31998L0090



Official Journal L 337 , 12/12/1998 P. 0029 - 0039


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE

tat-30 ta' Novembru 1998

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar

il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevenza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi d-Direttiva 70/387/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, bħala konsegwenza, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jikkonċernaw is-sistemi il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ta' vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi huwa possibbli li tkun adattata iktar id-Direttiva 70/387/KEE għall-progress tekniku bit-titjib tas-sigurtà tal-persuni li jidħlu u joħorġu mill-kompartiment tas-sewwieq ta' ċertu toqol li jġorru l-merkanzija;

Billi, partikolarment, skond l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, huwa meħtieġ li kull direttiva separata jkollha mehmuża magħha dokument ta' l-informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti imsemmija fl-Anness I ta' dik id-Direttiva kif ukoll iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI ta' magħha biex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata;

Billi minħabba l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 70/387/KEE, huwa meħtieġ li jkun assigurat li jkun hemm disposizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha;

Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 70/387/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-kelmiet "tratturi agrikoli" huma sostitwiti bi "tratturi agrikoli u tal-foresti" u l-kelmiet "makkinarju u vetturi għal xogħlijiet pubbliċi" huma sostitwiti bi "il-makkinarju mobbli kollu".

2. l-Annessi huma emendati b'konformità mal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Jannar 1999, l-Istati Membri ma jistgħux minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

jew

- jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

jekk il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, hekk kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000 l-Istati Membri:

- m'għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ġdid ta' vettura minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjoniet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 91, tal-25.3.1998, p. 1.

[3] ĠU L 176, ta' l-10.8.1970, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Il-Lista ta' l-Annessi li ġejja għandha tiddaħħal qabel l-Anness tad-Direttiva 70/387/KEE:

LISTA TA' L-ANNESSI

1. | ANNESS I: | Il-kamp ta' applikazzjoni, id-definizzjonijiet, il-ħtiġiet ġenerali, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE, l-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, il-modifika tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet, il-konformità tal-produzzjoni; |

Appendiċi 1: | Dokument ta' l-informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikat ta' l-Approvazzjoni tat-tip |

2. | ANNESS II: | Ħtiġiet tal-kostruzzjoni u t-twaħħil u t-testijiet tas-saħħa |

3. | ANNESS III | Ħtiġiet li jikkonċernaw l-aċċess għal u l-ħruġ mill-bibien tal-kompartiment tas-sewwieq. |

2. L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, ĦTIEĠIET ĠENERALI, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE, L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE, MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1. Din id-Direttiva tapplika għal bibien ta' vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1 u N [1].

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

2.1. "l-approvazzjoni ta' vettura" tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura f'dawk li għandhom x'jaqsmu l-bibien tagħha u l-karatteristiċi applikabbli għal bibien bħal dawn;

2.2. "tip ta' vettura" tfisser vetturi li ma jkunux jinbidlu wisq f'dak li għandhom x'jaqsmu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:

- il-karatteristiċi tad-disinn u s-saħħa tal-lukketti u ċ-ċappetti tal-vetturi msemmija fl-Anness II,

- il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u t-twaħħil ta; l-istaffa u t-turġien tal-vetturi mhux koperti bl-Anness III,

- il-pożizzjoni u l-karatteristiċi ġeometriċi tat-turġien ta' l-aċċess u tal-maqbad ta' l-idejn tal-vetturi msemmija fl-Anness III,

sakemm dawn il-karatteristiċi ikollhom relazzjoni mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

3. ĦTIĠIET ĠENERALI

3.1. Disinn

3.1.1. Il-karatteristiċi tad-disinn tal-vettura għandhom jippermettu d-dħul fiha u l-ħruġ minnha b'sigurtà perfetta.

3.1.2. Vetturi tal-kategorija N2 b'massa massima li teċċedi is-7,5 tunnellati metriċi u tal-N3 huma meqjusa bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet imsemmija hawn fuq jekk dawn ikunu konformi mal-preskrizzjonijiet ta' l-Anness III.

3.2. Bibien, dħul u ħruġ

3.2.1. Bibien, dħul u ħruġ għandhom ikunu tali li dawn ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod faċli u mingħajr l-ebda periklu.

3.3. Bibien u lukketti

3.3.1. Bibien u lukketti tal-bibien għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li kull ħoss li jista' jdejjaq lil dak li jkun waqt li tingħalaq il-bieba jiġi evitat.

3.3.2. Lukketti tal-bibien għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li dawn ma jħallux lill-bibien milli jinfetħu aċċidentalment.

3.4. Lukketti u ċappetti (il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u tat-twaħħil)

3.4.1. Iċ-ċappetti tal-bibien (bl-eċċezzjoni ta' bibien li jintwew), meta jitwaħħlu fuq il-ġnub tal-vetturi, għandhom jitwaħħlu fit-tarf ta' quddiem tal-bibien fid-direzzjoni ta' sewqan 'il quddiem. Fil-każ ta' bibien doppji, dawn il-ħtiġiet għandhom japplikaw għal ġewnaħ tal-bieba li tinfetaħ l-ewwel; għandu jkun possibbli li l-ġewnaħ l-ieħor tal-bieba jkun imsakkar bil-boltijiet.

3.4.2. Lukketti u ċappetti tal-bibien tal-ġnub ta' vetturi tal-kategorija M1 għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

3.5. L-istaffa u t-turġien (il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u tat-twaħħil)

3.5.1. Il-buttun tar-rota, ir-rimmijiet u l-partijiet l-oħra tar-rota m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala staffa jew turġien għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, barra minn raġunijiet li jirrigwardaw il-bini u l-użu li ma jħallix it-twaħħil ta' staffa jew turġien x'imkien ieħor fuq il-vettura.

3.5.2. Fil-vetturi tal-kategoriji M1, N1 u N2 b'massa massima li ma teċċedix is-7,5 tunnellati metriċi, jekk id-daħla tal-paviment għall-kompartiment tal-passiġġier ta' vetturi bħal dawn tkun aktar minn 600 mm 'il fuq mill-art, il-vettura għandu jkollha staffa jew tarġa waħda jew aktar.

3.5.2.1. B'dana kollu, għal vetturi off-road, kif definiti fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE, distanza bħal din mill-art tista' tiżdied sa 700 mm.

3.5.2.2. L-istaffa jew it-turġien għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jipprekludu r-riskju ta' żlieq.

4. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

4.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-tip ta' vettura fir-rigward tal-bibien għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura.

4.2. Mudell għad-dokument ta' l-informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1.

4.3. Vettura rapreżentattiva tat-tip li għandha tkun approvata għandha tkun ippreżentata is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip.

5. GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

5.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

5.2. Mudell taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jidher fl-Appendiċi 2.

5.3. Numru ta' l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jagħti l-istess numru għal tip ieħor ta' vettura.

6. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1. Fil-każ li jkun hemm xi modifiki fit-tip approvata permezz ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu japplikaw.

7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1. Il-miżuri li jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu adottati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

3. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) fl-Intestatura, il-kelmiet "VETTURI PRIVATI" jinbidlu bil-kelmiet "VETTURI TAL-KATEGORIJA M1";

(b) fil-punt 1.1, il-kelma "d-Direttiva" hija sostitwita bil-kelma "l-Anness".

4. L-Anness III li ġej huwa miżjud:

ANNESS III

ĦTIĠIET LI JIKKONĊERNAW L-AĊĊESS LEJN U L-ĦRUĠ MILL-BIBIEN TAL-KOMPARTIMENT TAS-SEWWIEQ TAL-VETTURI TAL-KATEGORIJA N2 B'MASSA MASSIMA LI MA TEĊĊEDIX IS-7,5 TUNNELLATI METRIĊI U TAL-KATEGORIJA N3

1. It-turġien ta' l-aċċess għall-kompartiment tas-sewwieq (ara l-figura)

1.1. Id-distanza (A) mill-art sal-wiċċ ta' fuq ta' l-iktar tarġa baxxa, imkejla meta l-vettura tkun miexja fuq pjan ċatt u orizzontali, m'għandhiex tkun aktar minn 600 mm.

1.1.1. B'dana kollu, għal vetturi off-road, kif definiti fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE, dik id-distanza (A) tista' tiżdied sa 700 mm.

1.2. Id-distanza (B) bejn l-uċuħ ta' fuq tat-turġien m'għandhiex tkun aktar minn 400 mm. Id-distanza vertikali bejn żewġ turġien sussegwenti m'għandhiex tvarja b'aktar minn 50 mm.

1.2.1. B'dana kollu, għall-vetturi off-road (ara 1.1.1), il-figura ta' l-aħħar tista' tiżdied sa 100 mm.

1.3. Barra minnhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ġeometriċi minimi li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:

— fond tat-tarġa (D): | 80 mm |

— wisa' tat-tarġa (E) (inkluż il-fond tat-tarġa): | 150 mm |

— wisa' tat-tarġa (F): | 300 mm |

— wisa' ta' l-iktar tarġa baxxa (G) | 200 mm |

— għoli tat-tarġa (S): | 120 mm |

— ispurġar (il-ħruġ il-barra minn oħra) trasversali bejn it-turġien (H): | 0 mm |

— sovrappożizzjoni lonġitudinali (J): | 200 mm |

1.3.1. B'dana kollu, għall-vetturi off-road (ara 1.1.1), il-valur (F) jista' jitnaqqas għal 200 mm.

1.4. L-iktar tarġa baxxa tista' tkun iddisinjata bħala skaluna, jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-kostruzzjoni jew l-użu, u fil-każ ta' vetturi off-road (ara 1.1.1). F'każ bħal dan il-fond ta' l-iskaluna (R) għandha tkun minn ta' lanqas 20 mm.

1.4.1. Skaluni b'sezzjoni transversjali tonda mhumiex awtorizzati.

1.5. Waqt l-inżul mill-kompartiment tas-sewwieq il-pożizzjoni ta' l-aktar tarġa ta' fuq għandha tinsab mingħajr tbagħtija.

1.6. Il-wiċċ ta' fuq tat-turġien m'għandhomx ikunu jiżolqu. Barra minnhekk, it-turġien esposti għat-temp u l-ħmieġ matul is-sewqan għandu jkollhom nixxija adegwata (wiċċ li jgħaddi l-ilma minnu).

2. L-aċċess għall-imaqabad tal-kompartiment tas-sewwieq (ara l-figura)

2.1. Wieħed jew akter poġġamani u pumi ta' l-idejn adatti jew tagħmir ieħor ekwivalenti ta' qbid għandu jkun ipprovdut fl-aċċess għall-kompartiment tas-sewwieq.

2.1.1. Il-poġġaman(i) jew il-pum(i) jew it-tagħmir ta' qbid ekwivalenti għandu jkun b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jinqabdu faċilment u ma jostakolawx l-aċċess.

2.1.2. Diskontinwita massima ta' 100 mm fiż-żona ta' fejn tinqabad il-maku jew il-pum jew it-tagħmir tal-qbid ekwivalenti jista' jkun permissibbli (per eżempju, immuntar intermedjarju).

2.1.3. Fil-każ ta' aċċess b'aktar minn zewġ turġien, il-poġġamani, il-pumi jew it-tagħmir tal-qbid ekwivalenti għandu jkun jinsab b'tali mod li persuna tkun tista' ssib sostenn fi tliet punti fl-istess waqt (b'żewġ idejn u sieq waħda jew b'żewġ saqajn u b'id waħda).

2.1.4. Bl-eċċezzjoni ta' skala ta' turġien, id-disinn u l-posizzjonar tal-poġġaman, tal-pumi u tat-tagħmir tal-qbid ekwivalenti għandu jkun tali li min jagħmel użu minnu jkun jista' jinżel iħares lejn il-kabina.

2.1.5. Ir-rota ta' l-isteering tista' tkun ikkunsidrata bħala maqbad ta' l-idejn.

2.2. L-għoli (N) tat-tarf t'isfel ta' minn ta' lanqas poġġaman jew ta' pum jew tagħmir ta' qbid ekwivalenti wieħed, imkejjel mill-art meta l-vettura hija miexja fuq wiċċ ċatt u orizzontali, m'għandux ikun aktar minn 1850 mm.

2.2.1. B'dana kollu, għall-vetturi off-road (ara 1.1.1), din id-distanza (N) tista' tiżdied sa 1950 mm.

2.2.2. Jekk il-paviment tal-kompartiment tas-sewwieq ikollu għoli mill-art akbar minn "N", dan l-għoli għandu jitqies bħala "N".

2.2.3. Barra minnhekk, id-distanza minima "P" tat-tarf ta' fuq tal-poġġaman(i) jew tal-maqbad ta' l-idejn jew tagħmir ta' qbid ieħor ekwivalenti mill-aktar tarġa ta' fuq (il-paviment tal-kompartiment tas-sewwieq) għandha tkun:

- poġġaman(i) jew pum(i) jew tagħmir ta' qbid ekwivalenti (U) 650 mm,

- poġġaman(i) jew pum(i) jew tagħmir ta' qbid ekwivalenti (V) 550 mm,

2.3 L--ispeċifikazzjonijiet ġeometriċi li ġejjin għandhom ikunu aderiti:

—Il-qisien tal-qabda (K): | 16 mm minimu 38 mm massimu |

—Tul (M): | 150 mm minumu |

—Spazju għall-komponenti tal-vettura (L): | 40 mm minimu bil-bieba miftuħa |

+++++ TIFF +++++

3. Fil-każ li l-paviment tal-kompartiment tas-sewwieq ikun imżerżaq, il-qisien meħtieġa għandhom isiru minn pjan orizzontali li jgħaddi minn punt li hu mogħti mill-intersezzjoni tax-xifer ta' quddiem tal-paviment bi pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tat-tarġa immedjatament taħt u li huwa perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

[1] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

--------------------------------------------------