Official Journal L 225 , 12/08/1998 P. 0002 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/98 tat-30 ta' Lulju 1998 dwar l-aadeżjoni mill-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, huma u jaġixxu bħala parti waħda, għall-Ftehim li jistabbilixxi ċentru tax-xjenza u t-teknoloġija fl-Ukrajna, tal-25 ta' Ottubru 1993, bejn il-Kanada, l-Isvezja, l-Ukrajna u l-Istati Uniti ta' l-Amerika IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235, f'għaqda mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2), u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( [1]), Billi l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, huma u jaġixxu bħala parti waħda, għall-Ftehim li jistabbilixxi ċentru tax-xjenza u t-teknoloġija fl-Ukrajna, tal-25 ta' Ottubru 1993, bejn il-Kanada, l-Isvezja, l-Ukrajna u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, se jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunita; Billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri oħra għajr dawk fl-Artikolu 235, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-adeżjoni tal-Komunità Ewropea, hija u taġixxi flimkien tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika bħala parti waħda (minn issa "l quddiem riferit bħala" l-Komunitajiet Ewropej', għall-Ftehim li jistabbilixxi ċentru ta' xjenza u teknoloġija fl-Ukrajna, tal-25 ta' Ottubru 1993, bejn il-Kanada, l-Isvezja, l-Ukrajna u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, kif modifikat mill-Protokoll tas-7 ta' Lulju 1997 (minn issa 'l quddiem riferit bħala "l-Ftehim"), u d-dikjarazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej li għandha x' taqsam ma' l-Artikolu I tal-Ftehim, huwa approvat f'isem il-Komunità. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jiffirma l-istrument ta' adeżjoni sabiex jorbot il-Komunità u jgħarraf lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru ta' Xjenza u Teknoloġija u l-partijiet l-oħra tal-Ftehim bih. It-testi ta' l-istrument ta' adeżjoni, tal-Ftehim, inkluż il-Protokoll, u tad-dikjarazzjoni huma mwaħħla ma' dan ir-Regolament. Artikolu 3 1. Il-Komunitajiet Ewropej għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord li Jirregola taċ-Ċentru ta' Xjenza u Teknoloġija fl-Ukrajna (minn issa "l quddiem riferit bħala" iċ-Ċentru) mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni, li kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentattiv wieħed biex iservi bħala membri tal-Bord għall-Komunitajiet Ewropej. 2. Il-Kummissjoni għandha tidħol responsabbli b'mod ġenerali għat-tmexxija ta' materji li għandhom x'jaqsmu maċ-Ċentru. Il-Kunsill għandu jinżamm infurmat, f'waqtu qabel il-laqgħat tal-Bord li Jirregola taċ-Ċentru, rigward il-materji li jridu jiġu diskussi f'laqgħat bħal dawn u l-intenzjonijiet tal-Kumissjoni f'dan ir-rigward. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Komunitajiet Ewropej u jesprimu l-pożizzjoni tagħhom fil-Bord li Jirregola. 3. Għal materji li jaqgħu skond l-Artikolu III(vi), l-Artikoli V u XIII tal-Ftehim, il-pożizzjoni tal-Kommunitajiet Ewropej għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill u espressa bħala regola ġenerali mill-presidenza, sakemm deċiż mod ieħor mill-Kunsill. Għal materji li jaqgħu skond l-Artikolu IVB(i) u (v) u l-Artikolu IVD, il-pożizzjoni tal-Kommunitajiet Ewropej għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill u espressa bħala regola ġenerali mill-Kummissjoni, sakemm deċiż mod ieħor mill-Kunsill, u partikolarment f'oqsma fejn l-esperjenza u l-għarfien jinstabu 'l biċċa 'l kbira fl-Istati Membri. 4. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata meta jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej skond il-paragrafu 3. Għandu jaġixxu b'maġġoranza sempliċi meta jiddeċiedi li, kontra r-regola ġenerali kif preskritta fil-paragrafu 3, il-pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej m'għandhiex tiġi espressa mill-presidenza jew mill-Kummissjoni, rispettivament. 5. Deċiżjonijiet dwar proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Komunitajiet Ewropej se jittieħdu skond, u bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 1279/96 [2] jew xi suċċessur tiegħu. Artikolu 4 Iċ-Ċentru għandu jkollu l-personalità legali u jgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skond liġijiet applikabbli fil-Komunita, u partikolarment, jista' jintrabat, jakkwista u jiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u jkun parti minn proċedimenti legali. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Lulju 1998. Għall-Kunsill Il-President W. Schüssel [1] ĠU C 226, ta' l-20.7.1998. [2] ĠU L 165, ta' l-4.7.1996, p. 1. --------------------------------------------------