31998R2070



Official Journal L 265 , 30/09/1998 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2070/98

tat-28 ta' Settembru 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-titjib tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' l-għasel

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1221/97 [4] jistabbilixxi l-iskadenza li fiha għandha ssir in-nefqa fuq il-miżuri meħuda taħt il-programm nazzjonali annwali;

Billi, sabiex jiġi evitat tnaqqis fit-tul tal-programmi nazzjonali fl-ewwel sena, l-iskadenza biex issir din in-nefqa taħt dawk l-ewwel programmi għandha tiġi posposta,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/97, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"In-nefqa mill-Istati Membri għall-miżuri meħuda taħt il-programmi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 1 għandha ssir sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena. Iżda, għall-ewwel sena, dik id-data għandha tiġi posposta sal-31 ta' Jannar 1999."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 28 ta' Settembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU L 222, ta' l-1. 7. 1998, p. 15.

[2] L-Opinjoni mogħtija nhar is-16 ta' Settembru 1998 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Settembru 1998 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 173, ta' l-4. 7. 1997, p. 1.

--------------------------------------------------