31998R0726



Official Journal L 100 , 01/04/1998 P. 0046 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 726/98

tal-31 ta’ Marzu, 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2543/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru, 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1581/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dan,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/95 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2126/96 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali dwar l-applikazzjoni tas-sistema dwar il-liċenzji ta’ esportazzjoni għal żejt taż-żebbuġa; billi, bil-ħsieb li jkun imtejjeb il-mod ta’ kif taħdem is-sistema, għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati speċifiċi dwar l-applikazzjoni għal liċenzji mingħajr iffissar bil-quddiem ta’ rifużjoni b’mod partikolari rigward ir-rata ta’ garanzija u l-iskeda ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji u l-ħruġ tagħhom; billi l-esperjenza wriet li l-ammont ta’ garanzija u l-perjodi għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji u l-ħruġ tagħhom għandha tiġi aġġustata; billi biex ma tkunx imfixkla l-operazzjoni tas-soltu ta’ esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni, il-miżuri meħuda fejn hemm riskju li l-kwantitajiet għal bejgħ normali jinqabżu għandhom ikunu ristretti għal liċenzji ta’ esportazzjoni li jintitolaw il-ħlas ta’ rifużjoni; billi, biex ikun ikkontrollat aħjar il-mod ta’ kif isiru l-esportazzjonijiet, għandha tkun speċifikata l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri;

Billi r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta’ Novembru, 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ffissar bil-quddiem ta’ ċertifikati għal prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1404/97 [6], jiddikjara li ma tinħtieġ l-ebda liċenzja għal esportazzjonijiet fejn il-garanzija tkun ta’ EUR 5 jew inqas; billi l-livell baxx ta’ dik il-garanzija għal esportazzjoni mingħajr rifużjoni jfisser li jistgħu jsiru għadd kbir ta’ esportazzjonijiet mingħajr liċenzji, li jdgħajjfu l-kontroll tal-kwantitajiet konċernati; billi, biex ikun evitat dak ir-riskju, għandhom japplikaw kundizzjonijiet speċjali f’dawn il-każi;

Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjoni għalih f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Żjut u Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2543/95 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(2), "11-il ċifrar" jinbidel bi "12-il ċifra".

2. Fl-Artikolu 2:

(1) il-paragrafu 3 jinbidel bi:

"3. Il-garanzija għal liċenzji ta’ esportazzjoni għandha tkun:

(a) ECU 10 għal kull 100 kilogramm netti fil-każ ta’ liċenzji fejn ir-rifużjoni tkun iffissata minn qabel;

(b) ECU 1 għal kull 100 kilogramm netti f’każi oħra."

(2) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Minkejja r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzja ma tkunx meħtieġa meta tkun esportata kwantità ta’ 50 kilogramm jew aktar."

3. Fl-Artikolu 3:

(1) il-paragraftu 1 jinbidel bi:

"1. Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni b’iffissar ta’ rifużjoni minn qabel għandhom ikunu sottomessi ma’ l-awtoritajiet kompetenti mit-Tlieta sal-Ħamis ta’ kull ġimgħa. Applikazzjonijiet sottomessi l-Ġimgħa u t-Tnejn għandhom jinftiehmu li kienu sottomessi t-Tlieta ta’ wara."

(2) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel bi:

"2. Liċenzji ta’ esportazzjoni b’iffissar ta’ rifużjoni minn qabel għandhom jinħarġu fl-ewwel ġurnata ta’ xogħol mit-Tlieta tal-ġimgħa li tiġi wara l-perjodu li għalih jirreferi l-paragrafu 1, sakemm li ebda miżura partikolari li għaliha jirreferi l-paragrafu 3 ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni minn dak iż-żmien lil hawn."

(3) l-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 titbiddel bi:

"Dawn il-miżuri jirrelataw għal liċenzji ta’ esportazzjoni b’iffissar minn qabel ta’ rifużjoni u jvarjaw skond il-kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni ta’ esportazzjoni."

(4) fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 3(5),

"It-Tnejn"

jinbidel bi

"It-Tlieta"

u tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Fejn il-perċentwali waħdieni ta’ aċċettazzjoni inqas minn 80 % jikkonċerna biss liċenzji li jagħtu intitolament għal rifużjoni, l-operatur jista’ jitlob li liċenzja li ma tagħtix titolu għal rifużjoni tinħareġ għall-kwantità li jifdal fi ħdan l-istess limitu ta’ żmien."

(5) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6. Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni mingħajr iffissar minn qabel tar-rifużjoni għandhom ikunu sottomessi ma’ l-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa. Il-liċenzji għandhom jinħarġu minnufih."

4. L-Artikolu 5 jkun emendat kif ġej:

(1) fil-parti introduttorja tal-paragrafu 1, "Il-Ħamis" tinbidel b’ "Il-Ġimgħa";

(2) il-paragrafu 1 (a) jitbidel bi:

"(a) applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni b’iffissar ta’ rifużjoni minn qabel sottomessi mit-Tlieta sal-Ħamis fi qbil ma’ l-Artikolu 3(1);"

(3) fil-paragrafu 1 (b), "iTnejn ta’ qabel" jitbidel b’"bejn il-Ġimgħa ta’ qabel u l-Ħamis ta’ dik il-ġimgħa, jitniżżlu separatament il-liċenzji b’iffissar minn qabel ta’ rifużjoni u dawk mingħajr iffissar minn qabel tar-rifużjoni";

(4) fil-paragrafu 2, il-parti tas-sentenza li tiġi qabel l-inċiżi jitbidel bi:

"In-notifika ta’ l-applikazzjonijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 (a) u, fejn japplika l-Artikolu 3(5), l-informazzjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 (b) għandha tispeċifika".

(5) "fejn xieraq," tiżdied qabel "ir-rata" fit-tielet inċiż tal-paragrafu 2;

(6) is-subparagrafu li ġej jiżdied mal-paragrafu 2:

"Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament fejn il-liċenzji għandhom jinħargu għal operazzjonijiet ta’ għajnuna bl-ikel."

(7) li ġej jiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 3:

"…, jiddikjara s-sena ta’ bejgħ li matulha tkun inħarġet il-liċenzja."

5. Il-partijiet B u D ta’ l-Anness jitbidlu b’dawk fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum minn meta jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mit-18 ta’ April, 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-31 ta’ Marzu, 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 11.

[3] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 33.

[4] ĠU L 284, tas-6.11.1996, p. 15.

[5] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[6] ĠU L 194, tat-23.7.1997, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"— Parti B – Notifika ta’ kull ġimgħa

(a) Liċenzji b’iffissar minn qabel ta’ rifużjoni:

+++++ TIFF +++++

(b) Liċenzji mingħajr iffissar minn qabel ta’ rifużjoni:"

+++++ TIFF +++++

"— Parti D – Notifika ta’ kull xahar"

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------