31998R1406



Official Journal L 188 , 02/07/1998 P. 0025 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1406/98

ta' l-1 ta' Lulju 1998

li jħassar il-miżuri ddikjarati fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/98 li jissospendi ċerti konċessonijiet iddikjarati fir-Regolament (KE) Nru 3066/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessonijiet agrikoli provvduti fil-Ftehim Ewropej sabiex iqisu l-Ftehim dwar il-biedja konkluż matul in-negozjati multilaterali kummerċjali tar-Round ta' l-Urugwaj

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/98 tas-17 ta' Marzu 1998 li jissospendi ċerti konċessonijiet iddikjarati fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessonijiet agrikoli pprovvduti fil-Ftehimijiet Ewropej sabiex iqisu l-Ftehim dwar il-biedja matul in-negozjat multilaterali kummerċjali tar-Round ta' l-Urugwaj [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi r-Regolment tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1595/97 [3] jistabblixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u jipprovdi ċerti aġġustamenti pprovvduti fil-Ftehimijiet Ewropej sabiex iqisu l-Ftehim dwar il-biedja konkluż matul in-negozjati multilaterali kmmerċjali tar-Round ta' l-Urugwaj;

Billi r-Regolament (KE) Nru 703/98, sabiex jipproteġi l-interessi kummerċjali Komunitarji wara li r-Repubblika Ċeka żiedet b'mod unilaterali d-dazji fuq l-importazzjoniji ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, issospendiet b'mod awtonomu f'manjiera ekwivalenti ċerti konċessjonijiet iddikjarati fir-Regolament (KE) Nru 3066/95;

Billi r-Repubblika Ċeka issa ħassret id-dazji ta' l-importazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli, u b'hekk stabbiliet mill-ġdid ir-reċiproċità tat-trattament;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati tal-Ġestjoni interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri ddikjarati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 703/98 huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 98, tal-31.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31.

[3] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1

--------------------------------------------------