Official Journal L 281 , 17/10/1998 P. 0031 - 0034
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE tat-12 ta' Ottubru 1998 li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE - Skema speċjali għall-investiment ta' deheb Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, taħt is-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mat-taxxi tal-valur fuq il-bejgħ - is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: transazzjonijiet ta' stima fuq bażi uniformi [4] dwar id-deheb huma fil-prinċipju taxxabbli għalkemm, fuq il-bażi ta' derogi transizzjonali li hemm provduti fl-Artikolu 28(3) flimkien ma' punt 26 ta' l-Anness F ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jkomplu billi jeżoneraw transazzjonijiet dwar deheb barra d-deheb għal użu industrijali; billi l-applikazzjoni ta' dik id-deroga transizzjonali minn xi Stati Membri hi kawża ta' ċertu tfixkil fil-kompetizzjoni; Billi d-deheb ma jservix biss bħala input għal produzzjoni iżda hu akkwistat ukoll għal skop ta' investiment waqt li l-applikazzjoni tar-regoli tat-taxxa normali jikkostitwixxu ostakolu prinċipali għal użu tiegħu għal skopijiet ta' investiment finanzjarju u għalhekk jiġġustifika għal applikazzjoni ta' skema ta' taxxa speċifika għall-investiment ta' deheb; billi skema bħal din għandha tkabbar ukoll il-kompetittività internazzjonli tas-suq tad-deheb tal-Komunità; Billi provvisti ta' deheb għal skopijiet ta' nvestimenti huma simili fin-natura tagħhom għal investimenti finanzjarji oħra li normalment huma eżenti mit-taxxa taħt ir-regoli kurrenti tas-sitt Direttiva, u għalhekk eżenzjoni mit-taxxa jidher li hu l-aktar trattament xieraq għal provvisti ta' investiment ta' deheb; Billi d-definizzjoni ta' investiment ta' deheb għandha tkopri biss forom u piżijiet ta' deheb ta' purità għolja ħafna kif kummerċjat fis-swieq bullion u l-muniti tad-deheb li l-valur tagħhom primarjament jirrifletti l-prezz tad-deheb tagħhom; billi, fil-każ ta' muniti tad-deheb, għal raġunijiet ta' trasparenza, għandha tkun stabbilita lista annwali ta' muniti li jikkwalifikaw biex tipprovdi sigurtà għall-operaturi li jinnegozjaw f'dawn il-muniti; billi s-sigurtà legali tan-negozju tirrikjedi li l-muniti inklużi f'din il-lista jkunu jikkonformaw mal-kriterji għall-eżenzjoni ta' din id-Direttiva għas-sena kollha li għaliha l-lista tkun valida; billi lista bħal din għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżenzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, ta' muniti, inklużi muniti ġodda li m'humiex inklużi fil-lista iżda li jikkonformaw mal-kriterji mniżżla f'din id-Direttiva; Billi ladarba eżenzjoni tat-taxxa, fil-prinċipju, ma tippermettix għal tnaqqis ta' taxxa tat-tip input waqt li taxxa fuq il-valur tad-deheb tista' titħallas fuq operazzjonijiet preċedenti, it-tnaqqis ta' din it-taxxa input għandu jkun permess biex ikunu garantiti l-vantaġġi ta' l-iskema speċjali u biex ikunu evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dak li hu investiment tad-deheb impurtat; Billi l-possibilità ta' l-użu tad-deheb kemm għal skopijiet industrijali kif ukoll għall-investiment hemm bżonn tal-possibilità li l-operaturi jagħżlu għal tasazzjoni normali fejn l-attività tagħhom tikkonsisti jew fil-produzzjoni ta' investiment ta' deheb jew fit-trasformazzjoni ta' xi deheb f'investiment ta' deheb, jew fil-bejgħ bl-ingrossa ta' dan id-deheb meta huma jissuplixxu deheb fin-negozju normali tagħhom għal skopijiet industrijali; Billi l-użu doppju tad-deheb jista' joffri opportunitajiet ġodda għal frodi fit-taxxa u evażjoni tat-taxxa li tkun tirrikjedi miżuri effettivi ta' kontroll mill-Istati Membri; billi standard komuni ta' obbligazzjonijiet minimi fil-kontijiet u dokumentazzjoni minn naħa ta' l-operaturi hu għalhekk mixtieq għalkemm, fejn din l-informazzjoni diġa teżisti permezz ta' leġislazzjoni oħra tal-Komunità, Stat Membru jista' jikkonsidra li jikkonforma ma' dawn il-ħtiġijiet; Billi l-esperjenza wriet li, f'dawk li huma ħafna provvisti ta' deheb ta' ċerta purità għolja l-applikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' ħlasijiet riversibbli jista' jgħin biex jipprevjeni frodi fit-taxxa waqt li fl-istess ħin itaffi l-ħlasijiet finanzjarji għall-operazzjoni; billi hu ġustifikat li l-Istati Membri jitħallew jużaw dan il-mekkaniżmu; billi għall-impurtar tad-deheb l-Artikolu 23 tas-Sitt Direttiva jħalli, bl-istess mod, li taxxa ma titħallasx waqt l-importazzjoni nnifisha sakemm ikun hekk imsemmi fid-dikjarazzjoni skond l-Artikolu 22(4) ta' dik id-Direttiva; Billi transazzjonijiet li saru fuq suq tat-tip bullion u li huma regolati minn Stat Membru jirrikjedu aktar simplifikazzjonijiet fit-trattament tat-taxxa tagħhom minħabba n-numru enormi u l-veloċità ta' operazzjonijiet bħal dawn; billi l-Istati Membri huma permessi li ma japplikawx l-iskema speċjali, li jwaqqfu l-ġbir tat-taxxa u li jgħaddu mingħajr il-ħtiġijiet dwar ir-reġistrazzjoni; Billi ladarba l-iskema ġdida dwar it-taxxa għandha tieħu post dispożizzjonijiet eżistenti skond l-Artikolu 12(3)(e) u punt 26 ta' l-Anness F tas-Sitt Direttiva, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiħassru, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 "Artikolu 26b Skema Speċjali għall-investiment ta' deheb A. Definizzjoni Għal l-iskopijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità: "investiment ta' deheb" għandha tfisser: (i) deheb, f'forma ta' ingotta jew wafer ta' piżijiet aċċettati mis-swieq tat-tip bullion, ta' purità ekwivalenti għal jew aktar minn 995 minn kull elf, kemm jekk rappreżentati minn sigurtajiet jew le. L-Istati Membri jistgħu jeskludu ingott żgħar jew wafers ta' piż ta' gramma jew inqas mill-iskema; (ii) muniti tad-deheb li: - huma ta' purità ekwivalenti għal jew aktar minn 900 minn kull elf, - huma maħruġa wara l-1800, - huma jew kienu muniti legali fil-pajjiż ta' l-oriġini, u - huma normalment mibjugħa bi prezz li ma jeċċedix il-valur tas-suq miftuħ tad-deheb li jinsab fil-muniti b'mhux aktar minn 80 %. Muniti bħal dawn m'humiex, għal dan l-iskop ta' din id-Direttiva, kkunsidrati għall-bejgħ għal skopijiet u nteressi numismatiċi. Kull Stat Membru għandu jinforma l-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju kull sena, li jibda mill-1999, tal-muniti li jikkonformaw ma' dawn il-kriterji li huma negożjati f'dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tippublika lista komprensiva ta' dawn il-muniti fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta' Diċembru ta' kull sena. Muniti nklużi fil-lista pubblikata għandhom jitqiesu li jaderixxu ma' dawn il-kriterji għas-sena kollha li għaliha l-lista tkun pubblikata. B. Arranġamenti speċjali applikabbli għal transazzjonijiet ta' investiment ta' deheb C. Għażla għat-taxxa D. Dritt għal Tnaqqis 1. Persuni taxxabbli għandhom ikollhom id-dritt għal tnaqqis ta' (a) taxxa dovuta jew imħallsa fir-rigward ta' investiment ta' deheb ipprovdut lilhom minn persuna li eżerċitat id-dritt ta' l-għażla taħt C jew provdut lilhom skond il-proċedura mniżżla f'G: (b) taxxa dovuta jew imħallsa ghal rigward ta' provvista lilhom, jew l-akkwist intra-komunitarja jew importazzjoni minnhom, ta' deheb barra minn investiment ta' deheb li hu sussegwentement trasformat minnhom jew għan-nom tagħhom f'investiment ta' deheb; (ċ) taxxa dovuta jew imħallsa għal rigward ta' servizzi provduti lilhom li tikkonsisti f'bidla ta' forma, piż jew purità ta' deheb inkluż l-investiment ta' deheb, jekk il-provvista sussegwenti tagħhom ta' dan id-deheb hi eżenti taħt dan l-Artikolu. 2. Persuni taxxabbli li jipproduċu investiment ta' deheb jew jittrasformaw xi deheb f'investiment ta' deheb, għandhom ikunu intitolati li jnaqqsu taxxa dovuta jew imħallsa minnhom fir-rigward ta' provvisti, jew l-akkwist intra-komunitarja jew importazzjoni ta' oġġetti jew servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni jew it-trasformazzjoni ta' dak id-deheb bħal li kieku il-provvista sussegwenti tagħhom tad-deheb eżenti taħt dan l-Artikolu kient taxxabbli. E. Obbligazzjonijiet speċjali għal kummerċjanti fl-investiment ta' deheb F. Proċedura dwar ħlasijiet maqluba G. Proċedura dwar transazzjonijiet dwar is-suq regolat tal-gold bullion 1. Stat Membru jista', skond konsultazzjoni provduta fl-Artikolu 29, ma japplikax l-eżenzjoni għal investiment ta' deheb kif provdut minn din l-iskema speċjali fir-rigward ta' transazzjonijiet speċifiċi, apparti minn provvisti jew esportar intra-komunitarju, li jikkonċernaw investiment ta' deheb li sar f'dak l-Istat Membru: (a) bejn persuni taxxabbli li huma membri tas-suq bullion regolat mill-Istat Membru kkonċernat, u (b) billi t-transazzjoni hi bejn membru tas-suq bullion regolat mill-Istat Membru kkonċernat u persuna taxxabbli oħra li mhix membru ta' dak is-suq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, dawn it-transazzjonijiet għandhom ikunu taxxabbli u dan li ġej għandu japplika. 2. (a) Għal transazzjoni taħt 1(a), għal skop ta' simplifikazzjoni, l-Istat Membru għandu jawtorizza s-sospensjoni tat-taxxa li għandha tinġabar kif ukoll li l-ħtiġijiet dwar iż-żamma ta' registri dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud ma' jkunux meħtieġa. (b) Għal transazzjonijiet taħt 1(b), il-proċedura dwar ħlasijiet maqluba taħt F għandha tapplika. Fejn wieħed li mhux membru tas-suq bullion m'għandux, apparti għal dawn it-transazzjonijiet, ikun suġġett għal reġistrazzjoni tal-VAT fl-Istat Membru relevanti, il-membru għandu jaderixxi ma' l-obbligazzjonijiet fiskali għan-nom ta' dak li mhux membru, skond id-dispożizzjonijiet ta' dak l-Istat Membru." Artikolu 2 L-Artikolu 12(3)(e) u punt 26 ta' l-Anness F tad-Direttiva 77/388/KEE għandhom jitħassru. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fl-1 ta' Jannar 2000. Huma għandhom mill-ewwel jinformaw il-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jaddotaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ottubru 1998. Għall-Kunsill Il-President R. Edlinger [1] ĠU C 302, tad-19.11.1992, p. 9. [2] ĠU C 91, tat-28.3.1994, p. 91. [3] ĠU C 161, ta' l-14.6.1993, p. 25. [4] ĠU L 145, tat-13.5.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar b'Direttiva 96/95/KE (ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 89). [5] ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77. --------------------------------------------------