inqabżet, li għandhom jiġu ddefiniti bħala l-perjodi kollha ta' aktar minn minuta li matulhom il-veloċità tal-vettura tkun qabżet id-90 km/s għall-kategorija tal-vetturi N3 jew 105km/s għall-kategoriji M3 (filwaqt li l-kategoriji N3 u M3 jkunu kif iddefiniti fl-Anness I tad-Direttiva 70/155/KEE [10].

- Meta jkun xieraq, il-veloċitajiet momentanji milħuqa mill-vettura kif reġistrati mill-apparat ta' reġistrazzjoni matul mhux aktar mill-24 siegħa ta' l-użu preċedenti tal-vettura,

- l-aħħar perjodu ta' mistrieħ settimanali, meta jkun approprjat,

- l-iffunzjonar korrett ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni (id-determinazzjoni ta' l-abbuż possibbli ta' l-apparat u/jew il-karta tas-sewwieq u/jew il-folji dokumentarji) jew, meta jkun approprjat, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85."

2. L-Artikolu 4(3) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"3. Għall-finijiet ta dan l-Artikolu, il-verifiki li jsiru fil-post ta' l-awtoritajiet kompetenti, bis-saħħa tad-dokumenti relevanti u/jew id-data li tkun ingħatat mill-impriżi fuq talba ta' l-istess awtoritajiet, għandu jkollha l-istess status bħall-verifiki li jsiru fil-post ta' l-impriżi."

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Il-President

J. Farnleitner

[1] ĠU Ċ 243, 31.8.1994, p. 8 u ĠU Ċ 370, 31.12.1958, p. 1.

[2] ĠU L 110, 21.4. 199. p. 19.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Lulju 1995 (ĠU Ċ 249, 25.9.1995, p. 28), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 1997 (ĠU Ċ 43, 9.2.21998. p. 6) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 1998 (ĠU Ċ 138, 4.5.1998, p. 26).

[4] ĠU L 370, 31.12.1985., p. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/97 (ĠU L 154, 12.6.1997, p. 21).

[5] ĠU L 370, 31.12.1985. p. 1.

[6] ĠU L 197, 18.7.1987. p. 33.

[7] ĠU L 325, 2911. 1988. p. 55.

[8] ĠU Ċ 57, 2.3.1992, p. 27.

[9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 213598 ta' l-24 ta' Settembru li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar it-tagħmir ta' reġistrazzjoni tat-trasport fuq it-roroq u d-Direttiva 88 599/KEE rigward l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821.85 (ĠU L 274, 9.10.1998, p. 1).

[10] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156 KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Diretiva 97/27/KE (ĠU L 233. 25.8.1997, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS 1(B)

IR-REKWIŻITI GĦALL-KOSTRUZZJONI, L-ITTESTJAR, L-ISTALLAZZJONI U L-ISPEZZJONI

I. DEFINIZZJONIJIET

F'dan l-Anness

"apparat ta' reġistrazzjoni" ifisser: il-apparat kollu intenzjonat biex jiġi nstallat fil-vetturi tat-toroq biex jindika, jirreġistra u jaħżen awtomatikament jew semi-awtomatikament dettalji tal-movimenti ta' dawn il-vetturi u ta' ċerti perjodi ta' xogħol tas-sewwieqa tagħhom. Dan l-apparat jinkludi cables, sensors, u apparat elettroniku ta' informazzjoni dwar is-sewwieq, wieħed (żewġ) werrej(ja) tal-karti biex tiġi nstallata fihom karta waħda jew tnejn tal-memorja tas-sewqan, printer separat jew integrat, strumenti indikattivi, faċilitajiet biex titniżżel il-memorja tad-data, faċilitajiet biex jindikaw u jistampaw l-informazzjoni meta din tintalab u faċilitajiet biex jiddaħħlu l-postijiet fejn jibda u fejn jintemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum.

"il-memorja tad-data" tfisser: sistema ta' ħażna elettronika mibnija fl-apparat ta' reġistrazzjoni, li kapaċi taħżen ta' mill-anqas 365 ġranet kalendarji permezz ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni. Il-memorja għandha tkun protetta b'tali mod li ma twaqqaf kull aċċess mhux awtorizzat għad-data u l-manipulazzjoni tagħha u li taqbad kwalunkwe tentattiv ta' din ix-xorta.

"il-karta tas-sewwieq (bil-memorja)" tfisser: strument li jkun jista' jitneħħa għat-trasferiment u għall-ħażna ta' l-informazzjoni li jiġi allokat mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lil kull sewwieq individwali għall-skopijiet ta' identifikazzjoni tas-sewwieq u l-ħażna tad-data essenzjali. Il-format u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karta tas-sewwieq (bil-memorja) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' dan l-Anness;

"il-kostanti ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni" ifisser: il-karatteristika numerika li tagħti l-valur tas-sinjal imdaħħal li huwa meħtieġ biex jindika u jirreġistra d-distanża vjaġġata fuq medda ta' kilometru; dan il-kostanti għandu jkun espress jew permezz ta' dawrien kull kilometru (k = … d/km) jew bħala impulsi għal kull kilkometru (k = … imp/km);

"il-koeffiċjent karattersitiku tal-vettura" ifisser: il-karatteristika numerika li tagħti l-valur ta' l-impuls maħruġ mill-parti tal-vettura li tikkonnettjaha ma' l-apparat ta' reġistrazzjoni (gearbox output shaft jew fus) filwaqt li l-vettura tkun tivvjaġġa distanza ta' kilometru taħt kondizzjonijiet normali tal-verifika (ara l-Kapitolu VII(e)). il-koeffiċjent karatteristiku jiġi espress jew permezz ta' dawrien għal kull kilometru (w = … d/km) jew permezz ta' impulsi għal kull kilkometru (w = … imp/km);

"iċ-ċirkomferenza effettiva tat-tajers tar-roti" tfisser: il-medja tad-distanzi vvjaġġati minn kull waħda mir-roti li jmexxu l-vettura (ir-roti tas-sewqan) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta' dawn id-distanzi għandu jsir skond kondizzjonijiet normali ta' verifika (ara l-Kapitolu VII (e) u jiġi espress fil-forma "l = … mm"; meta il-kejl approprjat ta' dawn id-distanzi jkun jista' jiġi bbażat fuq kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż massimu awtorizzat fuq il-fusien.

"il-karta ta' l-istazzjon tal-verifika" tfisser: strument ta' trasferiment u ħażna tad-data għall-użu fl-apparat li jaqra l-karta ġo l-apparat ta' reġistrazzjoni, maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lill-korpi awtorizzati tagħhom. Il-karta ta' l-istazzjon ta' l-ittestjar tidentifika l-istruttura tal-vettura u tippermetti l-verifika, il-kalibrazzjoni u l-ipprogrammar ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni;

"il-karta tal-kontroll" tfisser: strument tat-trasferiment u l-ħażna tad-data għall-użu fl-apparat li jaqra l-karta ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni, maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lill-awtoritajiet kompetenti biex jagħti aċċess għad-data maħżuna fil-memorja tad-data jew tal-karti tas-sewwieq biex dawn jinqraw, jiġu stampati u jitniżżlu fil-werrej.

"il-karta tad-data tal-kumpanija" tfisser:

strument li jista' jitneħħa għat-trasferiment u l-ħażna tad-data maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lis-sid ta' vettura, u li jkun mgħammar b'apparat ta' reġistrazzjoni.

Il-karta tad-data tal-kumpanija tippermetti l-wiri, it-tniżżil u l-istampar tad-data maħżuna (l-artikolu ta') fl-apparat ta' reġistrazzjoni armat fil-vettura(i) tal-kumpanija;

"ġurnata kalendarja" tfisser: ġurnata li ddum mis-siegħa 00.00 sas-siegħa 24.00. Il-ġranet kalendarji kollha huma dawk tal-ĦUK (ħin universali koordinat);

"tniżżil" ifisser:

kopja ta' parti jew ta' sett sħiħ ta' data maħżuna fil-memorja tad-data tal-vettura jew fil-memorja tal-karta tas-sewwieq.

It-tniżżil ma jistax ibiddel jew iħassar xi parti mid-data maħżuna.

Id-data li titniżżel tkun protetta b'tali mod li tirrendi t-tentattivi ta' manipulazzjoni ta' data investigabbli; l-oriġini tad-data mniżżla għandu jkun awtentikabbli.

Id-data mniżżla tiġi merfugħa f'format li jista' jintuża minn kull persuna awtorizzata;

"l-identifikazzjoni tal-vettura" tfisser:

in-numru(i) li jidentifikaw il-vettura fuq il-bażi tal-VIN u/jew il-VRN tagħha.

II. IL-KARATTERISITIĊI U L-FUNZJONIJIET ĠENERALI TA' L-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI

L-apparat għandu jkun kapaċi jirreġistra, jaħżen, juri u jistampa dawn li ġejjin:

(a) jirreġistra u jaħżen fil-memorja tad-data

1. id-distanza vvjaġġata mill-vettura b'reqqa ta' kilometru wieħed;

2. il-veloċità tal-vettura;

2.1. il-veloċità momentarja tal-vettura bi frekwenza ta' sekonda għall-aħħar 24 siegħa ta' użu tal-vettura.

2.2. il-qbiż tal-veloċità awtorizzata tal-vettura, spjegat bħala perjodu ta' aktar minn minuta 1 li matulha l-veloċità tal-vettura tiskorri d-90 km/s għal vetturi N3 jew 105 km/s għal vetturi M3 (bil-ħin, id-data, il-veloċità massima tal-veloċità eċċessiva, il-veloċità medja matul il-perjodu konċernat.

3. il-perjodi tal-ħinijiet tas-sewqan (ħinijiet u dati), b'reqqa ta' minuta waħda;

4. il-perjodi l-oħra tal-ħinijiet tas-sewqan (il-ħinijiet u d-dati), b'reqqa ta' minuta waħda;

5. il-waqfiet mix-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum (il-ħinijiet u d-dati), b'reqqa ta' minuta waħda;

6. fil-każ ta' apparat elettroniku ta' reġistrazzjoni li jkun apparat operat permezz ta' sinjali trasmessi elettrikament mill-bogħod u minn sensor tal-veloċità, kwalunkwe interruzzjoni li taqbeż il-100 millisekondi fil-provvista ta' l-elettriku ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni (minbarra fid-dawl), fil-provvista ta' l-elettriku ta' sensor tad-distanza u tal-veloċità u kwalunkwe interruzzjoni fil-konduttur lejn is-sensor tad-distanza u l-veloċità, bid-data, il-ħin u d-dewmien kif ukoll in-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq;

7. in-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq mal-ħinijiet u d-dati ta' l-inserzjoni u t-tneħħija;

8. għal kull karta tas-sewwieq li tiġi inserita għall-ewwel darba wara li tkun ġiet użata fl-artikolu ieħor ta' apparat ta' reġistrazzjoni:

- il-ħin tas-sewqan kurrenti mill-aħħar waqfa jew ħin tal-mistrieħ,

- il-ħin tas-sewqan għall-ġurnata wara l-aħħar perjodu ta' mistrieħ ta' mill-anqas tmien sigħat,

- il-ħinijiet tas-sewqan tal-ġurnata bejn iż-żewġ perjodi tal-mistrieħ ta' mill-anqas tmien sigħat għal 27 ġurnata kalendarja bid-data, il-ħin u d-dewmien,

- -it-total tal-ħinijiet tas-sewqan għall-ġimgħa kurrenti u l-ġimgħa preċedenti u t-total tal-ħinijiet tas-sewqan taż-żewġ ġimgħat sħaħ preċedenti,

- il-perjodi ta' mistrieħ ta' mill-anqas tmien siegħat għal dik il-ġurnata u għas-27 ġurnata kalendarja preċedenti, f'kull każ bid-data, bil-ħin u d-dewmien,

- il-VRN tal-vetturi misjuqa;

9. id-data, il-ħin u d-dewmien tas-sewqan mingħajr l-inserzjoni tal-karta tas-sewwieq jew mingħajr ma din tkun taħdem kif imiss;

10. id-data reġistrata fil-postijiet li fihom il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum ikun inbeda u ntemm;

11. id-difetti identifikabbli awtomatikament tas-sistema ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni bid-data, il-ħin u n-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq;

12. id-difetti fil-karta tas-sewwieq bid-data u l-ħin u n-numru tal-karta tas-sewwieq;

13. il-karta tal-ħanut tax-xogħol u l-fitter awtorizzat jew il-ħanut tax-xogħol bid-data ta' mill-anqas ta' l-aħħar installazzjoni, spezzjoni u jew spezzjoni perjodika skond il-Kapitolu VII(ċ) u (d);

14. in-numru tal-karta tal-kontroll bid-data ta' l-inserzjoni tal-karta tal-kontroll u t-tip ta' kontroll (il-wiri, l-istampar u t-tnizzil) Fil-każ tat-tniżżil tad-data, il-perjodu tat-tniżżil għandu jiġi reġistrat;

15. l-aġġustament tal-ħin bid-data, il-ħin u n-numru tal-ħruġ tal-karta,

16. l-istatus tas-sewqan (sewwieq wieħed/għadd ta' sewwieqa - sewwieq/sewwieq sekondarju);

(b) il-ħażna fil-karta tas-sewwieq

1. id-data essenzjali għall-perjodi elenkati taħti il-punt (a)(3), (4) u (5) għal perjodu ta' mill-anqas ta' 28 ġurnata kalendarja kombinata mal-veifika tal-"VRN" tal-vettura misjuqa u d-data skond il-punt (a)(10), (14) u (16);

2. l-okkorrenzi u d-difetti skond il-punt (a)(6), (11) u (15) bl-identifikazzjoni "VRN" tal-vettura misjuqa;

2.1. id-data u l-ħin ta' l-inserzjoni u t-tneħħija tal-karta tas-sewwieq u d-distanza misjuqa matul il-perjodu korrispondenti;

2.2. id-data u l-ħin ta' l-inserzjoni u t-tneħħija tas-sewwieq sekondarju bin-numru tal-ħruġ;

3. id-data għandha tiġi reġistrata u maħżuna fil-karta tas-sewwieq b'tali mod li tevita kull possibbiltà ta' falsifikazzjoni;

(ċ) ir-reġistrazzjoni u l-ħażna fil-każ ta' żewġ sewwieqa

fil-każ ta' vettura li tintuża minn żewġ sewwieqa l-ħin tas-sewqan elenkat taħt il-punt (a)(3) għandu jiġi reġistrat u maħżun fuq il-karta tas-sewwieq li jkun qiegħed isuq il-vettura. L-apparat għandu jirreġistra u jaħżen fil-memorja tad-data u fuq il-karti taż-żewġ sewwieqa simultanjament iżda b'mod distint, id-dettalji ta' l-informazzjoni elenkati taħt il-punt (a)(4) u (5);

(d) il-wiri u l-istampar fuq talba ta' utent awtorizzat

1. in-numru tal-ħruġ tal-karta, id-data ta' l-iskadenza tal-karta;

2. il-kunjom u l-isem tas-sewwieq li jkun id-detentur tal-karta;

3. il-ħin tas-sewqan kurrenti mill-aħħar waqfa jew perjodu ta' mistrieħ,

4. il-ħin tas-sewqan matul il-ġurnata wara l-aħħar perjodu ta' mistrieħ ta' mill-anqas tmien siegħat,

5. il-ħinijiet tas-sewqan ta' matul il-ġurnata bejn żewġ perjodi tal-mistrieħ ta' mill-anqas tmien siegħat għas-27 ġranet kalendarji preċedenti li fihom is-sewwieq saq, bid-data, il-ħin u d-dewmien;

6. it-total tal-ħinijiet tas-sewqan matul il-ġimgħa kurrenti u l-ġimgħa preċedenti u t-total tal-ħinijiet tas-sewqan taż-żewġ ġimgħat sħaħ preċedenti,

7. il-perjodi l-oħra tax-xogħol u d-disponibbiltà

8. il-perjodi ta' mistrieħ li huma ta' mill-anqas ta' tmien siegħat matul il-ġurnata u matul is-27 ġurnata kalendarja preċedenti, f'kull każ bid-data, il-ħin u d-dewmien,

9. l-identitfikazzjoni "VRN" tal-vetturi misjuqa ta' l-anqas matul l-aħħar 28 ġurnata kalendarja bid-distanza misjuqa għal kull vettura kull jum, il-ħin ta' l-ewwel insersjoni u l-aħħar tneħħija tal-karta tas-sewwieq u l-ħin tal-bidla tal-vettura;

10. l-aġġustament tal-ħin bid-data, il-ħin u n-numru tal-ħruġ tal-karta,

11. l-interruzzjoni tal-provvista ta' elettriku fl-apparat ta' reġistrazzjoni bid-data, il-ħin u d-dewmien u n-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq (kif spjegat fil-punt (a)(6));

12. l-interruzzjoni tas-sensor bid-data, il-ħin u d-dewmien u n-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq (kif spjegat fil-punt (a)(6));

13. l-identifikazzjoni "VIN" u/jew "VRN" tal-vettura misjuqa;

14. is-sewqan mingħajr karta tas-sewwieq fil-punt (a)(9) matul l-aħħar 28 ġurnata kalendarja;

15. id-dettalji dwar l-informazzjoni maħżuna dwar is-sewwieq (kif spjegat fil-punt (ċ));

16. id-data reġistrata fil-postijiet li fihom il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum ikun inbeda u ntemm;

17. id-difetti awtomatikament identifikabbli tas-sistema ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni bid-data, il-ħin u n-numru tal-ħruġ tal-karta tas-sewwieq;

18. id-difetti fil-karta tas-sewwieq bid-data u l-ħin u n-numru tal-karta tas-sewwieq;

19. in-numru tal-karta tal-kontroll bid-data ta' l-inserzjoni tal-karta tal-kontroll u t-tip ta' kontroll (il-wiri, l-istampar u t-tnizzil) Fil-każ tat-tniżżil tad-data, il-perjodu tat-tniżżil għandu jiġi reġistrat;

20. l-eċċess tal-veloċità awtorizzata kif definit fil-punt (a)(2.2), bid-data, il-ħin u n-numru tal-ħruġ tal-karta għall-ġimgħa kurrenti u fi kwalunkwe każ billi tiġi inkluża l-aħħar ġurnata tal-ġimgħa preċedenti;

21. rapporti sommarji li bihom il-konformità mar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 u d-Direttiva 88/599/KEE jistgħu jiġu vverifikati.

III. IR-REKWIŻITI DWAR IL-BINI U TAL-FUNZJONAMENT TA' L-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI

(a) Punti ġenerali

1.1. Kwalunkwe inklużjoni jew konnessjoni ma' l-apparat ta' reġistrazzjoni ta' strument jew strumenti, approvati jew m'humiex, ma jistgħux ifixklu, jew ikunu kapaċi jfixklu l-operat kif imiss ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni. L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jiġi mressaq għall-approvazzjoni flimkien ma' kull strument simili konness miegħu.

1.2. L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jkun kapaċi jaħdem sewwa fil-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment jeżistu fit-territorju tal-Komunità.

2. Materjali

2.1. Il-partijiet kostitwenti l-oħra ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni għandhom ikunu magħmula minn materjali ta' stabbiltà u saħħa mekkanika suffiċjenti u b'karatteristiċi elettriċi u manjetiċi stabbli.

2.2. Kwalunikwe modifika f'parti kostitwenti ta' l-apparat jew fin-natura tal-materjali użati fil-manifattura tiegħu għandha, qabel tintuża, tiġi mressqa għall-approvazzjoni ta' l-awtorità li tat l-approvazzjoni rigward it-tip lill-apparat ta' reġistrazzjoni.

3. Il-kejl tad-distanza misjuqa

Id-distanza misjuqa tista' titkejjel u tiġi reġistrata jew:

- sabiex tkun tinkludi kemm il-movimenti bil-quddiem kif ukoll il-movimenti b'lura, jew

- sabiex tinkludi biss il-moviment bil-quddiem.

Kwalunkwe reġistrazzjoni ta' movimenti b'lura m'għandha bl-ebda mod taffettwa ċ-ċarezza u r-reqqa tar-reġistrazzjonijiet l-oħrajn.

4. Il-kejl tal-veloċità

4.1. Il-medda fil-kejl tal-veloċità għandha tkun kif indikat fiċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip.

4.2. Il-frekwenza naturali u r-reżistenza ta' l-apparat tal-kejl għandhom ikunu tali li l-istrumenti li jindikaw u jirreġistraw il-veloċità jistgħu, fil-medda tal-varjazzjoni fil-miżuri, isegwu l-bidliet fl-aċċelerazzjoni sa 22 m/s2, fil-limiti tat-tolleranzi aċċettati.

5. Il-kejl tal-ħin (l-arloġġ)

Il-ħin huwa diġitali. L-aġġornament għandu jsir (jekk ikun meħtieġ) fil-ħanut tax-xogħol awtorizzat. Il-ħin ta' l-arloġġ intern huwa ĦUK. Is-sewwieq jista' jbiddel il-kumpens tal-ħin indikat fl-iskrin tal-werrej.

5.1. Il-kejl tal-ħin jiġi effettwat awtomatikament fl-apparat ta' reġistrazzjoni.

5.2. Il-ħin ta' l-arloġġ tal-memorja jista' jerġa' jiġi ssettjat meta karta ta' ħanut tax-xogħol li jkun awtorizzat tiġi inserita.

6. Id-dawl u l-protezzjoni

6.1. L-istrumenti viżivi ta' l-apparat għandhom ikunu pprovduti b'dawl xieraq li ma jgħammixx

6.2. Għal kondizzjonijiet normali ta' l-użu, il-partijiet interni kollha ta' l-apparat għandhom ikunu protetti kontra l-umdità u t-trab. Barraminnhekk, għandhom ikunu tali li ma jistgħux jiġu mbagħbsa permezz ta' kaxxa li tkun tista' tiġi ssiġillata.

6.3. Il-protezzjoni kontra l-interferenza elettrika u l-oqsma manjetiċi għandha tiġi pprovduta b'tali mod li tkun tikkonforma ma' l-istandards elettroniċi tal-vettura.

6.4. Il-cables li jikkonnettjaw l-apparat ta' reġistrazzjoni mat-trasmettitur għandhom ikunu protetti minn sorveljanza elettronika bħall encryption tas-sinjal, li jkun kapaċi jaqbad il-preżenza f'dik il-parti tas-sistema kull strument, li ma jkunx b'xi mod meħtieġ għall-operat korrett ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni, li jkun kapaċi jimpedixxi l-operat preċiż ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni permezz ta' ċirkwit qasir, interruzzjoni jew modifika tad-data elettronika mill-veloċità u s-sensor tad-distanza, jew permezz tad-duplikazzjoni ta' strumenti oħra approvati, meta dak l-istrument ikun koness u jibda jaħdem.

6.5. Is-sistema totali, inklużi l-konnessjonijiet mas-sensor tal-veloċità u d-distanza għandhom ikunu tali li ma jistgħux jiġu mbagħbsa.

6.6. L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jkun kapaċi jaqbad id-difetti tiegħu stess.

(b) L-istrumenti viżivi

L-indikazzjonijiet għandhom ikunu viżibbli minn barra l-apparat elettroniku u b'tali mod li jinqraw b'mod ċar, sempliċi u mingħajr ebda ambigwità anke meta jkun hemm żewġ sewwieqa.

L-istrument werrej għandu jagħmilha possibbli li l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu II(d) tintwera malli tintalab. It-talba tista' ssir jew b'mod selettiv jew b'mod sekwenzjali.

(ċ) Is-sinjali ta' twissija

1. Twissija lis-sewwieq ta' mill-anqas 30 sekonda jekk il-vettura tkun qiegħda tinstaq:

- mingħajr il-karta tas-sewwieq f'postha.

- b'karta li qed taħdem ħażin.

- bil-karta tas-sewwieq fix-xaqq il-ħażin.

- meta l-apparat ta' reġistrazzjoni jinduna b'każ jew b'każijiet ta' difetti interni, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Kapitolu II(d)(17) u (18),

- 'il fuq mil-limitu tal-veloċità kif spjegat fil-Kapitolu II(a)(2.2).

2. Twissija lis-sewwieq qabel dan jiskorri l-erba' siegħat u nofs ta' sewqan għal kull perjodu ta' ħin ta' sewqan u disa' siegħat ta' sewqan kuljum, 15-il minuta qabel u fil-waqt li jkun qed jaqbeż il-limitu.

3. Twissija lis-sewwieq, 15-il minuta qabel u fil-waqt li jkun qiegħed jonqos milli jikkonforma mat-tmien sigħat meħtieġa kuljum għall-perjodu tal-mistrieħ fl-aħħar 24 siegħa.

4. Twissijiet addizzjonali jistgħu jiġu nstallati fuq talba tas-sid tal-vettura.

5. il-format tat-twissijiet,

It-twissijiet jistgħu jkunu jew jinstemgħu jew jidhru, jew taħlita tat-tnejn u għandhom jintgħarfu b'mod ċar mill-utent.

(d) Il-memorja

1. Il-perjodi msemmija fil-Kapitolu 11(a)(3), (4) u (5) għandhom jiġu merfugħa kull meta jkun hemm bidla fl-attivitajiet jew fl-istatus.

2. Il-perjodu tas-sewqan għandu jkun dejjem merfugħ awtomatikament meta l-vettura tkun qiegħda tinstaq.

3. Il-perjodi l-oħra taż-żmien kif indikat fl-Artikolu 15(3), it-tieni inċiż (b), (ċ) u (d) tar-Regolament għandhom dejjem jintrefgħu separatament permezz ta' l-operat, fejn ikun meħtieġ, ta' strument selettur ta' l-attività.

(e) L-immarkar

1. Dawn id-dettalji li ġejjin għandhom jidhru fuq l-iskrin ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni:

- ħdejn iċ-ċifra li tindika d-distanza, l-unità tal-kejl tad-distanza, indikata b'mod abbrevjat bħala "km",

- ħdejn iċ-ċifra li tindika l-veloċità, tiddaħħal "km/h"

2. Il-plakka deskrittiva għandha tkun tidher fuq l-apparat ta' reġistrazzjoni u għandha turi dawn id-dettalji:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur ta' l-apparat,

- in-numru tal-manufattur u s-sena li fiha l-apparat ikun ġie manifatturat,

- il-marka ta' l-approvazzjoni għat-tip ta' apparat ta' reġistrazzjoni,

- il-kostanti ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni fil-forma ta' "k = … rev/km" jew "k = …imp/km)";

- jekk wieħed ikun irid, il-varjazzjoni ta' kejl tal-veloċità, fil-forma indikata fin-numru 1.

L-informazzjoni tista' wkoll tingħata meta tintalab mill-apparat ta' reġistrazzjoni.

(f) It-tolleranzi massimi (fuq l-iskrin u l-istrumenti ta' reġistrazzjoni)

1. It-tolleranzi massimi jkunu relatati mad-distanza misjuqa, il-veloċità u ż-żmien li jiġu mkejla fuq id-dynamometer qabel l-istallazzjoni u, skond iċ-ċirkostanzi msemmija fil-Kapitolu VII, waqt l-installazzjoni, waqt l-ispezzjoni perjodika u waqt l-użu.

2. It-tolleranzi massimi stabbiliti f'1 huma validi għal temperaturi estremi li jikkorrispondu mal-kondizzjonijiet klimatiċi li wieħed jiltaqa' magħhom fit-territorju Komunitarju.

IV. IL-KARTI BIL-MEMORJA

A. IL-KARTA TAS-SEWWIEQ (BIL-MEMORJA)

1. L-inserzjoni/tneħħija

L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jiġi ddisinjat b'tali mod li l-karta tas-sewwieq (bil-memorja) tinqabad fil-pożizzjoni tagħha malli tiġi inserita sewwa fil-qarrej tal-karta u li d-data relevanti fuq il-karta tas-sewwieq tiġi awtomatikament merfugħa fil-memorja tad-data ta' l-apparat li jirreġistra. Ir-rilaxx tal-karta tas-sewwieq jista' jiffunzjona biss meta l-vettura tkun wieqfa u wara li d-data relevanti tkun ġiet maħżuna fuq il-karta tas-sewwieq.

2. Il-kapaċità li l-karta tas-sewwieq taħżen il-memorja

Il-kapaċità tal-karta tas-sewwieq għandha tkun sudffiċjenti biex taħżen fiha ta' mill-anqas 28 ġranet kalendarji kif imsemmi fl-Artikolu II (ċ) għas-sewwieq attwali. Jekk il-karta tad-data timtela d-data l-ġdida għandha tissostitwixxi l-qadima.

3. Id-data viżibbli

Il-paġna 1 għandu jkun fiha:

(a) il-kliem "Karta tas-sewwieq" stampati b'tipi kbar bil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-karta.

"Il-karta tas-sewwieq" fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Komunità, stampati biex jiffurrmaw l-isfond tal-liċenzja:

es : TARJETA DEL CONDUCTOR

dk : FØRERKORT

de : FAHRERKARTE

el : ΚΑΡΤΑ ΟΔΗΓΟΥ

en : DRIVER CARD

fr : CARTE DE CONDUCTEUR

ga : CÁRTA TIOMÁNAÍ

it : CARTA DEL CONDUCENTE

nl : BESTUURDERSKAART

pt : CARTÃO DE CONDUTOR

fi : KULJETTAJAKORTTI

sv : FÖRARKORT;

(b) l-isem ta' l-Istat Membru li ħareġ il-karta (mhux obbligatorju);

(ċ) is-sinjal distintiv ta' l-Istati Membri li ħarġu l-karta, stampat fin-negattiv f'rettanġolu blu u mdawwar b'ċirku ta' tnax-il stilla; is-sinjali distintivi għandu ikunu kif ġej:

B Il-Belġju

DK Id-Danimarka

D Il-Ġermanja

GR Il-Greċja

E Spanja

F Franza

IRL L-Irlanda

I L-Italja

L Il-Lussemburgu

NL L-Olanda

A Il-Portugall

P Portugal

FIN Il-Finlandja

S L-Isvezja

UK Ir-Renju Unit

(d) l-informazzjoni li hija speċifika għall-karta maħruġa, numerata kif ġej:

1. il-kunjom tad-detentur;

2. l-isem/l-ismijiet tad-detentur;

3. id-data u l-post tat-twelid;

4. (a) id-data tal-ħruġ tal-karta;

(b) id-data ta' l-iskadenza tal-karta;

(ċ) l-isem ta' l-awtorità li ħarġitha (jista' jiġi stampat fuq il-paġna 2);

(d) numru differenti minn dak taħt l-intestatura 5, għall-finijiet amministrativi (mhux obbligatiorju)

5. (a) in-numru tal-liċenzja tas-sewqan inkluż dak ta' qabel ma tbiddel;

(b) in-numru tal-liċenzja tas-sewqan inkluż dak ta' qabel ma tbiddel;

6. ir-ritratt tad-detentur;

7. il-firma tad-detentur;

8. il-post tar-residenza normali, jew l-indirizz postali tad-detentur (mhux obbligatorju)

Id-data msemmija f'1,2,3,4(b) u 5 (a) u (b) tiġi wkoll merfugħa fil-memorja tal-karta tas-sewwieq.

Il-paġna 2 għandu jkun fiha:

(a) spjegazzjoni ta' l-artikoli numerati li jidhru fil-paġni 1 u 2 tal-karta;

(b) bil-kunsens speċifiku miktub tad-detentur, l-informazzjoni li ma tkunx relatata ma' l-amministrazzjoni tal-karta tas-sewwieq tista' wkoll tiġi miżjuda, liema żieda ma tbiddel bl-ebda mod l-użu tal-mudell bħala karta tas-sewwieq.

+++++ TIFF +++++

4. Standards

Il-karta tas-sewwieq u l-apparat ta' reġistrazzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawn l-istandards li ġejjin:

- ISO 7810,

- ISO 7816-1,

- ISO 7816-2,

- ISO 7816-3,

- abbozz ISO 7816-4

- abbozz ISO 10373,

- l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati kif definiti fis-sistemi tal-karti ta' identifikazzjoni intiżi għall-użu fit-trasport fit-toroq.

5. Is-sigurtà, inkluża l-protezzjoni tad-data

Id-diversi komponenti tal-karta tas-sewwieq huma intiżi biex jeskludu kwalunkwe falsifikazzjoni jew tbagħbis u biex jaqbdu kull tentattiv ta' dik ix-xorta.

6. Il-limiti rigward temperatura

L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jkun kapaċi jaħdem sewwa fil-kondizzjonijiet klimatiċi kollha li normalment wieħed jiltaqa' magħhom fit-territorju Komunitarju.

7. Kemm iddum isservi

Il-karta għandha tkun kapaċi li taħdem b'mod korrett għal perjodu ta' ħames snin skond l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali u elettriċi.

8. il-karatteristiċi elettriċi

Il-karatteristiċi elettriċi tal-karta għandhom ikunu jikkorrispondu ma' l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-elettronika fil-vetturi.

9. L-istruttura loġika tal-karta tas-sewwieq

L-istruttura loġika tal-karta għandha tkun definita b'tali mod li tiggarantixxi l-operat sewwa u l-kompatibbiltà tagħha ma kwalunkwe apparat ta' reġistrazzjoni ieħor konformanti ma' dan l-Anness.

10. Il-funzjonijiet u l-istruzzjonijiet

Il-funzjonijiet u l-istruzzjonijiet tal-karta għandhom ikopru l-funzjonijiet kollha msemmija fil-Kapitolu I(ċ) u l-Kapitolu II(b).

11. Il-fajls elementari

L-ispeċifikazzjonijiet tal-fajls elementari għandhom ikunu fil-qafas ta' l-istandards msemmija fil-punt 4.

12. Id-disposizzjonijiet speċjali

Wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jżidu kuluri u marki, bħalma huma s-simboli nazzjonali u l-karatteristiċi ta' sigurtà, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

B. IL-KARTA TA' L-ISTAZZJON TAL-VERIFIKA (BIL-MEMORJA), IL-KARTA TAL-KONTROLL (BIL-MEMORJA) U L-KARTA TAD-DATA TAL-KUMPANIJA (BIL-MEMORJA)

L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istazzjon tal-verifika, il-karti tal-kontroll u dawk tad-data tal-kumpanija (bil-memorja) għandhom ikunu tali li jkunu joperaw b'korrettezza meta jintużaw kif ipprovdut fil-Kapitolu I(g), (h) u (l) u jkunu kompatibbli ma' kull apparat ta' reġistrazzjoni li jkun konformi ma' dan l-Anness. L-istruttura tal-karti għandha tkun iddisinjata biex tagħti aċċess biss lill-utent awtorizzat u dan biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet li kull karta tkun mistennija li taqdi.

V. IL-PRINTER U L-FOLJI STAMPATI STANDARD

1. Il-printers għandhom ikunu ddisinjati biex jistampaw il-folji kif imsemmi fil-Kapitolu II(d) bi grad ta' ċarezza li tkun tista' tevita kull ambigwità meta dawn jinqraw. Il-folji stampati għandhom jibqgħu jinqraw b'mod ċar u identifikabbli taħt kondizzjonijiet normali ta' konservazzjoni għall ta' mill-anqas sena.

Dawn għandhom iżommu d-dimensjonijiet tagħhom u dak li jkun fihom reġistrat taħt kondizzjonijiet normali ta' umdità u temperatura.

Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu miżjuda f'dawn id-dokumenti noti miktuba bl-idejn, bħal ma hi l-firma tas-sewwieq.

2. Il-kapaċità minima tal-folji stampati, ikunu ta' liema forma jkunu, għandha tkun biżżejjed biex tippermetti l-istampar ta' l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu II(d).

Jekk ikun meħtieġ li bosta folji stampati jitwaħħlu ma' xulxin biex jiżdied l-ispazju fejn jiġi stampat, il-partijiet li jgħaqqdu d-dokumenti flimkien għandhom ikunu magħmula b'tali mod li ma jkunx hemm qtugħ fil-postijiet magħquda biex ma jfixklux l-interpretazzjoni tad-data.

VI. L-INSTALLAZZJONI TA' L-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI

(a) L-installazzjoni

1. L-apparat ta' reġistrazzjoni għandu jiġi protett kontra l-ħsara aċċidentali.

2. Għandu jkun possibli għall-aġenti awtorizzati li jaddattaw il-kostanti ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni mal-koeffiċjent karattersitiku tal-vettura permezz ta' apparat addattat, li għandu jissejjaħ adapter.

Il-vetturi li jkollhom żewġ proporzjonijiet tal-fus għandhom jiġu armati b'apparat li jaħdem bħala swiċċ sabiex id-diversi proporzjonijiet jinġiebu awtomatikament allinjati mal-proporzjon li għalih l-apparat ikun addattat għall-vettura permezz ta' l-adapter.

(b) Il-plakka ta' l-istallazzjoni

Wara li l-apparat ikun ġie verifikat waqt l-installazzjoni, għandha titwaħħal il-plakka ta' l-installazzjoni fejn tkun tista' tidher b'mod ċar, fuq l-apparat, fih, jew maġenbu. Wara li kull spezzjoni minn fitter jew ħanut approvat li tkun teħtieġ bidla fil-kalibrazzjoni ta' l-installazzjoni, għandha titwaħħal plakka ġdida minnflok dik ta' qabilha.

Il-plakka għandu jkollha fuqha ta' mill-anqas dawn id-dettalji li ġejjin:

- l-isem. l-indirizz u l-isem tad-ditta tal-fitter jew tal-ħanut tax-xogħol approvat.

- il-koeffiċjent karatteristiku tal-vettura, fil-forma ta' "w = …rev/km" jew "w = …imp/km",

- Iċ-ċirkomferenza effettiva tat-tajers tar-roti fil-forma ta' "l = … mm",

- id-data li fiha l-koeffiċjent karatteristiku tal-vettura jkun ġie kkalkulkat u ċ-ċirkomferenza effettiva tat-tajers tar-roti skond kif imkejla,

- l-aħħar tmien ċifri tan-numru tax-xażi tal-vettura.

(ċ) L-issiġillar

1. Dawn il-partijiet li ġejjin għandhom jiġu ssiġillati:

(a) kwalunkwe konnessjoni li, jekk tiġi maqtugħa, tista' tikkaġuna tibdiliet mhux osservabbli jew telf ta' data;

(b) kwalunkwe għatu li jista' jagħti aċċess għal ċirkwiti u mekkaniżmi, li kull tibdil fihom jista' jaffettwa l-operat effettiv ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni jew li jista' jippermetti tibdil mhux awtorizzat fil-karattersitiċi ta' l-apparat;

(ċ) il-plakka ta' l-installazzjoni, jekk din ma tkunx imwaħħla b'tali mod li ma tkunx tista' tinqala' mingħajr ma jinqerdu l-marki li jkunu fuqha.

2. Fil-każijiet kollha, il-pożizzjoni tas-siġilli għandha tkun ikkwotata fuq iċ-ċertifikat tat-tip approvat u l-effettività tagħhom ittestjata bħala parti mill-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip.

3. Is-siġilli msemmija f'l(b) jistgħu jitneħħew:

- f'każ ta' emerġenza,

- biex jiġi installat jew imsewwi l-apparat li jillimita l-veloċità jew kwalunkwe apparat ieħor li jikkontribwixxi għas-sigurtà fuq it-triq, kemm-il darba l-apparat ta' reġistrazzjoni jkompli jiffunzjona b'mod kredibbli u korrett u jerġa' jiġi ssiġillat minn fitter jew ħanut tax-xogħol approvat (b'mod konformi mal-Kapitolu VII) immedjatament wara li l-apparat tal-limitazzjoni tal-veloċità jew kull apparat ieħor li jikkontribwixxi għas-sigurtà fuq it-triq jew fi żmien sebat ijiem f'każijiet oħra.

Kull darba li dawn is-siġilli jinkisru għandha ssir dikjarazzjoni bil-miktub li tagħti r-raġunijiet għal dan u din għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

VII. IL-VERIFIKI U L-ISPEZZJONIJIET

(a) L-approvazzjoni tal-postijiet fejn isiru t-testijiet (fitters u u ħwienet tax-xogħol)

L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi biex wettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet.

(b) Iċ-ċertifikazzjoni ta' strumenti ġodda jew imsewwija

Kull apparat individwali, kemm jekk ġdid kif ukoll jekk imsewwi, għandu jiġi ċertifikat fir-rigward ta' jekk ikunx jaħdem sewwa u jkunx jindika u jirreġistra b'mod eżatt, fil-limiti stabbiliti fil-Kapitolu III(f)(l) permezz ta' l-issiġillar skond il-Kapitolu VI(c)(l) jew l-informazzjoni diġitali ekwivalenti fid-data tal-memorja ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni.

(ċ) L-ispezzjoni u l-ipprogrammar ta' l-installazzjoni

1. Meta jkun qiegħed jiġi nstallat fuq il-vettura, l-apparat ta' reġistrazzjoni u l-istallazzjoni kollha għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet dwar it-tolleranzi massimi stabbiliti fil-Kapitolu III(f)(2).

2. Għandu jsir dan l-ipprogrammar li ġej fuq l-apparat ta' reġistrazzjoni li jirreġistra:

- id-data tat-test ta' l-istallazzjoni,

- il-ħin universali koordinat (ĦUK),

- l-identifikazzjoni "VIN" u l-VRN' tal-vettura

- in-numru tal-ħanut tal-fitter approvat jew tal-ħanut tax-xogħol approvat.

(d) L-ispezzjonijiet perjodiċi.

1. L-ispezzjonijiet perjodiċi ta' l-apparat armat fil-vetturi għandu jsir wara kull tiswija ta' l-apparat jew wara kull tibdil fil-koeffiċjent karatteristiku tal-vettura jew wara li ċ-ċirkomferenza effettiva tat-tajers jew ta' mill-anqas darba fi żmien sentejn mill-aħħar spezzjoni; dawn jistgħu jsiru flimkien mat-testijiet li jsiru fuq il-vetturi biex jiġi stabbilit jekk humiex tajbin għas-sewqan fuq it-toroq.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu ta' mill-anqas dawn il-verifiki li ġejjin:

- li l-apparat ta' reġistrazzjoni jkun jaħdem sewwa, inkluż it-tniżżil ta' data ġo jew mill-karta tal-ħanut tax-xogħol,

- li l-konformità mad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III(f)(2) dwar it-tolleranzi massimi waqt l-installazzjoni tkun ġiet assigurata.

- li l-apparat ta' reġistrazzjoni jkollu l-marka fuqu ta' l-approvazzjoni tat-tip.

- li l-plakka ta' l-installazzjoni tkun imwaħħla,

- li s-siġilli fuq l-apparat u fuq il-partijiet l-oħra ta' l-istallazzjoni jkunu intatti.

- iċ-ċirkonferenza attwali tat-tajers.

2. Għandu jsir dan l-ipprogrammar li ġej fuq il-apparat ta' reġistrazzjoni:

- id-data ta' l-ispezzjoni perjodika,

- il-ħin universali koordinat (ĦUK),

- l-identifikazzjoni "VIN" u l-"VRN" tal-vettura

- in-numru tal-karta tal-ħanut tax-xogħol approvat.

3. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu t-tibdil tal-plakka ta' l-installazzjoni jew l-informazzjoni diġitali ekwivalenti fid-data tal-memorja ta' l-apparat li jirreġistra.

(e) Il-kejl ta' l-iżbalji

Il-kejl ta' l-iżbalji waqt l-installazzjoni u matul l-użu għandu jsir skond dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu l-kondizzjonijiet standard ta' l-ittestjar:

- il-vettura mhux mgħobbija, meta tkun f'kondizzjoni normali,

- il-pressjoni tat-tajers skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.

- il-konsum tat-tajers fil-limiti permessi mil-liġi nazzjonali,

- il-moviment tal-vettura: il-vettura għandha timxi bil-forza tal-magna tagħha f'linja dritta fuq art livellata u b'veloċità ta' 50 ± 5 km/s. Id-distanza kkalkulata għandha tkun ta' mill-anqas ta' 1000 m,

- kemm-il darba jkun ta' eżattezza komparabbli, jista' jintuża wkoll għat-test dynamometer addattat.

"

--------------------------------------------------