31998R0981



Official Journal L 137 , 09/05/1998 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 981/98

tas-7 ta' Mejju 1998

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistikali u t-Tariffi Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull sud-diviżjoni magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jista’ jissokta jiġi invokat, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri adottati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffi u n-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jista’ jissokta jiġi invokat taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell fis-7 ta’ Mejju 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 345, tas-16.12.1997, p. 44.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-Deskrizzjoni | Il-Klassifika (Tal-Kodiċi NM) | Ir-Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Album tar-ritratti bil-legatura tkejjel 12-il ċm (fil-wisa'), 16,5 ċm (fit-tul) u 5,8 ċm (fil-ħxuna), compost mill-materjali li ġejjin:bażi tal-kartun iebes, suċċessivament miksi bil-plastik ċellulari, kisja tal-kartun irqiq, karti stampati b'kuluri sbieħ u fuljetta rqiqa tal-plastik,is-60 faċċata ta' ġewwa huma nkollati mal-legatura u jikkonsistu f'folji tal-plastik bi bwiet tal-plastik trasparenti mwaħħla magħhom. | 39269091 | Il-Klassifika hija stabblita bid- disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklaura Magħquda u l-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3926,392690 u 39269091. Il-komponenti tal-plastik f'dan il- il-prodott kompost jippredominaw kemm fil-volum u kemm f'termini tal-funzjoni tal-prodott. |

2.Mezz tat-tip ta' kompjuter laptop f'kaxxa tal-plastik ikkulurit magħmul bil-forma, bejn wieħed u ieħor 20 ċm fit-tul, 23 ċm fil-wisa' u 5 ċm fil-ħxuna.Il-mezz għandu l-komponenti li ġejjin:loudspeaker,unità elettronika tal-proċessar (mhux programmabbli fil-libertà),tastiera bis-swiċċijiet taħt kisja b'saħħita tal-plastik,esibizzjoni b'LCD, madwar 6 x 3 ċm,It-tagħmir għandu 16-il programm built-in, li kapaċi jagħmlu ezerċizzji ta' kitba, aritmatika u loġika, kif ukoll jikkomponu l-muzika.Il-programmi huma magħmulin għal tfal ta' bejn ħames u tmien snin. | 95039032 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-għoti tal-kliem tal- kodiċijiet tan-NM 9503. 950390 u 95039032. Erbgħa mis-16-il programm mibnija fih ikkonsistu minn eżerċizzi bil-miktub, sebgħa jittestjaw l-aritmentika u tnejn li jinvolvu noti mużikali/melodiji, eċċ Għalkemm 15 mis-16-il fil-mod li jistgħu jintlagħbu minn żewġ persuni u jingħataw riżultati korretti, il-prodott ma għandux il-karatteristiċi ta' logħba ta' ġewwa ta' l-intestatura 9504. Il-karattru essenzjali tal-prodott huwa ta' ġugarell edukattiv. |

--------------------------------------------------