31998L0094



Official Journal L 358 , 31/12/1998 P. 0105 - 0106


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/94/KE

ta' l-14 ta' Diċembru, 1998

li temenda d-Direttiva 94/4/KE u li testendi d-deroga temporanja applikabbli għall-Ġermanja u l-Awstrija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/4/KE [4] ippprovda għall-applikazzjoni sal-31 ta' Diċembru, 1997 ta' deroga temporanja lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika ta' l-Awstrija rigward l-applikazzjoni ta' konċessjoni ta' mhux anqas minn ECU 75 għall-oġġetti mportati minn vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju tal-Ġermanja jew ta' l-Awstrija minn fruntiera fuq l-art li tgħaqqad liż-żewġ Stati Membri ma' pajjiżi oħra minbarra l-Istati Membri u membri ta' l-EFTA jew, fejn applikabbli, permezz tan-navigazzjoni mal-kosta minn dawk il-pajjiżi;

Billi qegħda tittieħed konsiderazzjoni tad-diffikultajiet ekonomiċi li x'aktarx jistgħu jkunu kaġonati mill-ammont ta' l-għotjiet applikabbli għall-vjaġġaturi li jimportaw oġġetti fil-Komunità fis-sitwazzjonijiet deskritti hawn fuq;

Billi, permezz ta' l-ittri ta' l-24 ta' Ġunju u t-23 ta' Lulju, 1997, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Federali ta' l-Awstrija talbu estenzjoni tad-deroga li hemm stabbilita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/4/KE; billi t-talba tagħhom hi bbażata fuq il-fatt li d-diffikultajiet ekonomiċi li kienu wasslu biex jiġu adottati d-Direttivi 94/4/KE u 94/75/KE kienu ppersistew u, f'xi każi, hżienu

Billi għandha tiġi kkonsidrata s-sitwazzjoni deskritta miż-żewġ Stati Membri;

Billi l-estenzjoni tad-deroga għandha, madankollu, tkun akkompanjata mill-iffissar ta' terminu perentorju biex tinġib il-konċessjoni applikata mill-Ġermanja u l-Awstrija fl-istess linja livell ma' dik fis-seħħ f'dik id-data fl-Istati Membri l-oħra, li jgħollu l-limitu applikabbli għaż-żewġ Stati Membri mill-1 ta' Jannar, 1999 biex jitnaqqas it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-obligazzjoni minn dawk l-Istati Membri li huma għandhom ftit ftit u flimkien jgħollu aktar il-limitu biex iġibuħ indaqs mal-limitu tal-Komunità sa' l-1 ta' Jannar, 2003,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. "2. Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom jiġu awtorizzati li jġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 2003 għall-oġġetti importati minn vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju tal-Ġermanja jew ta' l-Awstrija mill-fruntiera fuq l-art li tgħaqqad il-Ġermanja jew l-Awstrija mal-pajjiżi barra mill-Istati Membri u membri ta' l-EFTA jew, fejn applikabbli, permezz tan-navigazzjoni mal-kosta mill-pajjiżi msemmija.'"

2. "Madankollu, dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw konċessjoni ta' mhux inqas minn ECU 100 mill-1 ta' Jannar, 1999 għall-importazzjoni mill-vjaġġaturi msemmija fis-sub-paragrafu preċedenti. Huma għandhom flimkien iżidu dak l-ammont ftit ftit, bil-ħsieb li japplikaw il-limitu fis-seħħ fil-Komunità għall-importazzjonijiet imsemmija mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 2003.'"

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jkunu konformi ma' din id-Direttiva sa' l-1 ta' Jannar, 1999. Huma għandhom malajr jinformaw lil-Kummissjoni b'dan

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Diċembru, 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 273, tat-2.9.1998, p. 8.

[2] L-opinjoni mogħtija fit-3 ta' Diċembru, 1998 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-opinjoni mogħtija fil-15 ta' Ottubru, 1998 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 60, tat-3.3.1994, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/75/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 52).

--------------------------------------------------