31998R0780



Official Journal L 113 , 15/04/1998 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 780/98

tas-7 ta' April 1998

li jemenda Regolament (KE) Nru 1488/96 dwar il-proċedura biex ikunu adottati l-miżuri xierqa meta jkun hemm nuqqas ta' element essenzjali għall-kontinwazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għal Sieħeb Mediterranju

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi biex jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta' strutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas ta' l-isħubija Ewro-Mediterranja [3] jipprovdi li l-imsemmi Regolament hu bbażat fuq ir-rispett għal prinċipji demokratiċi u r-regola tal-liġi kif ukoll għad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali, li jikkostitwixxu elementi essenzjali tiegħu, li l-vjolazzjoni ta' dan l-element tiġġustifika l-adozzjoni ta' miżuri xierqa;

Billi l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1488/96 jipprovdi li l-proċedura definittiva biex ikunu adottati l-miżuri xierqa meta element essenzjali għall-kontinwazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għal sieħeb Mediterranju jkun nieqes għandu jiġi stabbilit sat-30 ta' Ġunju 1997;

Billi hu għaldaqstant meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 1488/96 biex tkun stabbilita dik il-proċedura;

Billi t-Trattat ma pprovdiex, sabiex ikun adottat dan ir-Regolament, poteri minbarra dawk ta' l-Artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1488/96 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 16

Meta element essenzjali għall-kontinwazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għal sieħeb Mediterranju jkun nieqes, il-Kunsill jista', meta jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar miżuri xierqa."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta'April 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Blunkett

[1] ĠU C 386, ta' l-20.12.1997, p. 9.

[2] ĠU C 104, tas-6.4.1998.

[3] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1.

--------------------------------------------------