31998R0012



Official Journal L 004 , 08/01/1998 P. 0010 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98

tal-11 ta' Diċembru 1997

li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li kien jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/92 tat-23 ta' Lulju 1992, li jistabilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru [4] ġie ddikjarat null mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha ta' l-1 ta' Ġunju 1994 [5].

(2) Billi, b'konformità ma' l-Artikolu 75(1) (a) tat-Trattat, it-twaqqif ta' kull politka komuni fit-trasport tinvolvi, fost affarijiet oħra, li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport fi Stat Membru.

(3) Billi dik id-dispożizzjoni tinvolvi t-tneħħija ta' kull restrizzjonijiet kontra t-trasportaturi li jipprovdu s-servizzi in kwistjoni minħabba fin-nazzjonalità tagħhom jew minħabba l-fatt li jkunu stabbiliti f'kull Stat Membru li ma jkunx dak fejn sa jiġi mogħti s-servizz.

(4) Billi t-trasportaturi li jipprovdu servizzi ta' din ix-xorta għandhom ikunu suġġetti għal sistemi komparabbli, sabiex tiġi limitata l-inugwaljanza fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba n-nazzjonalità tagħhom u l-pajjiżfejn ikunu stabbiliti, u b'hekk tiġi promossa l-approssimazjoni gradwali tal-liġijiet nazzjonali.

(5) Billi d-definizzjonijiet tad-diversi servizzi bil-kowċ u x-xarabank għandhom ikunu l-istess bħal dawk adottati fil-kuntest tat-trasport internazzjonali.

(6) Billi t-trasportaturi mhux residenti għandhom jitħallew joperaw ċerti forom ta' servizz bil-kowċ u x-xarabank, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull forma ta' servizz.

(7) Billi d-disposizzjonijiet applikabbli għall-operazzjonijiet tal-kabotaġġ fit-trasport għandhom jiġu stabbiliti.

(8) Billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 riġward id-dħul ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta' servizzi [6] japplikaw fil-każi fejn, għall-provvista ta' servizzi regolari speċjali, it-trasportaturi, il-ħaddiema postali, li għandhom kull relazzjoni ta' impjegati ma' dawk it-trasportaturi, mill-Istati Membri fejn dawn normalment jaħdmu.

(9) Billi, fejn jidħlu s-servizzi regolari, huma biss is-servizzi regolari provduti bħala parti minn kull servizzi regolari internazzjonali, minbarra s-servizzi urbani u suburbani, li għandhom ikunu kondizzjonati għall-kabotaġġ, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, u b'mod partikolari għal-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita.

(10) Billi d-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati biex tkun tista' tittieħed azzjoni fil-każ ta' disturbi serji fis-swieq tat-trasport li jiġu milquta.

(11) Billi għandu jitwaqqaf kumitat ta' konsulenza bid-dover li jgħin lill-Kumissjoni tfassal dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet ta' kabotaġġ tat-trasport fil-forma ta' servizzi ta' kultant u l-għoti ta' pariri lill-Kummissjoni dwar miżuri ta' ħarsien.

(12) Billi huwa mixtieq li l-Istati Membri jagħtu lil xulxin kull assistenza reċiproka bil-għan li dan ir-Regolament jiġi applikat bl-aħjar mod, b' mod partikolari fir-rigward tal-pieni applikabbli fil-każ ta' nuqqasijiet.

(13) Billi jiddependi mill-Istati Membri jekk jaddotawx il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14) Billi l-applikazzjonit ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sorveljata fuq il-bażi ta' kull rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni.

(15) Billi s-sentenza fuq imsemmija tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ddikjarat ir-Regolament (KEE) Nru 2454/92 null, tafferma l-effetti ta' dan ir-Regolament sakemm il-Kunsill jadotta leġislazzjoni ġdida dwar il-materja; billi dan ir-Regolament ma jiġix applikat qabel tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu; billi għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li l-effetti tar-Regolament annullat jippersistu sakemm dan ir-Regolament jiġi implimentat kollu kemm hu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

Kull trasportatur li jopera servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri fit-toroq b'kiri jew kumpens, u li jkollu l-liċenzja tal-Komunità kif stipulat fl-Artikolu 3a tar-Regolamnenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar ir-regoli komuni għat-trasport internazzjonali tal-passiġieri bil-kowċu x-xarabank [7], għandu jitħalla, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u bla diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalita jew il-post fejn ikun stabbilit it-trasportatur, jopera temporanjament servizzi nazzjonali tal-passiġieri fit-toroq b'kiri jew b'kumpens fi Stat Membru ieħor, minn issa 'l quddiem riferut bħala "l-Istat Membru li jospita", mingħajr ma jiġi obbligat li jkollu uffiċċju reġistrat jew stabbiliment ieħor f'dak l-Istat.

Dawn is-servizzi nazzjonali ta' trasport minn issa 'l quddiem sa jessejħu "operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ".

L-Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(1) "Servizzi regolari speċjali" tfisser is-servizzi li jipprovdu għall-ġarr ta' passiġġieri, f'intervalli speċifiċi matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati. Is-servizzi regolari għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd - bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja.

Il-fatt li l-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz jistgħu jiġu aġġustati ma tbiddlix il-klassifika tiegħu bħala kull servizz regolari

(2) "Servizzi regolari speċjali" tfisser is-servizzi regolari li jipprovdu għall-ġarr ta' kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, f'intervalli speċifiċi matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati.

Is-servizzi regolari speċjali jinkludu:

(a) it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;

(b) it-trasport lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi għal tfal ta' l-iskola u studenti;

(ċ) it-trasport ta' suldati u l-familji tagħhom bejn id-dar tagħhom u ż-żona tal-kwartieri tagħhom.

Il-fatt li kull servizz speċjali jista' jkun varjat skond il-ħtiġiet ta' dawk li jużawh ma jeffettwax il-klassifika tiegħu bħala kull servizz regolari.

(3) "Servizzi okkażjonali" tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom hija li jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjativa ta' kull klijent jew tat-trasportatur innifsu. Dawn is-servizzi ma jispiċċawx minn servizzi okkażjonali biss minħabba li dawn jiġu provduti f'ċerti intervalli.

(4) "Vetturi" tfisser inġenji tas-sewqan bil-mutur li, minħabba t-tip ta' kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, ikunu tajbin biex iġorru aktar minn disa' persuni - inkluż is-sewwieq - u jkunu intiżi għal dak l-iskop.

L-Artikolu 3

L-operazzjonijiet ta' trasport bil-kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:

(1) Is-servizzi regolari speċjali kemm-il darba jkunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;

(2) is-servizzi okkażjonali;

(3) is-servizzi regolari, kemm-il darba dawn jitwettqu minn kull trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospiti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 684/92.

It-trasport bil-kabotaġġ ma jistax isir indipendentement minn servizz internazzjonali bħal dan.

Is-servizzi urbani u suburbani għandhom jiġu esklużi għall-finijiet ta' dan il-punt.

"Is-servizzi urbani u suburbani" tfisser servizzi ta' trasport li jlaħħqu mal-ħtiġiet ta' kull ċentru urban jew konurbazzjoni, u l-ħtiġiet tat-trasport bejnha u ż-żoni li jdawruha.

L-Artikolu 4

1. It-twettiq ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ fit-trasport li għalih saret referenza fl-Artikolu 3 għandhom ikunu suġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet aministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita kif relatati ma' dawn iż-żoni li ġejjin:

(a) ir-rati u l-kondizzjonijiet li jiggwidaw il-kuntratt tat-trasport;

(b) il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi li jivvjaġġaw fit-toroq; dawn il-piżijiet u d-dimensjonijiet jistgħu, meta jkun il-każ, jiskorru dawk applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur, iżda taħt l-ebda ċirkostanza dawn ma jisgħu jiskorru l-istandards tekniċi stabbiliti fiċ-ċertifikat tal-konformità;

(ċ) il-ħtiġiet relatati mal-ġarr ta' ċerti kategoriji ta' passiġġieri, jiġifieri t-tfal ta' l-iskola, tfal u l-persuni b'nuqqas ta' mobilità;

(d) il-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ;

(e) il-VAT (it-taxxa fuq il-valur miżjud) fuq is-servizzi tat-trasport; f'dan il-qasam l-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/338/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' taxxi fuq id-dħul — is-sistema komuni tat-taxxa u fuq il-valur miżjud: l-uniformità bażika ta' l-istima [8] għandha tapplika għas-servizzi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

2. Minbarra kif provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operazzjonijiet tal-kabotaġġ fit-trasport li jifformaw parti mis-servizzi tat-trasport kif provdut fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospiti rigward l-awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri ta' l-offerti, ir-rotot li għandhom jiġu operati, ir-regolarità, il-kontinwità u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll l-itinerarji.

3. L-istandards tekniċi dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir li jridu jintlaħqu fil-vetturi li jintużaw biex iwettqu ħidmiet ta' kabotaġġ fit-trasport għandhom ikunu dawk stabbiliti għal vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali.

4. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri fuq it-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti fuq dawk ta' l-istess nazzjonalità tagħhom, biex jevitaw b'mod kemm b'mod effettiv kull diskriminazzjoni miftuħa jew moħbija minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti.

5. Jekk jiġi stabbilit li, fid-dawl ta' l-esperjenza, il-lista taż-żoni koperti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Istat Membru ospiti kif saret referenza fil-paragrafu 1, jeħtieġ li jiġi emendat, il-Kunsill għandu jagħmel dan b' maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

Il-liċenzja tal-Komunità jew kopja awtentikata tagħha għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat.

L-Artikolu 6

1. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ tat-trasport fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandha ssir billi waqt li tkun koperta b' kull dokument tal-kontroll - il-formola tal-vjaġġ - li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat.

2. Il-formola tal-vjaġġ, li x-xempju tagħha sa jiġi adottat mil-Kummissjoni b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, għandu jkollha fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz.

(b) id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3. Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba ċertifikati minn awtorità jew aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment. Ix-xempju tal-ktieb tal-vjaġġ għandu jiġi adottat mil-Kummissjoni b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl Artikolu 8.

4. Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja awtentikata tal-kuntratt, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll.

Madankollu, l-formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

5. Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit b' mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew l-aġenzija.

L-Artikolu 7

1. Fi tmiem kull trimestru u fi żmien tliet xhur, li jista' jitnaqqas mill-Kummissjoni għal xahar fil-każ li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 9, l-awtorità jew l-aġenzija kompetenti f'kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-fatti magħrufa (data) li tirrigwarda l-operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ, fil-forma ta' servizzi regolari u servizzi okkażjonali, li jkunu saru matul it-trimestru inkwistjoni mit-trasportaturi residenti.

Il-komunikazzjoni għandha ssir permezz ta' tabella li tikkonforma mal-mudell adottat mil-Kummissjoni b' mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

2. Darba kull sena l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospiti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li jkunu ħarġu għal operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri, malajr kemm jista' jkun, sommarju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fuq il-bażi tad-data mressqa skond il-paragrafu 1.

L-Artikolu 8

Kull meta ssir referenza għall-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu l-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat ta' konsulenza li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 10.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat kull abbozz tal-miżuri li sa jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien stipulat li l-president jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-materja, jekk ikun meħtieġ permezz ta' kull vot.

L-opinjoni għandha titniżżel fil-minuti; b'żieda ma' dan kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li l-pożizzjoni tiegħu titniżżel fil-minuti,

Il-Kummissjoni għandha tqis bl-akbar reqqa l-fehmiet li jkun esprima l-kumitat. Din għandha tinforma lill-Kumitat dwar iil-mod ta' kif qiegħda tqis l-opinjoinijiet tiegħu.

L-Artikolu 9

1. Fil-każ ta' disturbi serji fis-suq tat-trasport intern f' kull żona ġeografika partikolari li jkun ikkawżat jew aggravat mill-kabotaġġ, kull Stat Membru jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu adottati miżuri ta' ħarsien u għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa u javża dwar il-miżuri li bi ħsiebu jieħu rigward it-trasportaturi residenti.

2. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu 1:

- "disturbi serji tas-suq intern tat-trasport f'kull żona ġejografika partikolari" tfisser l-okkorrenza fis-suq ta' problemi speċifiċi għaliha, b'tali mod li jkun hemm eċċess serju u potenzjalment fit-tul ta' provvista aktar minn domanda, biex b'hekk ikun jidher li hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja u s-sopravivenza ta' għadd sinifikanti ta' impriżi tat-trasport tal-passiġġieri bl-art,

- "żona ġeografika" tfisser kull żona li jkun fiha parti jew it-territorju kollu ta' kull Stat Membru jew li tkun tinkludi parti jew l-intier tat-territorju ta' Stati Membri oħra.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u, wara li tikkonsulta l-kumitat tal-pariri li għaliha saret referenza fl-Artikolu 10, tiddeċiedi fi żmien xahar mir-riċevuta tat-talba relevanti ta' l-Istat Membru jekk il-miżuri ta' ħarsien ikunux meħtieġa jew le u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa.

Il-miżuri introdotti b'mod konformi ma' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħgħal kull perjodu li ma jiskorrix is-sitt xhur, u jiġġeddu darba biss għall-istess perjodu.

Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kunsill dwar kull deċiżjoni li tkunu ttieħdet kif previst f'dan il-paragrafu.

4. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri ta' ħarsien rigward Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri involuti huma mistennija li jieħdu l-miżuri ta' entità ekwivalenti fir-rigward ta' trasportaturi residenti u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati mhux aktar tard mill-istess data tal-miżuri tal-ħarsien deċiżi mill-Kummissjoni.

5. Kull Stat Membru jista' jirreferi kull deċiżjoni tal-Kummissjoni kif saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 lill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika tagħha.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b' kull maġġoranza kwalifikata fi żmien tletin jum minn mindu tiġi lilu riferuta minn kull Stat Membru jew, jekk ikun hemm riferimenti minn aktar minn Stat Membru wieħed, ta' l-ewwel riferiment, jista' jieħu kull deċiżjoni diversa.

Il-limiti tal-validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni tal-Kunsill.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu marbuta li jieħdu miżuri ta' entità ekwivalenti għar-rigward ta' trasportaturi residenti u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk il-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni fil-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun finali.

6. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżuri li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3 jeħtieġli jiġu mtawla, hija għandha tissottometti kull proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu kull deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

L-Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat, waqt li jkun jaġġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, għandu jgħin lil Kummissjoni biex jitfassal kull xempju għall-formoli tal-vjaġġ, il-ktieb tal-formoli tal-vjaġġu t-tabella li għaliha saret referenza fl-Artikoli 6 u 7.

2. B'żieda ma' dan, il-ħidma tal-Kumitat għandha tkun li jagħti pariri lil-Kummissjoni fuq.

- kull talba minn kull Stat Membru taħt l-Artikolu 9(1),

- il-miżuri intiżi biex jirisolvu kull disturb serju fis-swieq kif saret referenza għalih fl-Artikolu 9, b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn.

3. Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta' proċedura.

L-Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali, l-Istat Membru ospiti jista' jimponi pieni fuq it-trasporaturi mhux residenti li jkunu kkommettew ksur ta' dan ir-Regolament jew tal-Komunità jew regolementi nazzjonali jew tal-Komunità tat-trasport fit-territorju tiegħu waqt ħidmiet tat-trasport bil-kabotaġġ.

Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq bażi mhux diskrimantorja u b'konformità mal-paragrafu 3.

3. Il-pieni li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2 jistgħu, fost oħrajn, jikkonsistu fi twissija jew, fil-każ ta' ksur serju ripetut, projbizzjoni temporanja fuq ħidmiet ta'trasport bil-kabotaġġfit-territorju ta' l-Istat Membru ospiti fejn il-ksur ikun seħħ.

Meta tiġi ppreżentata liċenzja tal-Komunità ifalsifikata, awtorizazzjoni falisifikata jew il-kopja awtentikata falsifikata tagħha, id-dokument falsifikat għandu jiġi rtirat immedjatament u, meta jkun il-każ, mibgħut mill-aktar fis possibli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospiti għandhom jinformaw lil-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn dan ikun stabbilit dwar il-ksur innutat u kull pieni imposti fuq it-trasportatur u jisgħtu, fil-każ ta' ksur serju u ripetut, fl-istess ħin jibagħtu talba biex tiġi imposta kull piena.

Fil-każ ta' ksur serju jew ripetut, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandu jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi imposta kull piena xierqa fuq it-trasportatur konċernat; dawn l-awtoritajiet għandhom iqisu kull piena diġa imposta fl-Istat Membru ospiti u jassiguraw li l-pieni diġa imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat ikunu, fl-intier tagħhom, proporzjonati man-nuqqas jew nuqqasijiet li jkunu ġabu dawn il-pieni.

Il-piena imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment, wara li jikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospiti, tista tiġi estiża għar-revoka ta' l-awtorizzazzjoni biex dan ikompli jaġixxi bħala operatur tat-trasport tal-passiġġiieri fit-toroq.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn stabbilit jista' ukoll, skond il-liġi nazzjonali tiegħu jixli lit-trasportatur konċernat quddiem kull qorti jew tribunal nazzjonali kompetenti.

Dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu kif previst b'dan il-paragrafu.

L-Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi jkunu jistgħu jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom.

L-Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-30 ta' Ġunju 1998 dwar ir-riżultati ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2454/92 u l-ħidma ta' servizzi regolari fl-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u, b'mod partikolari, dwar l-impatt ta' operazzjoni tat-trasport bil-kabotaġġ fis-swieq nazzjonali tat-trasport.

L-Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jadottaw fi żmien qasir il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 1997.

Għall- Kunsill

Il-President

M. Delvaux-Stehres

[1] ĠU C 60, tad-29.2.1996, p. 10 u ĠU C 124, tal-21.4.1996, p. 73.

[2] ĠU C 30, tat-30.1.1997, p. 40.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 1996 (ĠU C 380, tas-16.12.1996, p. 35), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 1997 (ĠU C 164, tat-30.5.1997, p. 17) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Lulju 1997 (ĠU C 286, tat-22.9.1997, p. 84).

[4] ĠU L 251, tad-29.8.1992, p. 1.

[5] Is-sentenza ta' l-1 ta' Ġunju 1994, Każ C-388/92. Il-Parlament Ewropew kontra Il-Kunsill (ECR 1994, p. 1-2081).

[6] ĠU L 18, tal-21.1.1997, p. 1.

[7] ĠU L 74, ta' l-20.3.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 11/98. (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[8] ĠU Nru L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Id-Direttivi kif l-aħħar emendati mid-Direttiva 96/95/ KEE (ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 89).

--------------------------------------------------