Official Journal L 166 , 11/06/1998 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1197/98 tal-5 ta' Ġunju 1998 li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej; Wara li kkonsidra il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 13 u 23 tiegħu; Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], (1) Billi l-Istitut Monetarju Ewropew ippreżenta opinjoni [3]; (2) Billi l-Bank Ċentrali Ewropew huwa diġa stabbilit; (3) Billi huwa xieraq li tkun estiża l-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, bit-termini u bi qbil mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [4], dwar is-salarji, il-pagi u l-emolumenti tal-Membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-persunal ta' dak il-bank; billi l-applikazzjoni ta' din it-taxxa għall-Istitut Monetarju Ewropew issir irrelevanti meta l-likwidazzjoni tal-Istitut tkun kompluta, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 12a ta' Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 għandu jkun imħassar b'effett mill-jum ta' wara d-data li fiha l-likwidazzjoni ta' l-Istitut Monetraju Ewropew tkun kompluta. Artikolu 2 "L-Artikolu 12ċ Dan ir-Regolament għandu jkun japplika għall-membri tal-Kunsill Governattiv u għall-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, għal membri tal-persunal tiegħu u għal dawk li jirċievu l-pensjonijiet imħallsa mill-Bank li huma nklużi fil-kategoriji determinati mill-Kunsill skond l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, fir-rigward ta' salarji, pagi u emolumenti, u għall-penzjonijiet għal disabilità, irtirar u lil superstiti imħallsa mill-Bank.'" Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Ġunju 1998. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fil-5 ta' Ġunju 1998. Għall-Kunsill Il-President G. Brown [1] ĠU C 118, tas-17.4.1998, p. 14. [2] L-opinjoni mogħtija fit-28 ta' Mejju 1998 (li għadha ma ġietx ippublikata fil-ĠU Uffiċjali). [3] L-opinjoni mogħtija fis-6 t'April 1998 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) Nru 2190/97 (ĠU L. 301, tal-5.11.1997, p. 1). --------------------------------------------------