Official Journal L 191 , 07/07/1998 P. 0043 - 0044
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1443/98 tas-6 ta’ Lulju 1998 li jistabbilixxi l-bilanċ tal-forniment għall-Gżejjer Kanarji fis-settur tal-prodotti tar-ross IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2348/96 [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 3(4) tiegħu, Billi r-regoli komuni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-forniment ta’ ċerti prodotti agrikoli lill-gżejjer Kanarji huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2790/94 [3], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 825/98 [4]; Billi biex tapplika l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru. 1601/92 hemm bżonn li ssir ħarsa minn qabel lejn il-bilanċ tal-forniment għall-Gżejjer Kanarji għall-prodotti tas-settur tar-ross; li dan il-bilanċ għandu jkun stabbilit skond il-bżonnijiet ta’ dan ir-reġjun; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru. 1601/92, il-kwantitajiet tal-bilanċ previsti fis-settur tar-ross li se jibbenefikaw mill-eżenzjoni tad-dazju tad-dwana jew minn għajnuna mill-Komunità għall-prodotti li ġejjin mill-bqija tal-Komunità se jkunu kif indikat fl-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [2] ĠU L 320, tal-11.12.1996, p. 1. [3] ĠU L 296, tas-17.11.1994, p. 23. [4] ĠU L 117, tal-21.4.1998, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS Bilanċ tal-forniment tar-ross lill-Gżejjer Kanarji għall-perjodu ta’ kummerċ mill-1 ta’ Lulju 1998 sat-30 ta’ Ġunju 1999. (tunnellati) | Prodott (Kodiċi CN) | Gżejjer Kanarji | | | Ross ipproċessat li tneħħietlu l-qoxra ta’ barra | 100630 | 13000 | Ross imfarrak | 100640 | 2600 | --------------------------------------------------