31998R1687



Official Journal L 214 , 31/07/1998 P. 0012 - 0022


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98

ta' l-20 ta' Lulju 1998

li jemenda ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 dwar il-kopertura ta' merkanzija u servizzi ta' l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Bank Ċentrali Ewropew [2],

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, kull Stat Membru huwa mitlub li jippreżenta kull indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) li jibda bl-indiċi tal-prezzijiet ta' Jannar 1997; billi l-ħtieġa li jħejju HICPs bl-ebda mod ma jpoġġi fid-dubju d-dritt ta' l-Istati Membri li jippubblikaw l-indiċi nazzjonali ta' l-inflazzjoni mhux armonizzat, li huma jkunu jistgħu jużaw għall-politika nazzjonali tagħhom;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar il-miżuri inizjali ta' implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [3] jistabbilixxi kull kopertura inizjali għall-HICP li kien ristrett għal dawk l-oġġetti u servizzi koperti minn kull jew mill-biċċa l-kbira ta' l-indiċi nazzjonali tal-prezzijiet għall-konsumatur (CIPs); billi l-prezzijiet li jridu jittieħdu għall-HICP, b'mod partikulari t-trattament tas-sussidji, ir-rebates u r-rimborsi, jeħtieġu definizzjonijiet armonizzati, billi l-kopertura ġeografika u demografika ta' l-HICP għad trid tiġi speċifikata;

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 2494/95 jirrikjedi illi l-HICP ikun ibbażat fuq il-prezzijiet ta' l-oġġetti u s-servizzi disponibbli għax-xiri fit-territorju ekonomiku ta' l-Istat Membri bil-għan li jiġu ssodisfati direttament il-bżonnijiet tal-konsumatur; billi l-prezzijiet hux attwalment imħallsa mill-konsumaturi f'tali xiri jew opportunity costs jew pagamenti bl-imgħax m'humiex adattati għal paraguni nternazzjonali ta' l-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur;

Billi huwa rikonoxxut li bidliet fir-rimborsi jistgħu ma' jkollhomx kull impatt fuq il-miżuri inflazzjonarji f'kull kuntest iktar wiesa' izda billi huma jifformaw kull parti essenzjali tal-proċess inflazzjonarju li jeffettwa l-konsumaturi u għalhekk għandhom bżonn jiġu riflessi fl-HICP;

Billi l-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (SPC) ma tax fehma fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu; billi, f'dan il-każ, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, il-Kummissjoni għandha, bla dewmien, tissottometti lill-Kunsill kull proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1749/96 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Anness I għandu jiġi sostitwit bl-Annessi Ia u Ib ta' dan ir-Regolament;

2. fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1 il-kelma "inizjali" għandha tiġi mħassra;

3. is-subparagrafu (a) ta' l-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(a)(1) Il-"kopertura" ta' l-HICP hija definita bħala dawk l-oġġetti u servizzi li huma inklużi fin-nefqa monetarja għall-konsum domestiku finali, kif hemm referenza għaliha f'(a)(2). Hija tiġi klassifikata b' mod konformi mal-kategoriji u subkategoriji b'erba' ċifri mogħtija fl-Anness Ia, li joħorġu mill-klassifikazzjoni internazzjonali COICOP u għandhom ikunu magħrufa bħala COICOP/HICP (klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond l-iskop addattata għall-bżonnijiet ta' l-HICPs).

(a)(2) L-ispiża monetarja finali għall-konsum domestiku' hija definita bħala dik il-parti ta' l-ispiża finali għall-konsum li tintefaq mill-familji fi transazzjonijiet monetarji f'wieħed jew fit-tnejn mill-perjodi li qed jiġu mqabbla, u speċifikati fl-Anness Ib. Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, l-Anness Ib isegwi d-definizzjonijiet stabbiliti fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA) 1995 li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2223/96 [4]. "In-nefqa finali għall-konsum domestiku" tikkonsisti fin-nefqa inkorsa f'oġġetti u servizzi li huma użati għas-sodisfazzjon dirett tal-bżonnijiet individwali jew xewqat kemm minn:

(a)(2)(a) familji residenti fit-territorju domestku jew barra; jew

(a)(2)(b) familji residenti jew mhux residenti fit-territorju domestiku; jew

(a)(2)(ċ) il-popolazzjoni ta' familji fl-ambitu ta' l-istħarriġ nazzjonali ta' l-estimi domestiċi.

(a)(3) Il-Prezzijiet użati fl-HICP huma l-prezzijiet tax-xiri mħallsa mill-familji sabiex jinxtraw oġġetti individwali u servizzi fi tranzazzjonijiet monetarji. Fejn oġġetti u servizzi kienu disponibbli għall-konsumaturi bla ħlas, u sussegwentement jiġi impost kull prezz reali, il-bidla minn kull gratuwità għall-prezz li fil-fatt jintalab, u viċe versa, għandha tiġi kkunsidrata fl-HICP.

(a)(4) Il-"piżijiet" ta' l-HICP huma n-nefqa komplessiva tal-familji fuq kull sett ta' oġġetti u servizzi koperti mill-HICP espressi bħala proporzjon tan-nefqa totali fuq l-oġġetti u servizzi kollha koperti."

4. L-Artikolu 3 għandhu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 3

Kopertura

1. L-HICPs miġbura mill-bidliet fil-prezzijiet u piżijiet għal kull kategorija tan-nefqa monetarja finali għall-konsum domestiku mogħtija fl-Anness Ia li tagħmel aktar minn parti waħda f'kull elf ta' l-ispiża totali koperta minn dawk il-kategoriji kollha inklużi skond il-paragrafu 2, għandhom jitqiesu bħala komparabbli.

2. Il-kopertura ta' l-HICP għandha tiġi estiża, kif ġej:

(a) bi tluq mill-produzzjoni ta' l-HICP għal Jannar 1997, l-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-dati miġbura li jkopru dawk il-kategoriji immarkati bħala "kopertura inizjali" kif speċifikat fl-Anness Ia;

(b) meta, iżda mhux qabel, jiġi ppreżentat l-HICP għal Diċembru 1999, l-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-dati miġbura li jkopri wkoll dawk il-kategoriji mmarkati "Diċembru 1999" kif speċifikat fl-Anness Ia;"

5. fl-Artikolu 4 il-kliem "l-Anness I" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "l-Anness Ia".

L-Artikolu 2

Wara li tikkunsidra l-fehmiet tal-kumitat imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [5], il-Kummissjoni għandha fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament tħejji kull rapport u tissottomettih lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-operat tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikulari l-kunċett ta' spiża monetarja finali għall-konsum domestiku f'dak li għandu x'jaqsam ma' kunċetti alternattivi relevanti. Wara dan ir-rapport il-Kummissjoni tista', jekk meħtieġ, tissottometti inizzjattivi addattati lill-Kunsill għall-modifikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara l-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1998.

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p. 1.

[2] Fehma mogħtija fl-14 ta'Lulju 1998 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 229, ta' l-10.9.1996, p. 3.

[4] ĠU L 310, tat-13.11.1996, p. 1.

[5] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ia

Kodiċi | Klassifika COICOP/IAPK | Kopertura inizjali Jannar 1997 | Addizzjoni Diċembru 1999 | Esklu¿i |

01. | IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU | | | |

01.1. | Ikel | | | |

01.1.1 | Ħobż u ċereali | Kollu | | |

01.1.2 | Laħam | Kollu | | |

01.1.3 | Ħut | Kollu | | |

01.1.4 | Ħalib, ġobon u bajd | Kollu | | |

01.1.5 | Żjut u xaħmijiet | Kollu | | |

01.1.6 | Frott | Kollu | | |

01.1.7 | Ħaxix inkluż patata u tuberi oħra | Kollu | | |

01.1.8 | Zokkor, ġamm, għasel, xiroppi, ċikkulata u ħelu | Kollu | | |

01.1.9 | Prodotti ta'l-ikel n.e.c. | Kollu | | |

01.2. | Xorb mhux alkoħoliku | | | |

01.2.1 | Kafè, tè u kawkaw | Kollu | | |

01.2.2 | Ilma minerali, xorb rinfreskanti, u juices | Kollu | | |

02. | XORB ALKOĦOLIKU U TABAKK | | | |

02.1. | Xorb alkoħoliku | | | |

02.1.1 | Spirti | Kollu | | |

02.1.2 | Inbid | Kollu | | |

02.1.3 | Birra | Kollu | | |

02.2. | Tabakk | | | |

02.2.1 | Tabakk | Kollu | | |

02.3. | Narkotiċi | | | |

02.3.1 | Narkotiċi | | | Esklużi |

03. | ĦWEJJEĠ U ŻRABEN | | | |

03.1. | Ħwejjeġ | | | |

03.1.1 | Drappjiet ta' l-ilbies | Kollu | | |

03.1.2 | Ilbiesi | Kollu | | |

03.1.3 | Oġġetti oħra ta'l-ilbies u aċċessorji ta'l-ilbies | Kollu | | |

03.1.4 | Dry-cleaning, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ | Kollu | | |

03.2. | Żraben | | | |

03.2.1 | Żraben u lbies ieħor tas-saqajn | Kollu | | |

03.2.2 | Tiswija u kiri taż-żraben | Kollu | | |

04. | ABITAZZJONI, ILMA, DAWL, GASS U KARBURANTI OĦRA | | | |

04.1. | Kiri attwali ta' djar | | | |

04.1.1 | Kirjiet attwali mħallsa mill-inkwilini | Parti | Kollu | |

04.1.2. | Kirjiet attwali oħra | Parti | Kollu | |

04.2. | Kirjiet imputati għall-abitazzjoni | | | |

04.2.1 | Kirjiet imputati tal-proprjetarji/okkupanti | | | Esklużi |

04.2.2 | Kirjiet imputati oħra | | | Esklużi |

04.3. | Manutenzjoni u tiswijiet regolari ta' l-abitazzjoni | | | |

04.3.1 | Prodotti għall-manutenzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni | Kollu | | |

04.3.2 | Servizzi għall-manutenzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni | Kollu | | |

04.4. | Servizzi oħra relatati mal-abitazzjoni | | | |

04.4.1 | Ġbir ta'l-iskart | Parti | Kollu | |

04.4.2 | Servizzi tad-drenaġġ | Parti | Kollu | |

04.4.3 | Provvista ta' ilma | Parti | Kollu | |

04.4.4 | Servizzi oħra relatati ma' l-abitazzjoni n.e.c. | Kollu | | |

04.5. | Dawl, gass u karburanti oħra | | | |

04.5.1 | Dawl | Kollu | | |

04.5.2 | Gass | Kollu | | |

04.5.3 | Karburanti likwidi | Kollu | | |

04.5.4 | Karburanti solidi | Kollu | | |

04.5.5 | Ilma jagħli, fwar ta'l-ilma, silġ | Kollu | | |

05. | TAGĦMIR, TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI ORDINARJA TAD-DAR | | | |

05.1. | Għamara, tagħmir u dekorazzjonijiet, twapet, koperturi oħra ta' l-art u tiswijiet | | | |

05.1.1 | Għamara u tagħmir | Kollu | | |

05.1.2 | Twapet u koperturi oħra ta'l-art | Kollu | | |

05.1.3 | Tiswijeit ta' għamara, tagħmir u koperturi ta'l-art | Kollu | | |

05.2. | Tessuti tad-dar | | | |

05.2.1 | Tessuti tad-dar | Kollu | | |

05.3. | Tagħmir (apparat) għas-sħana u tisjir, friġis, makni tal-ħasil u tagħmir ieħor bħal dan tad-dar, inkluż armar u tiswijiet | | | |

05.3.1 | Tagħmir (apparat) kbir tad-dar, ta' l-elettriku jew m'huwiex | Kollu | | |

05.3.2 | Tagħmir (apparat) żgħir ta' l-elettriku tad-dar | Kollu | | |

05.3.3 | Tiswija ta' tagħmir (apparat) tad-dar | Kollu | | |

05.4. | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar | | | |

05.4.1 | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar | Kollu | | |

05.5. | Għodda u tagħmir għad-dar u għall-ġnien | | | |

05.5.1 | Għodda u tagħmir kbir | Kollu | | |

05.5.2 | Għodda żgħar u aċċessorji mixxellanji | Kollu | | |

05.6. | Prodotti u servizzi għat-tiswija ordinarja tad-dar | | | |

05.6.1 | Oġġetti tad-dar mhux durabbli | Kollu | | |

05.6.2 | Servizzi domestiċi u servizzi għad-dar | Kollu | | |

06. | SAĦĦA | | | |

06.1. | Prodotti mediċi, strumenti u tagħmir | | | |

06.1.1 | Prodotti mediċi, strumenti u tagħmir | Parti | Kollu | |

06.2. | Servizzi tal-pazjenti ta' barra | | | |

06.2.1 | Servizzi mediċi | | Kollu | |

06.2.2 | Servizzi dentali | | Kollu | |

06.2.3 | Servizzi paramediċi | | Kollu | |

06.3. | Servizzi ta' sptar | | | |

06.3.1 | Servizzi ta' sptar | | | |

07. | TRASPORT | | | |

07.1. | Xiri ta' vetturi | | | |

07.1.1.A. | Karozzi bil-magna ġdida | Kollu | | |

07.1.1.B. | Karozzi bil-magna second hand | Kollu | | |

07.1.2. | Motoċikletti | Kollu | | |

07.1.3 | Roti (bicycles) | Kollu | | |

07.2. | Tħaddim ta' tagħmir ta' trasport personali | | | |

07.2.1 | Spare parts u aċċessorji | Kollu | | |

07.2.2 | Karburanti u lubrikanti | Kollu | | |

07.2.3 | Manutenzjoni u tiswija | Kollu | | |

07.2.4 | Servizzi oħra dwar tagħmir ta' trasport personali | Kollu | | |

07.3. | Servizzi ta' transport | | | |

07.3.1 | Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija | Kollu | | |

07.3.2 | Trasport tal-passiġġieri fit-triq | Kollu | | |

07.3.3 | Trasport tal-passiġġieri bl-ajru | Kollu | | |

0.7.3.4 | Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u fuq passaġġi interni ta' l-ilma | Kollu | | |

07.3.5 | Servizzi oħra mixtrija ta' trasport | Kollu | | |

07.3.6 | Biljetti kombinati | Kollu | | |

08. | KOMUNIKAZZJONI | | | |

08.1 | Komunikazzjoni | | | |

08.1.1 | Servizz postali | Kollu | | |

08.1.2 | Tagħmir tat-telefon u telefax | Kollu | | |

08.1.3 | Tagħmir ta' telefon, telegrafu u telefax | Kollu | | |

09. | RIKREAZZJONI U KULTURA | | | |

09.1. | Tagħmir u aċċessorji awdjoviżwali, fotografiċi u għall-ipproċessar tad-data, inkluż tiswijiet | | | |

09.1.1 | Tagħmir għar-reċezzjoni, rekordjar u riproduzzjoni ta' ħsejjes u stampi | Kollu | | |

09.1.2 | Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi | Kollu | | |

09.1.3 | Tagħmir għall-ipproċessar tad-data | Kollu | | |

09.1.4 | Mezzi għar-rekordjar ta' stampi u ħsejjes | Kollu | | |

09.1.5 | Tiswija ta' aċċessorji awdjo-viżwali, fotografiċi u għall-ipproċessar tad-data | Kollu | | |

09.2. | Oġġetti kbar oħra durabbli għar-rikreazzjoni u kultura | | | |

09.2.1 | Oġġetti kbar oħra durabbli għar-rikreazzjoni u kultura | Kollu | | |

09.2.2 | Tiswija ta' oġġetti kbar oħra durabbli għar-rikreazzjoni u kultura | Kollu | | |

09.3. | Oġġetti u tagħmir ieħor rikreazzjonali, fjuri, ġonna u annimali domestiċi | | | |

09.3.1 | Logħob, ġugarelli u passatempi, tagħmir għall-isport, kampjar u rikreazzjoni fil-miftuħ | Kollu | | |

09.3.2 | Ġardinar | Kollu | | |

09.3.3 | Annimali domestiċi | Kollu | | |

09.4. | Servizzi rikreazzjonali u kulturali | | | |

09.4.1 | Servizzi ta' sport u rikreazzjoni | Kollu | | |

09.4.2 | Servizzi Kulturali | Kollu | | |

09.4.3 | Logħob tal-fortuna | | | Esklużi |

09.5. | Gazzetti, kotba u stationery | | | |

09.5.1 | Kotba | Parti | Kollu | |

09.5.2 | Gazzetti u perjodiċi | Kollu | | |

09.5.3 | Oġġetti stampati mixxellanji | Kollu | | |

09.5.4 | Kartolerija u materjali għat-tpinġija | Parti | Kollu | |

09.6. | Vaganzi "package" | | | |

09.6.1 | Vaganzi "package" | Kollu | | |

10. | EDUKAZZJONI | | | |

10.1. | Servizzi edukazzjonali | | | |

10.1.1 | Edukazzjoni pre-primarja u primarja | | Kollu | |

10.1.2 | Edukazzjoni sekondarja | | Kollu | |

10.1.3 | Edukazzjoni terzjarja | | Kollu | |

10.1.4 | Edukazzjoni mhix definita skond il-livell | Parti | Kollu | |

11. | LUKANDI, KAFETTERIJI U RISTORANTI | | | |

11.1. | Forniment | | | |

11.1.1 | Ristoranti u kafetteriji | Kollu | | |

11.1.2 | Kantin | Parti | Kollu | |

11.2. | Servizzi ta' akkomodazzjoni | | | |

11.2.1 | Servizzi ta' akkomodazzjoni | Parti | Kollu | |

12. | PRODOTTI U SERVIZZI MIXXELLANJI | | | |

12.1. | Kura personali | | | |

12.1.1 | Salons tax-xagħar u stabblimenti għal kura personali | Kollu | | |

12.1.2 | Tagħmir (apparat), oġġetti u prodotti għall-kura personali | Kollu | | |

12.1.3 | Servizzi għal kura personali n.e.c. | | | Esklużi |

12.2. | Effetti personali n.e.c. | | | |

12.2.1 | Ġojjellerija, arloġġi u arloġġ ta' l-idejn | Kollu | | |

12.2.2 | Effetti personali oħra | Kollu | | |

12.3. | Protezzjoni soċjali | | | |

12.3.1 | Servizzi ta' protezzjoni soċjali | | Parti | |

12.4. | Assigurazzjoni | | | |

12.4.1 | Assigurazzjoni tal-ħajja | | | Esklużi |

12.4.2 | Assigurazzjoni relatata ma' l-abitazzjoni | Parti | Kollu | |

12.4.3 | Assigurazzjoni relatata mas-saħħa | | Kollu, | |

12.4.4 | Assigurazzjoni relatata mat-trasport | Parti | Kollu, | |

12.4.5 | Assigurazzjoni oħra | | Kollu, | |

12.5. | Servizzi finanzjarji n.e.c. | | | |

12.5.1 | Servizzi finanzjarji n.e.c. | Parti | Kollu | |

12.5.2 | FISIM | | | Esklużi |

12.6. | Servizzi oħra n.e.c. | | | |

12.6.1 | Servizzi oħra n.e.c. | Kollu | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ib

A. DEFINIZZJONI TA' NEFQA MONETARJA FINALI GĦALL-KONSUM DOMESTIKU

1. Is-settur domestiku jinkludi individwi jew gruppi ta' individwi (kif definiti fl-ESA 2.76.a u 2.76.b) u jista' jew ma jistax jinkludi familji istituzzjonali (kif definiti fl-ESA 2.76.b).

2. Kull familja residenti għandha ċ-ċentru ta' interess ekonomiku tagħha ġewwa t-territorju ekonomiku ta' l-Istat Membru, li jista' jew ma' jistax jinkludi enklavi territorjali jew estraterritorjali (kif definiti fl-ESA 2.04 to 2.07).

3. Kull tranżazzjoni monetarja hija kull influss ekonomiku li huwa interazzjoni bejn unitajiet istituzzjonali bi ftehim reċiproku, fejn l-unitajiet involuti jagħmlu jew jirċievu pagamenti, jew jinkorru djun jew jirċievu assi denominati f'unitajiet monetarji. Skond l-użanza l-ġbir ta' l-iskart domestiku għandu jkun ikkunsidrat bħala interazzjoni bi ftehim reċiproku. It-tranżazzjonijiet li ma jinvolvux l-iskambju ta' flus kontanti, jew assi jew djun denominati f'unitajiet monetarji, m'humiex tranżazzjonijiet monetarji. Tranżazzjonijiet intra-unitarji huma normalment tranżazzjonijiet mhux monetarji. It-tranżazzjonijiet mhux monetarji li jinvolvu aktar minn unità istituzzjonali waħda jsiru fost tranżazzjonijiet fi prodotti (tpartit ta' prodotti), tranżazzjonijiet distributtivi (remunerazzjoni innatura, trasferimenti innatura, eċċ.) u tranżazzjonijiet oħra (tpartit ta' assi mhux finanzjarji mhux prodotti).

L-ispiża monetarja finali għall-konsum tad-dar tkopri s-segwenti każijiet dubbjużi:

4. Tkopri oġġetti, li ma jkunux ikkunsidrati bħala konsum intermedju, bħal materja għal tiswijiet żgħar għat-tiżjin intern ta' djar tal-kwalità li tipikament ikunu magħmula mill-inkwilin kif ukoll mis-sidien, u materja għal tiswija u manutenzjoni ta' prodotti ta' konsum durabblii, inkluż vetturi.

5. Tkopri oġġetti li ma jkunux ikkunsidrati bħala formazzjoni ta' kapital, b'mod partikolari prodotti ta' konsum durabbli, li jkomplu jaqdu il-funzjoni tagħhom f'diversi perjodi ta' kontijiet; dan jinkludi t-trasferiment tal-propjetà ta' kull oġġett ta' konsum durabbli minn impriża għal kull familja.

6. Tkopri servizzi finanzjari direttament addebitati.

7. Tkopri s-servizzi ta'assigurazzjoni mhux tal-ħajja bl-ammont ta' l-impost fuq is-servizz impliċitu.

8. Tkopri kull nefqa ffinanzjata minn pretensjoniet li ma jkunux fuq assigurazzjoni fuq il-ħajja, li jinkludu pagamenti magħmula direttament mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lill-garaxxijiet, sptarijiet, tobba, eċċ. Dan jimplika li l-prezz kollu imħallas minn familji jew minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lil garaxxijiet, sptarijiet, tobba, eċċ., huma koperti mill-HICP.

Il-pretensjonijiet li ma jkunux fuq assigurazzjoni fuq il-ħajja huma l-ammonti li kumpanniji ta' l-assigurazzjoni huma obligati li jħallsu bħala kumpens għall-korrimenti jew danni sofruti minn persuni jew oġġetti.Dawn huma trasferimenti kurrenti mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lill-familji reċipjenti u, għalhekk, jidħlu fid-dħul disponibbli tal-familji.Kull nefqa magħmula bħala kull riżultat ta', per eżempju ħlasijiet lil garaxxijiet, sptarijiet jew tobba, hija meqjusa bħala mġarrba mill-familji u mhux mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni. Mhux rilevanti jekk il-familji fid-djar fil-fatt jagħmlux dik in-nefqa qabel il-pretensjonijiet ikunu mħallsa, li mbagħad jidhru bħala rimborsi tas-sigurtà soċjali, jew jekk il-pagamenti jsirux direttament mill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lill-garaxxijiet sptarijiet, eċċ. F'dan l-aħħar każ, il-kumpanniji huma kkunsidrati biss bħala aġenti li jaġixxu fuq l-awtorità tal-familji li jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala dawk li jġarrbu l-ispiża.

9. Tkopri pagamenti magħmula mill-familji għal liċenzji, permessi, eċċ. li huma kkunsidrati bħala xiri ta' servizzi. Jekk il-gvern juża il-ħruġ tal-liċenzji sabiex jorganizza funzjoni regolatorja addattata, bħall-kontroll tal-kompetenzi jew l-kwalifiki tal-persuna konċernata, il-pagamenti magħmula għandhom jiġu kkunsidrati bħala xiri ta' servizzi mill-gvern u l-prezzijiet meħuda fl-HICP, iżda jekk il-liċenzji ikunu qed jingħataw awtomatikament mall-pagament ta' l-ammonti dovuti, il-pagamenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala taxxi diretti u mhux bħala prezzijiet. Il-liċenzji tas-sewqan jew tal-piloti, liċenzji tar-radju jew tat-televiżjoni, liċenzji ta' armi tan-nar, dħul fil-libreriji jew mużewijiet, tariffi għal ġbir ta' skart, eċċ. huma trattati fil-parti l-kbira tal-każijiet bħala xiri ta' servizzi mogħtija mill-gvern, billi l-liċenzji għall-użu ta' vetturi, dgħajjes jew ajruplani huma trattati fil-biċċa l-kbira tal-każijiet bħala taxxi..

10. Tkopri ix-xiri ta' ħruġ bi prezzijiet mhux ekonomikament sinifikanti, eż. tariffi għad-dħul f'kull mużew.

In-nefqa monetarja finali għall-konsum domestiku ma tkoprix is-segwenti każijiet dubjużi:

11. Ma tkoprix dħul in natura għaliex m'hijiex tranżazzjoni monetarja (għalkemm skond l-FSE 3.76.b hija inkluża fin-nefqa finali għall-konsum).

12. (a) Ma tkoprix trasferimenti soċjali in natura li jkunu riċevuti mill-familji, inklużi dawk il-partijiet min-nefqa inizjalment magħmula mill-familji li jkunu sussegwentement rimborsati lilhom mis-sigurtà soċjali, unitajiet tal-gvern jew xi NPISH, eż. għal spejjeż mediċi jew għall-edukazzjoni. Meta kull familja tixtri kull oġġett jew servizz li għalih tkun sussegwentement rimborsata parzjalment jew kompletament, il-familja tiġi kkunsidrata biss bħala aġent li jaġixxi fuq l-awtorità ta' fond ta' sigurtà soċjali, unità tal-gvern jew NPISH. L-ammonti rimborsati lill-familji huma kunsidrati bħala trasferimenti soċjali fi propjetà magħmula mis-sigurtà soċjali, unitajiet tal-gvern jew Xi NPISH. Ma jkunux imniżżla bħala trasferimenti fi flus kontanti lill-familji u ma jiffurmawx parti mid-dħul disponibbli tal-familji. Dan it-trattament kontabbli jwassal għall-istess riżultat bħal meta fond tas-sigurtà soċjali jixtri l-oġġetti u s-servizzi mill-produtturi tas-suq u jerġa' jbigħhom lill-familji bi prezzijiet baxxi mhux tas-suq. Dan jimplika li l-prezz meħud għall-HICP huwa l-ammont imħallas mil-familji mingħajr ir-rimborz.

(b) Kull skont ieħor minn awtoritajiet pubbliċi, speċjalment ħlasijiet għall-akkomodazzjoni lill-inkwilini sabiex jitnaqqsu il-kirjiet tagħom (inkluż pagamenti li fid-diskrezzjon ta' l-inkwilin imorru direttament għand is-sid), huma kkunsidrati bħala benefiċċji soċjali f'kontanti u, għalhekk, jidħlu fid-dħul disponibbli tal-familji. Dan jimplika li l-prezz kollu ta' l-oġġett jew servizz qabel l-iskont huwa kopert mill-HICP.

13. Ma tkoprix ukoll servizzi ta' abitazzjonijiet li jkunu okkupati mis-sid, għaliex m'hemmx tranżazzjonijiet monetarji, (għalkemm skond l-FSE 3.76.a hija inkluża fl-ispiża finali għall-konsum).

14. Ma tkoprix ix-xiri ta' abitazzjonijiet, u oġġetti kunsidrati bħala akkwisti ta' assi mhux prodotti, b' mod partikolarment ix-xiri ta' art.

15. Ma tkoprix ukoll l-ispiża li sid okkupant jinkorri għad-dekorazzjoni, manteniment u tiswija ta' l-abitazzjoni li mhux soltu jsiru mill-inkwilini.

16. Ma tkoprix l-ispiża fuq oġġetti ta' valur.

17. Ma tkoprix in-nefqa minn familji li jippossjedu intrapriżi mhux inkorporati li tkun saret għall-finijiet kummerċjali.

18. Ma tkoprix it-taxxi attwali fuq id-dħul u l-ġid, li huma kollha obbligatorji, pagamenti mhux imħallsa, bi flus jew xort'oħra, imposti perjodikament mill-gvern ġenerali u mill-bqija tad-dinja fuq id-dħul u l-ġid ta' l-unitajiet istituzzjonali, u kull taxxa perjodika li ma jkunux stmati la fuq id-dħul u lanqas fuq il-ġid. Taxxi oħra attwali jinkludu dawk il-pagamenti kollha magħmula mill-familji għal-liċenzji li għandhom jiġu kkunsidrati bħala taxxi, bħal liċenzji għall-propjetà jew l-użu ta' vetturi, dgħajjes jew ajruplani eċċ.

19. (a) Ma tkoprix sottoskrizzjonijiet, kontribuzzjonijiet u ħlasijiet mħallsa mill-familji lil xi NPISH, bħal għaqdiet tal-ħaddiema, għaqdiet professjonali, assoċjazzjonijiet ta' konsumaturi, knejjes u każini soċjali, kulturali, rikrejazzjonali u ta' l-isport.

(b) Madanakollu, jekk kull każin, union, soċjetà jew assoċjazzjoni tista' tiġi kkunsidrata bħala kull produttur fis-suq li jbiegħ is-sevizzi tiegħu bi prezz ekonomikament sinifikanti, li s-soltu jkun il-każ anke jekk l-istatus legali jista' jkun ta' organizzazjoni li ma' tagħmilx qliegħ, imbagħad is-sottoskrizzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet u l-ħlasijiet dovuti mħallsa mill-familji huma kkunsidrati bħala pagamenti għas-servizzi mogħtija - mhux bħala trasferiment - u, għalhekk, koperti mill-HICP.

20. Ma tkoprix trasferimenti volontarju fi flus kontanti jew xort'oħra minn familji lill-karitajiet, u organizzazjonijiet ta' wens u ta' għajnuna.

21. Ma tkoprix pagamenti ta' dħul minn propjetà, inkluz l-imgħax. Id-dħul mill-propjetà huwa d-dħul dovut lis-sid ta' kull ass finanzjarju jew kull ass tanġibbli mhux prodott bħala ħlas għall-għotja ta' fondi lil, jew it-tpoġġija ta' l-assi tanġibbli mhux prodott għad-dispożizzjoni ta', unità istituzzjonali oħra. Skond it-termini ta' l-istrument finanzjarju miftiehem bejniethom, l-imgħax huwa dak l-ammont li d-debitur jkollu jagħti lill-kreditur fuq perjodu ta' żmien definit mingħajr ma' jitnaqqas l-ammont prinċipali dovut.

22. Ma jkopriex il-kontribuzzjonijiet soċjali obligatorji jew volontarji, bħall-kontribuzzjonijiet soċjali reali ta' min iħaddem għall-fondi tas-sigurtà soċjali, l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew il-fondi għall-pensjoni awtonomi kif ukoll mhux awtonomi li jamministraw skemi ta' assigurazzjoni soċjali sabiex jiżguraw il-benefiċċji soċjali għall-impjegati tagħhom, jew il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati dovuti lis-sigurtà soċjali, skemi finanzjati privati jew skemi bla fondi.

23. Ma tkoprix l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u s-servizzi ta' finanzjament tal-pensjonijiet (għalkemm skond is-SEK 3.76.f u g servizzi ta' dan it-tip huma inklużi fin-nefqa finali għall-konsum permezz ta' l-ammont tat-tariffa impliċita tas-servizz).

24. Ma tkoprix il-premjum netti ta' l-assigurazzjonijiet mhux fuq il-ħajja. Dawn huma poloz pagabbli taħt poloz meħuda minn unitajiet istituzzjonali. Il-poloz maħruġa minn familji individwali huma dawk maħruġa fuq inizzjattiva tagħhom u għall-ġid tagħhom, indipendentement minn min iħaddimhom jew mill-gvern u barra minn kull skema ta' assigurazzjoni soċjali. Il-premiums netti ta' l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja jinvolvu kemm il-premiums infushom dovuti mid-detenturi tal-poloz sabiex jiksbu l-kopertura assikurativa matul il-perjodu ta' kontijiet (premiums gwadanjati) u s-supplementi fuq il-premiums dovuti mid-dħul mill-propjetà attribwita lid-detenturi tal-poloz ta' l-assigurazzjoni, wara li jitnaqqsu t-tariffi għas-servizz ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni li jieħdu ħsieb l-assigurazzjoni. (NB: din it-tariffa għas-servizz hija koperta min-nefqa monetarja finali għall-konsum domestiku). Il-premjums netti ta' l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja huma l-ammonti disponibbli sabiex jipprovdu kopertura kontra diversi ġrajjiet jew inċidenti li jirriżultaw fi ħsara f'oġġetti jew propjetà, jew dannu għal persuni bħala kull riżultat ta' kawżi naturali jew umani, per eżempju nirien, dulluvji, ħabtiet, kolliżjonijiet, għarqien, serq, vjolenza, aċċidenti, mard, jew kontra telf finanzjarju li jirriżulta minn grajjiet bħal mard, diżokkupazzjoni, aċċidenti, eċċ.

25. Ma tkoprix it-trasferimenti attwali bejn il-familji, li jikkonsistu f' kull trasferiment attwali fi flus jew xort'oħra, jew rċevuti, mill-familji residenti għal, jew minn, familji oħra residenti jew mhux residenti.

26. Ma tkoprix il-multi u l-penali. Huma mposti fuq l-unitajiet istituzzjonali minn qrati tal-ġustizzja jew korpi kważi-ġudizzjarji u meqjusa bħala trasferimenti attwali obbligatorji. Ukoll mhux inklużi huma l-multi u l-penali imposti mill-awtoritajiet fiskali għall-evażjoni jew il-ħlas fit-tard tat-taxxi, li s-soltu ma jkunux distinti mit-taxxi nfushom.

27. Ma tkoprix il-lotteriji u l-logħob ta' l-azzard; lanqas l-impost tat-tariffa tas-servizz lill-unità li torganizza il-lotterija jew il-logħob ta' l-azzard, lanqas it-trasferiment residwu attwali li jiġi mħallas lir-rebbieħa (għalkemm skond is-SEK 4 135 it-tariffa għas-servizz hija inkluża fin-nefqa finali għall-konsum).

B. DEFINIZZJONI TA' PREZZ

28. Fil-ħin tax-xiri, il-prezz tax-xerrej huwa l-prezz li x-xerrej fil-fatt iħallas għall-prodotti; inkluż kull taxxa wara li jiġu mnaqqsa s-sussidji fuq il-prodotti; wara t-tnaqqis għar-roħs minħabba bejgħ bil-grossa jew xiri barra mill-istaġun fil-prezzijiet jew imposti tas-soltu; wara li jiġu esklużi l-interessi jew it-tariffi għas-servizzi miżjuda taħt arranġamenti ta' kreditu; wara li tiġi eskluża kull tariffa oħra addizzjonali dovuta minħabba n-nuqqas ta' ħlas fil-perjodu stipulat fil-ħin meta jkun sar ix-xiri.

29. L-oġġetti u servizzi għal-konsum individwali ("oġġetti u servizzi individwali") huma akkwistati minn kull familja u użati sabiex jiġu sodisfatti il-bżonnijiet u x-xewqat tal-membri ta' dik il-familja. L-oġġetti u servizzi individwali għandhom il-karatteristiċi segwenti:

(a) għandu jkun possibli li jiġi osservat u reġistrat l-akkwist ta' l-oġġett jew servizzi minn kull familja individwali jew membru dwar dan kif ukoll il-ħin meta jkun sar;

(b) il-familja għandha tkun qablet mal-fornitura ta' l-oġġett jew servizz u tieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex tagħmilha possibli, per eżempju billi tattendi kull skola jew klinika;

(ċ) l-oġġett jew servizz għandu jkun tat-tip li l-akkwist tiegħu minn familja jew persuna waħda, jew possibilment minn grupp zgħir, ristrett ta' persuni, ma jippermettix l-akkwist tiegħu minn familji jew persuni oħra.

Kull infieq finali għal konsum tal-familji huwa individwali. Skond il-prattika, kull oġġett u servizz provdut minn xi NPISH huma kunsidrati bħala individwali.

Skond il-prattika, kull nefqa tal-gvern għall-konsum fl-edukazzjoni, is-saħħa, is-sigurtà soċjali u l-benessere, l-isport u r-rikreazzjoni, u l-kultura għandha tiġi meqjusa bħala nefqa fuq is-servizzi ta' konsum individwali ħlief għan-nefqa fuq l-amministrazzjoni ġenerali, ir-regolamentazzjoni, ir-riċerka, eċċ. Flimkien ma' dan, in-nefqa fuq l-għoti ta' l-akkomodazzjoni, il-ġbir ta' l-iskart domestiku, u l-operazzjoni ta' sistema ta' trasport għandhom jiġu kkunsidrati individwali. In-nefqa għall-konsum kollettiv hija l-bqija tan-nefqa għall-konsum finali tal-gvern. Hija tikkonsisti b'mod partikulari fl-amministrazzjoni u r-regolazzjoni tas-soċjetà, il-fornitura tas-sigurtà u d-difiża, iż-żamma tal-liġi u l-ordni, il-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni, il-ħarsien tas-saħħa pubblika, il-protezzjoni ta' l-ambjent, ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-infrastruttura u l-iżvilupp ekonomiku.

--------------------------------------------------