31998R0955



Official Journal L 133 , 07/05/1998 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/98

tad-29 ta' April 1998li

jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffi u l-miżuri l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati ġewwa l-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jista' jissokta jiġi invokat, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabblixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffi u n-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda ġewwa l-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jista' jissokta jiġi invokat taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-29 ta' April 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 345, ts-16.12.1997, p. 44.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-L-ANNESS

Id-Deskrizzjoni | Il-Klassifika (Il-Kodiċi tan-NM) | Ir-Raġunijiet |

1 | 2 | 3 |

1.Sett tal-headphones stereo bla fili, li jikkonsisti minn:headphones li jaħdmu bil-batterija b'radjo riċevitur ta' frekwenza għolja mibni minn ġewwa,radjo trasmettitur ta' frekwenza għolja bi tliet kanali b'firxa ta' 100 m uadapter li jikkonnettja t- trasmettitur ma’ mezzi varji ta' l-awdjo | 85183080 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispossizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 4 mat-taqsima XVI u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8518, 851830 u 85183080 |

2.Mezz ta' frekwenza ta' l-awdjo li jikkonsisti minn 95 proċessur tal-ħoss, li jirċievi u jibdel is-sinjali minn sorsi differenti.Għandu l-funzjonijiet li ġejjin:is-simulazzjoni ta’ ambjenti akustiċi (p.e. l-akustika ta’ knisja jew ta’ diskoteka) ul-amplifikazzjoni tal- frekwenza ta’ l-awdjo | 85438995 | Il-Klassifika tiġi stabbilita bid-disposizjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3ċ u 6 tan-Nomenklatur Magħquda u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543, 854389 u 85438995. Ma tistax tiġi stabbilita funzjonib prinċipali. |

--------------------------------------------------