31998L0099



Official Journal L 358 , 31/12/1998 P. 0107 - 0108


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/99/KE

ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998

li temenda d-Direttiva 97/12/EC li kienet emendat u aġġornat id-Direttiva 64/432/KEE dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Fil-waqt li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Fil-waqt li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Fil-waqt li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Fil-waqt li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-adozzjoni tad-Direttiva 97/12/KE [4] pprovdiet bażi legali aħjar għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jipprevjenu t-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali permezz tal-kummerċ ta’annimali bovini u majjali ħajjin;

Billi d-Direttiva 97/12/KE kien fiha ħtiġiet speċjali biex jiġu aġġornati aktar il-kriterji li jiddefinixxu l-istat tas-saħħa tal-gruppi ta’ annimali f’livelli ta’ merħliet, reġjun u Stat Membru fejn jirrigwarda tat-tuberkulosi bovina, l-bruċellosi bovina u lewkosi enżżotika bovina; billi l-aġġornar ta’ dawn il-kriterji kellu jkun deċiż qabel l-1 ta’ Jannar 1998, skond proposta mibgħuta lill-Kunsill qabel Lulju 1997;

Billi l-analiżi mwettaq mill-Kunsill tal-proċeduri dijanjostiċi ta’ l-aktar importanza għall-implimentazzjoni ta’ sorveljanza effettiva u programmi ta’ kontroll tat-tuberkulosi bovina, l-bruċellosi bovina u lewkosi enżotika bovina, kien jinkludi eżami fil-fond ta’ metodi ta’ l-ittestjar fil-laboratorju u rriżulta f’deliberazzjonijiet li ħadu fit-tul;

Billi l-bidliet meħtieġa biex ikun hemm programmi aġġornati ta’ kontroll u programmi ta’ sorveljanza ma jistgħux jiġu implimentati f’dan il-qasam b’avviż ta’ malajr;

Billi skond id-Direttiva 97/12/KE majjali maħsuba għall-kummerċ ġewwa l-Komunità, m’humiex aktar suġġetti għall-ittestjar tal-bruċellosi qabel it-tluq; billi, din id-disposizzjoni għandha tkun antiċipata sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ bejn l-Istati Membri;

Billi sabiex jiġu evitati ostakli fil-kummerċ intra-Komunitarju u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tad-disposizzjonijiet, għandhom jiġu preskritti regoli armonizzati dwar l-użu u l-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-perijodu sad-data li fiha l-Istati Membri jridu jikkonformaw ruħhom mad-disposizzjonijiet emendati tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u l-majjali [5];

Billi fl-24 ta’ Ġunju 1998 il-Kunsill adotta d-Direttiva 98/46/KE biex jiġu emendati l-Annessi A, D (Kapitolu I) u F tad-Direttiva 64/432/KEE; billi minħabba din l-emenda ċerti referenzi fid-Direttiva 97/12/KE inbidlu;

Billi dan il-fatt ingħata kont tiegħu billi ġiet mehmusa tabella ta’ korrispondenza fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 98/46/KE; billi sabiex ikun hemm aktar ċarezza kif ukoll koerenza mat-testi legali huwa meħtieġ li jiġu korretti r-referenzi fl-Artikoli korrispondenti;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 97/12/KE b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-perjodu li fih l-Istati Membri jridu jittransponu u jintroduċu regoli ġodda għall-kontroll u s-sorveljanza tal-mard,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 97/12/KE hija b’dan emedata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

L-Artikoli ta’ u l-Annessi B, Ċ, D (Kapitlu II) u E tad-Direttiva 64/432/KEE għandhom jiġu sostitwiti bit-test li hemm anness ma’ din id-Direttiva, l’L-Annessi A, D (Kapitlu I) u F għandhom jiġu sostitwiti bit-test li hemm anness mad-Direttiva 98/46/KE."

2. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) it-termini "mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1998" għandhom jinbidlu b’ "mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999".

3. L-Anness għandu jiġi sostitwit kif ġej:

(a) Emendi fl-Artikolu 2(2):

- fil-paragrafu (d), it-termini "l-Anness A.I il-paragrafi 1, 2 u 3" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "L-Anness A.I, paragrafi 1 u 2";

- fil-paragrafu (e), it-termini "l-Anness A.I, paragrafi 4, 5 u 6" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "l-Anness A.I, paragrafi 4 u 5";

- fil-paragrafu (f), it-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 1, 2 u 3" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 1 u 2";

- fil-paragrafu (h), it-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 10, 11 u 12" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 7, 8 u 9";

- fil-paragrafu (i), it-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 4, 5 u 6" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "l-Anness A.II, il-paragrafi 4 u 5";

- fil-paragrafu (k), it-termini "l-Anness D, il-Kaptilu I, is-Sezzjonijiet E, F u G" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "l-Anness D, il-Kapitlu I, is-Sezzjonijiet E u F".

(b) Emendi fl-Artikolu 5:

- fil-paragrafu 1, it-termini "ċertifikat li jikkonforma mal-mudell stipulat fl-Anness F" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "ċertifikat li jikkonforma jew mal-mudell 1 jew mal-mudell 2 stipulati f’L-Anness F" skond kif xieraq.

- fil-paragrafi 2(a) u 2(b), it-termini "ċertifikat li hemm fl-Anness F’ u fil-paragrafu 5, it-termini ċertifikat fl-Anness F" għandhom jiġu sostitwiti bit-termini "ċertifikat jew skond mudell 1 jew skond mudell 2 fl-Anness F, skond kif xieraq".

- fil-paragrafu 4, it-termini "Il-Parti D taċ-ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness F" għandu jiġi sostitwit bit-termini "is-Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat jew skond il-mudell 1 jew skond il-mudell 2 fl-Anness F, skond kf xieraq".

- fil-paragrafu 5, it-termini bejn parentesi "(inkluż is-Sezzjoni DI)" għandħħom jiġu sostitwiti bit-termini "(inkluż is-Sezzjoni Ċ)".

Artikolu 2

Fir-rigward ta’ l-eżami u ċ-ċertifikazzjoni ta’ annimali bovini u majjali ħajjin maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

1. mill-1 ta’ Jannar 1999 l-obbligu li jsiru t-testijiet għall-bruċellosi qabel it-tluq fuq il-majjali maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju skond l-Artikolu 3(4) it-tieni sentenza tad-Direttiva 64/432/KEE ma jibqax japplika aktar.

2. sat-30 ta’ Ġunju 1999, iċ-ċertifikati jridu jikkonformaw ma’ l-Anness F li jinsab mad-Direttiva 64/432/KEE (kif fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 1998) bl-eċċezzjoni li ġejja:

mill-1 ta’ Jannar 1999, il-punt v(b) l-ewwel inċiż (kif ukoll in-nota korrispondenti numru 5 fil-qiegħ tal-paġna) dwar iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ majjali għat-tgħammir u l-produzzjoni preskritt fil-mudell III, għandu jitħassar fil-mument tal-ħruġ tiegħu mill-awtorità tal-ħruġ.

3. mill-1 ta’ Lulju 1999 iċ-ċertifikati jridu jikkonformaw mal-mudelli preskritti fl-Anness F li jinsab mad-Direttiva 64/432/KEE kif emedata bid-Direttiva 98/46/KE.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999 u ma’ l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1999.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandha tkun preskritta mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 217, tal-11.7.1998, p. 21.

[2] ĠU C 313, tat-12.10.1998, p. 232.

[3] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ Settembru 1998 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 109, tal-25.4.1997, p. 1.

[5] ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 1977. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/46/KE (ĠU L 198, tal-15.7.1998, p. 22).

--------------------------------------------------