Official Journal L 028 , 04/02/1998 P. 0005 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatterstiċi taż-żejt taż-zebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodu rilevanti ta’ l-analiżi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ l-organizazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1581/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2472/97 [4], jiddefinixxi l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u l-metodi rilevanti ta’ l-analiżi; Billi verifika sussegwenti uriet il-ħtieġa biex jitranġa t-test tar-Regolament (KE) Nru 2472/97; billi, bħala rizultat, it-test tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 irid jigi adattat; Billi r-Regolament (KE) Nru 2472/97 jidħol fis-seħħ fis-60 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jiġifieri fl-10 ta’ Frar 1998; billi dan ir-Regolament irid ukoll jidħol fis-seħħ f’dik id-data; Billi l-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Figuri 1, 2, 3 u 4 annessi ma’ dan ir-Regolament huma b’dan miżjuda ma’ l-Anness XVIII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Brussel, it- 3 ta’ Frar 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 11. [3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1. [4] ĠU L 341, tat-12.12.1997, p. 25. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ Nota: La = aċtu lauric My = aċtu myristic P = aċtu palmitic St = aċtu stearic O = aċtu oleic L = aċtu linoleic Ln = aċtu linolenic. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------