31998R2088



Official Journal L 266 , 01/10/1998 P. 0024 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2088/98

tat-30 ta' Settembru 1998

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet geografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummisjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' isem bħala isem ta' l-oriġini;

Billi, skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni nstabet li tilħaq il-ħtiġiet kollha stabbiliti fih, u b'mod partikolari kien fiha t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu;

Billi, għall-isem fl-Anness ma' hawn, intbagħet dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 lill-Kummissjoni wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3]; billi l-oġġezzjoni kienet meqjusa ammissibbli;

Billi, skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri interessati għalbiex jilħqu ftehim dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-isem ‘Cornish Clotted Cream’; billi ntlaħaq dan il-ftehim; billi l-ftehim jikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u ma jinvolvix bidla fit-tagħrif irċevut inizjalment skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament; billi ġie ddikjarat illi l-kelma ‘ Cornouaille’ fil-marki tal-fabbrika rreġistrati Franċiżi ma tintużax u mhix sejra tintuża għall-krema;

Billi għalhekk l-isem għandu jiddaħħal fir-‘Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijet ġeografiċi protetti’ u minn issa 'l quddiem jiġi mħares fil-Komunità kollha bħala isem ta' l-oriġini protetta;

Billil-Anness ma' hawn jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1576/98 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-isem fl-Anness ma' hawn huwa hawnhekk miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO).

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU C 140, tas-7.5.1997, p. 4.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 206, tat-23.7.1998, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT TAL-KE U MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-prodotti l-oħra li joriġinaw mill-annimali (il-bajd, il-għasel, prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

IR-RENJU UNIT

- Il-Cornish Clotted Cream (IOP)

--------------------------------------------------