Official Journal L 208 , 24/07/1998 P. 0017 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1593/98 tat-23 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1764/86 rigward il-ħtiġiet minimi tal-kwalità għall-prodotti pproċessati mit-tadam permezz ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti mill-frott u mill-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 4(9) tiegħu, Billi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi li l-kwantitajiet prodotti b’mod konformi mal-prezzijiet minimi għandhom jittieħdu bħala l-bażi għat-tqassim tal-kwota bejn il-proċessuri, l-Istati Membri u l-gruppi tal-prodotti; billi l-kwantitajiet prodotti ’l barra mill-kwota bil-prezz minimu matul sena waħda tas-suq għandhom jitqiesu sabiex tiġi stabbilita l-kwota fis-sena tas-suq ta’ wara; billi, bħala riżultat, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-prodotti maħduma miksuba minn dawn il-kwantitajiet bla ħsara għall-kwota eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni; Billi l-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/97 tad-19 ta’ Marzu 1997 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikast ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward is-sistema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni għall-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1590/98 [4], jipprovdi li l-kwantitajiet mhux koperti bil-kwota li għalihom ikun tħallas il-prezz minimu għandhom jiġu indikati fil-kuntrati ta’ l-ipproċessar; Billi l-esperjenza miksuba fis-settur ta’ l-ipproċessar tat-tadam tindika li ċerti ħtiġiet minimi tal-kwalità għandhom ikunu iktar stretti fil-każ tal-ġulepp tat-tadam; Billi l-miżuri li hemm provvedmenti dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u mill-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 [5] huwa hawnhekk emendat ġif ġej: 1) it-titolu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 tas-27 ta’ Mejju 1986 li jistabbilixxi l-ħtiġiet minimi tal-kwalità għall-prodotti pproċessati mit-tadam permezz ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni". 2) L-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej: "‘L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ħtiġiet minimi tal-kwalità li għandhom jintlaħqu mill-prodotti bil-bażi tat-tadam kif definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/97 [6] fil-każ ta’: (a) prodotti koperti bil-kwota eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni li hemm provvediment dwarha bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96; (b) il-prodotti bil-bażi tat-tadam mhux koperti bil-kwota, fornuti permezz tal-kuntratti tal-ipproċessar riferut fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 504/97 u li għalihom jiġi mħallas il-prezz minimu."; 3) fl-Artikolu 2, il-frażi "tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84" għandha tkun mibdula bil-frażi "tar-Regolament (KE) Nru 504/97"; 4) fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3, il-frażi "fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84", għandha tkun mibdula bil-frażi "fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 504/97"; 5) fl-Artikolu 8, il-frażi "fl-Artikolu 1(2)(n) u (o) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84" għandha tkun mibdula bil-frażi "fl-Artikolu 1(2)(k) u (l) tar-Regolament (KE) Nru 504/97"; 6) L-Artikolu 10(3)(a) huwa mibdul b’dan li ġej: "(a) kull materjal barrani tal-pjanta jista’ jkun stabbilit biss b’eżami intensiv bl-għajnejn. B’dankollu, ċerti tħejjijiet tal-ġulepp u tal-konċentrati jista’ jkun fihom qxur u żerriegħa, fil-limiti massimi stabbiliti f’ l-Artikolu 1(2)(k) u (l) tar-Regolament (KE) Nru 504/97;" 7) il-punt li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 10(4): "(f) kontenut totali ta’ l-aċidu lattiku li ma jeċċedix il-1 % tal-piż xott, imnaqqas biż-żieda ta’ b’ kull tip ta’ melħ komuni, fil-każ ta’ ġulepp tat-tadam."; 8) fl-Artikolu 11, il-frażi "(m) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84" hija mibdula bil-frażi "(j) tar-Rgolament (KE) Nru 504/97". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1. [3] ĠU L 78, ta’ l-20.3.1997, p. 14. [4] ĠU L 208 ta’ l-24.7.1998, p.11. [5] ĠU L 153, tas-7.6.1986, p. 1. [6] ĠU L 78, ta’ l-20.3.1997, p. 14. --------------------------------------------------