31998R1472



Official Journal L 194 , 10/07/1998 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1472/98

tad-9 ta' Lulju 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar regoli ddettaljati sabiex jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u tal-marketing ta' l-għasel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ħalli jitjiebu l-produzzjoni u l-kummerċ ta' l-għasel [1], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 [2], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 758/98 [3], jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċ ta' l-għasel

Billi din l-emenda ressqet ukoll 'il quddiem id-data tan-notifika tal-programmi; billi, bħala riżultat, id-data tar-rata tal-kambju agrikolu li għandha tkun applikata għal dawn il-programmi għandha wkoll tiġi emendata;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2300/97 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 5

Ir-rata tal-kambju agrikolu li għandha tkun applikata għall-ammont li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta' Mejju tas-sena li fiha l-programm ikun innotifikat."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Awissu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tal-1.7.1997, p.1.

[2] ĠU L 319, tal-21.11.1997, p.23.

[3] ĠU L 105, ta' l-4.4.1998, p.5.

--------------------------------------------------