Official Journal L 018 , 23/01/1999 P. 0060 - 0061
Id-Direttiva 98/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1998 li temenda d-Direttiva 76/116/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu tal-fertilizzanti, fir-rigward tal-marketing fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Isvezja ta' fertilizzanti li jikkontjenu il-kadmju IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Billi l-Artikolu 69 u l-punt 4 ta' l-Anness VIII, l-Artikolu 84 u l-punt 2 ta' l-Anness X u l-Artikolu 112 u l-punt 4 ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994, li jikkonċernaw rispettivament l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, jipprovdu li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/116/KEE [4], sa fejn jikkonċerna l-kontenut ta' kadmju ta' fertilizzanti, m'għandux japplika għal dawk l-Istati Membri qabel l-1 Jannar 1999 u li l-imsemmija disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ser jiġu riveduti skond il-proċeduri Komunitarji qabel il-31 ta' Diċembru 1998; Billi l-imsemmija reviżjoni ma' tistax titlesta qabel il-31 Diċembru 1998 minħabba l-assenza f'ħafna Stati Membri ta' data ta' espożizzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent ta' kadmju fil-fertilizzanti; billi r-reviżjoni jeħtieġ li titkompla billi jsir xogħol ulterjuri wara din id-data; Billi x-xogħol ulterjuri għandu jivvaluta r-riskji fl-Istati Membri minn kadmju fil-fertilizzanti b'mod partikolari għas-saħħa ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni u għall-ambjent; billi dan jista' jintlaħaq biss wara diversi snin; Billi tnediet valutazzjoni tar-riskju tal-kadmju fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti [5]; billi r-riżultati ser ikunu disponibbli biss wara diversi snin; Billi, barra mill-obbligu ta' reviżjoni stabbilit fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994, reviżjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-seħħ tista' dejjem tiġi deċiża skond il-proċeduri Komunitarji; billi l-leġislazzjoni Komunitarja tista' tipprovdi għal derogi għal perjodi limitati għal ċerti Stati Membri minħabba l-speċifiċità tas-sitwazzjonijiet tagħhom, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/116/KEE, iż-żewġ paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu: "Madankollu, l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jipprojbixxu l-marketing fit-territorju tagħhom ta' fertilizzanti li jikkontjenu l-kadmju f'konċentrazzjonijiet li jeċċedu dawk li ġew iffissati nazzjonalment fid-data ta' l-adeżjoni. Id-deroga għandha tapplika għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri u l-partijiet interessati, tirrevedi sal-31 ta' Diċembru 2001 il-ħtieġa biex jiġu stabbiliti disposizzjonijiet fil-livell Komunitarju li jikkonċernaw il-kontenut ta' kadmju ta' fertilizzanti." Artikolu 2 Ir-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998. Meta l-Istati Membri msemmija fl-ewwel paragrafu jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija ndirizzata lir-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1998. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-robles Għall-Kunsill Il-President C. Einem [1] ĠU C 108, tas-7.4.1998, p. 83. [2] ĠU C 214, ta' l-10.7.1998, p. 15. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Lulju 1998 (ĠU C 292, tal-21.9.1998, p. 117), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 388, 14. 12. 1998, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Diċembru 1998 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 1998. [4] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/63/KE (ĠU L 335, tas-6.12.1997, p. 15). [5] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. --------------------------------------------------