31998R1298



Official Journal L 180 , 24/06/1998 P. 0005 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1298/98

tat- 23 ta’ Ġunju 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jippreskrivi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 l-istandards għal xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta’ Diċembru 1994 li jistipula l-istandards għax-xaħam li jiddellek [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 577/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 623/98 [4], jipprovdi għal perjodu li jippermetti li tittieħed esperjena tal-metodu għall-ivverifikar tad-dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam kif deskritta fl-Anness II, qabel ma’ jiġi applikat;

Billi, sabiex ikun permess li jsir eżami aktar dettaljat tal-vijabilità tal-metodu fid-dawl tad-diffikultajiet notifikati mill-operaturi ekonomiċi fl-imlimentazzjoni tiegħu, id-data li minnha l-metodu għandu japplika għandha tiġi posposta;

Billi l-miżuri previsti b’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni konċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 577/97 huwa emendat kif ġej

Fl-Artikolu 2(3) id-data ‘l-1 ta’ Lulju 1998 hija sostitwita bi ‘l-1 ta’ Jannar 1999’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.

[2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[3] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 3.

[4] ĠU L 85, ta’ l-20.3.1998, p. 3.

--------------------------------------------------