Official Journal L 330 , 05/12/1998 P. 0001 - 0012
Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 198b tat-Trattat [3], (1) Billi l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti milli ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja [4] u l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [5] jenħtieġu li mpriżi ta’ assigurazzjoni jkollhom marġini ta’ likwidità; (2) Billi, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrrigwardaw l-assigurazzjoni diretta apparti milli assigurazzjoni fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE [7] il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni huma suġġetti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali waħdanija maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li fih intrapriża ta’ assigurazzjoni għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha (Stat Membru tal-lokalità); billi tali awtorizzazzjoni tippermetti lill-intrapriża biex tkompli bin-negozju tagħha matul il-Komunità kollha; permezz ta’ jew id-dritt għall-istabbiliment inkella l-liberta’ li tipprovdi servizzi; billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokalità huma responsabbli għall-monitoraġġ tas-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni; kif ukoll il-likwidità tagħhom; (3) Billi miżuri dwar is-superviżjoni supplementari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni għandu jippermetti lill-awtoritajiet li jkunu jagħmlu s-superviżjoni fuq l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex jifformaw ġudizzju fuq bażi soda dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha; billi superviżjoni supplementari bħal din għandha tieħu akkont ta’ ċerti mpriżi li preżentement ma humiex suġġetti għas-superviżjoni skond id-Direttivi tal-Komuinità; billi din id-Direttiva bl-ebda mod ma timplika li Stati Membri huma meħtieġa li jwettqu superviżjoni ta’ dawk l-intrapriżi li huma kkunsidrati individwalment; (4) Billi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’suq komuni ta’ l-assigurazzjoni jidħlu f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u r-regoli oħra li jikkonċernaw il-ħtiġijiet tal-kapital iridu għalhekk ikunu ekwivalenti; billi, għal dak il-għan, il-kriterja applikata biex tiddetermina s-superviżjoni supplimentari m’għandhomx jitħallew biss għad-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, billi l-adozzjoni tar-regoli bażiċi komuni għandhom ikunu fl-aħjar interessi tal-Komunità billi b’hekk jipprevjenu tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni; billi huwa meħtieġ li jkunu eliminati ċerti diverġenzi bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda regoli prudenti li għalihom intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma parti minn grupp ta’ assigurazzjoni jkunu suġġetti; (5) Billi l-approċċ adottat jikkonsisti f’wieħed li jwassal għal armonizzazzjoni bħal din hekk kif inhu essenzjali, meħtieġ u suffiċjenti biex jinkiseb l-għarfien reċiproku ta’ sistemi ta’ kontroll prudenti f’dan il-qasam; billi l-għan ta’ din id-Direttiva hu b’mod partikolari li jipproteġi l-interessi ta’ persuni assigurati; (6) Billi ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id Direttiva jiddefinixxu normi minimi; billi Stat Membru tal-lokal jista’ jesiġi regoli aktar stretti għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu; (7) Billi din id-Direttiva tipprovdi għas-superviżjoni supplimentarja ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ assigurazzjoni li hija mpriża parteċipanti f’mill-anqas intrapriża ta’ assigurazzjoni waħda, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni li mhix ta’ Stat Membru u, taħt regoli differenti, għas-superviżjoni supplimentari ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha hija holding company ta’ assigurazzjoni, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni; intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux minn Stat Membru jew holding company ta’ attività mista; billi s-superviżjoni ta’ intrapriżi individwali ta’ l-assigurazzjoni minn awtoritajiet kompetenti tibqa’ l-prinċipju essenzjali ta’ superviżjoni ta’ l-assigurazzjoni; (8) Billi huwa meħtieġ li jsir kalkolu ta’ sitwazzjoni ta’ likwidità aġġustata għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jifformaw parti minn grupp ta’ assigurazzjoni; billi metodi differenti huma applikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità biex jittieħed akkont ta’ l-effetti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li huma attribwiti għall-fatt li hi tkun tappartjeni għal grupp ta’ assigurazzjoni; billi din id-Direttiva tistabbilixxi tliet metodi biex tkun effettwata dik il-kalkolazzjoni; billi l-prinċipju hu aċċettat li dawn il-metodi huma prudenti; (9) Billi l-likwidità ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni sussidjarja relatata ta’ holding company ta’ l-assigurazzjoni, ta’ intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux ta’ Stat Membru, jistgħu jkunu affettwati mir-riżorsi finanzjari tal-grupp li tiegħu hija parti u mid-distribuzzjoni ta’ riżorsi finanzjari f’dak il-grupp; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi ta’ l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentarja u tat-teħid ta’ miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hija jew tista’ tkun ipperikolata; (10) Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari; billi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji oħra għandhom ikunu stabbiliti; (11) Billi tranżazzjonijiet intra-gruppi jistgħu jeffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq ċerti tipi ta’ operazzjonijiet intra-grupp u jieħdu miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hi jew tista’ tkun ipperikolata, ADOTTAW DIN ID- DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva: (a) intrapriża ta’ assigurazzjoni tfisser intrapriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE; (b) intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru tfisser intrapriża li għandha jkollha bżonn awtorizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE kieku kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Komunità; (ċ) intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni tfisser intrapriża, apparti minn intrapriża ta’ assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, li n-negozju ewlieni tagħha jikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji ċeduti minn intrapriża ta’ assigurazzjoni, intrapriża ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru jew intrapriżi oħra ta’ ri-assigurazzjoni; (d) intrapriża prinċipali tfisser intrapriża prinċipali fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE [8] u kwalunkwe intrapriża li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra; (e) intrapriża sussidjarja tfisser intrapriża sussidjarja fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe intrapriża li fuqha, li fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, intrapriża prinċipali li effettivament teżerċita influwenza dominanti. Is-sussidjarji kollha ta’ intrapriżi sussidjarji għandhom ukoll ikunu meqjusa sussidjarji ta’ l-intrapriża prinċipali li hi fir-ras ta’ dawk l-intrapriżi; (f) parteċipazzjoni tfisser parteċipazzjoni fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 17, l-ewwel sentenza, tad-Direttiva 78/660/KEE [9] jew il-paterna, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar mid- drittijiet tal-vot jew kapital ta’ intrapriża; (g) intrapriża li tipparteċipa tfisser intrapriża li hi jew intrapriża prinċipali jew intrapriża oħra li jkollha parteċipazzjoni; (h) intrapriża rrelatata tfisser jew sussidjarja jew intrapriża oħra li fiha parteċipazzjoni hi miżmuma; (i) kumpannija ta’ l-assigurazzjoni padruna tfisser intrapriża prinċipali li l-kummerċ ewlieni tagħha hu li takkwista u żżomm parteċipazzjonijiet f’intrapriżi sussidjarji, meta dawk l-intrapriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriżi ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, ta’ l-anqas waħda minn dawn l-intrapriżi sussidjarji tkun intrapriża ta’ assigurazzjoni; (j) kumpannija ta’ l-assigurazzjoni b’attività mista tfisser intrapriża paterna, apparti minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew holding company ta’ assigurazzjoni, li tinkludi ta’ l-anqas intrapriża ta’ assigurazzjoni waħda fost l-intrapriżi sussidjarji tagħha; (k) awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom il-poter bil-liġi jew bir-regolament li jagħmel superviżjoni fuq l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. L-Artikolu 2 Każijiet ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni 1. B’żieda mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE li jesiġu r-regoli għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, Stati Membri sejrin jipprovdu superviżjoni ta’ kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hija intrapriża li qiegħda tipparteċipa f’ta’ l-anqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni waħda, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew l-intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru sejrin ikunu ssupplimentati bil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5,6,8 u 9. 2. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha li hija kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni supplimentari fil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5(2), 6,8 u 10. 3. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha hi kumpannija ta’ assigurazzjoni ta’ attivita mista, għandha tkunu suġġetta għal superviżjoni supplimentari fil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5(2), 6 u 8. L-Artikolu 3 Skop ta’ superviżjoni supplimentari 1. L- eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari bi qbil ma l-Artikolu 2 m’għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jilagħbu rwol superviżorju fejn għandhom x’jaqsmu intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiżi mhux Stati Membri, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni jew kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivita mista jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni meħuda individwalment. 2. Is-superviżjoni supplimentari għandha tieħu akkont ta’: - intrapriżi relatati ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, - intrapriżi li jipparteċipaw fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, - intrapriżi relatati ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5,6,8, 9 u 10. 3. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu akkont fis-superviżjoni supplimentari rreferuta fl-Artikolu 2 intrapriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistat tagħhom f’pajjiż li mhux Stat Membru meta jkun hemm impedimenti legali għat-transferimet ta’ l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, il-punt 2.5 u ta’ l-Anness II, il-punt 4. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari jistgħu fil-każijiet elenkati hawn taħt jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ li ma jikkunsidrawx intrapriża fis-superviżjoni supplimentari rreferuta fl-Artikolu 2: - jekk l-intrapriża li għandha tkun inkluża hi ta’ interess negliġibbli f’dak li jirrigwarda l-objettivi ta’ superviżjoni supplimentari ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, - jekk il-inklużjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ma jkunx xierqa jew iqarraq fir-rigward ta’ l-objettivi tas-superviżjoni supplimentari ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. L-Artikolu 4 Awtoritajiet kompetenti għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari. 1. Superviżjoni supplimentari għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali permezz ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE. 2. Meta intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fi tnejn jew aktar Stati Membri għandhom bħala l-intrapriża prinċipali l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru jew kumpannija ta’ l-assigurazzjoni ta’ attività mista, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jilħqu ftehim fuq min minnhom ghandu jkun responsabbli biex jeżerċita superviżjoni supplimentari. 3. Meta Stat Membru għandu aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni, tali Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jorganizzaw koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet. L-Artikolu 5 Disponibbiltà u kwantità ta’ informazzjoni 1. Stati Membri għandhom jippreskrivu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari għandha jkollha mekkaniżżmi ta’ kontroll intern adegwat f’postu għall-produzjoni ta’ xi data u informazzjoni relevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni supplementari bħal dik. 2. Stati Membri għandom jieħdu l-passi xierqa biex jassssiguraw li ma hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li ma jħallix l-intrapriżi li huma suġġetti għas-superviżjoni supplementari u l intrapriżi relatati tagħhom u l-intrapriżi li jipparteċipaw minnn skambju fosthom xi nformazzjoni rilevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni supplimentari bħal dik. L-Artikolu 6 Aċċess għall-informazzjoni 1. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari għandhom ikolhhom aċċess għal xi informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-iskop ta’ superviżjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari bħal dik, L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw huma stess direttament lill-intrapriżi rilevanti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) biex jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa biss jekk informazzjoni bħal dik tkun ġiet mitluba mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u li ma tkunx ġiet fornuta biha. 2. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu iwettqu fit-territorju tagħhom, huma nfushom jew permezz ta’ l-intermedjar ta’ persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifikazzjoni fuq il-post ta’ l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fi: - l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari, - l-intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, - intrapriżi prinċipali ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, - l-intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża prinċipali ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, 3. Meta, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jixtiequ f’każijiet speċifiċi li jivverifikaw informazzjoni importanti dwar intrapriża li tinstab fi Stat Membru ieħor li hi intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, intrapriża sussidjarja, intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru li jkollhom dik il-verifika mwettqa. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom jaġixxu dwarha fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom billi jwettqu l-verifika huma nnifishom, billi jippermettu l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba li jwettquha huma jew billi jippermettu awditur jew espert li jwettaqha hu. L-Artikolu 7 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti 1. Meta intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri differenti huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrapriża komuni li qiegħda tipparteċipa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lejn xulxin wara talba, l-informazzjoni releventi kollha li tista’ tippermetti jew tiffaċilita l-eżerċizzju tas-superviżjoni bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u għandhom jikkomunnikaw fuq l-inizzjattiva tagħhom stess kwalunkwe informazzjoni li tidher għalihom li hija essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra. 2. Meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u jew istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefiniti fid-Direttiva 77/780/KEE [10] jew soċjetà kif iddefinita fid-Direttiva 93/22/KEE [11], jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrapriża komuni li qiegħda tipparteċipa, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni ta’ dawk l-intrapriżi l-oħra għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajjiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li aktarx li tissimplifika x- xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ din id-Direttiva. 3. Informazzjoni akkwistata bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li għaliha hemm provvediment f’din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-obbligazzjoni ta’ segretezza professjonali kif definita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/96/KEE. L-Artikolu 8 Tranżazzjonijiet fi ħdan gruppi 1. L-Istati membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-superviżjoni ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn: (a) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u: (i) intrapriża relatata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; (ii) intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; (iii) intrapriża rrelatata ta’ l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; (b) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u persuna naturali li għandha parteċipazzjoni fi: (i) l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew waħda mill-intrapriżi rrelatati tagħha; (ii) l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; (iii) intrapriża relatata ta’ l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. Dawn it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw b’mod partikolari: - self, - garanziji u tranżazzjonijiet ’il barra mill-balance—sheet, - elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità, - investimenti, - operazzjonijiet tar-ri-assigurazzjoni, - ftehim dwar spejjeż ta’ l-ishma. 2. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jenħtieġu mill-anqas rappurtar annwali mill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti kif ipprovdut fil-paragrafu 1. Jekk, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, ikun jidher li l-likwidità ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hija, jew tista’ tkun, mhedda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. L-Artikolu 9 Ħtiġijiet aġġustati ta’ likwidità 1. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 2(1), Stati Membri għandhom ikunu jenħtieġu li l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Anness I. 2. Kwalunkwe intrapriża rrelatata, intrapriża parteċipanti jew intrapriża rrelatata ta’ intrapriża parteċipanti għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1. 3. Jekk il-kalkolazzjoni li hemm referenza dwarha f ’paragrafu 1 turi li l-likwidità aġġustata tkun negattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’dak il-każ. L-Artikolu 10 Intrapriżi ta’ ri-assigurazzjoni, holding companies ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiżi mhux Stati Membri 1. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-metodu ta’ superviżjoni supplimentari li tkun applikata bi qbil ma’ l-Anness II. 2. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-kalkolazzjoni għandha tinkludi l-intrapriżi rrelatati kollha ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, ta’ l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru, bil-manjiera li għaliha hemm provvediment fl-Anness II. 3. Jekk, fuq il-bażi ta’ din il-kalkolazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-likwidità ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni sussidjarja tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru hi, jew tista’ tkun, ipperikolata, huma għandhom jieħdu l-passi xierqa fil-livell ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. L-Artikolu 11 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2000 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom immedjetament jinfurmaw lill-Kummisjoni dwar dan. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f’ paragrafu 1 għandhom l-ewwel japplikaw għas-superviżjoni ta’ kontijiet ta’ snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2001 jew matul dik is-sena tal-kalendarju. 3. Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri rreferuti f’paragrafu 1, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. 5. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat ta’ l-assigurazzjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-ħtieġa ta’ aktar armonizzazzjoni. L-Artikolu 12 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 13 Lil min hi indirizzata Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ottubru 1998. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-robles Għall-Kunsill Il-President E. Hostasch [1] ĠU C 341, tad-19.12.1995, p. 16, u ĠU C 108, tas-7.4.1998, p.48. [2] ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 16. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta’ l-10.11.1997, p. 136), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 204, tat-30.6.1998, p. 1) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 1998 (ĠU C 313, tat− 12.10.1998) u d-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 [4] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KEE (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7). [5] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KE. [6] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE. [7] ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE. [8] Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 bbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet ikkonsolidati (ĠU L 193, tat-18.7.1983, p.1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994. [9] Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet Annwali ta’ ċerti tipi ta’ Kumpanniji (ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-1994. [10] L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. (ĠU L 322, tas-17.12.1977. p. 30). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/13/KE (ĠU L 66, tas-16.3.1996, p.15). [11] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ investiment fil-qasam tas-siguritajiet (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/9/KE (ĠU L 84, tas-26.3.1997, p. 22). -------------------------------------------------- L-ANNESS I KALKOLAZZJONI TAL-LIKWIDITÀ AĠĠUSTATA TA’ L-INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI 1. L-GĦAŻLA TA’ METODU TAL-KALKOLAZZJONI U L-PRINĊIPJI ĠENERALI A. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi mwettqa skond wieħed mill-metodi deskritti f’punt 3. L-Istat Membru jista’, b’danakollu, jipprovdi għall-awtoritajiet kompetenti biex jawtorizzaw jew jimponu l-applikazzjoni ta’ metodu kif stabbilit f’punt 3 apparti minn dawk magħżula mill-Istat Membru. B. Proporzjonalità Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tikkunsidra s-sehem proporzjonali miżmum mill-intrapriża parteċipanti fl-intrapriżi rrelatati tagħha. "Sehem proporzjonali" jfisser jew, meta l-metodu 1 jew il-metodu 2 deskritti f’punt 3 huma użati, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li hu miżmum, direttament jew indirettament, mill-intrapriża parteċipanti jew, meta l-metodu 3 deskritt f’punt 3 huwa użat, il-perċentwali użati għall-istabbiliment tal-kontijiet ikkonsolidati. B’danakollu, independentament mill-metodu użat, meta l-impriża rrelatata hi sussidjarja ta’ l-intrapriża u żbilanċ negattiv ta’ likwidità, in-nuqqas totali ta’ likwidità tas-sussidjarja għandu jkun ikkunsidrat. B’danakollu, meta fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, r-responsabbiltà ta’ l-intrapriża prinċipali li għandha sehem mill-kapital hija llimitata strettament u b’mod mhux ambigwu għal dak is-sehem tal-kapital, l-awtoritajiet kompetenti bħal dawn jistgħu jagħtu permess għan-nuqqas ta’ likwidità ta’ l-intrapriża sussidjarja li jkun meqjus fuq bażi proporzjonali. Ċ. Eliminazzjoni ta’ użu doppju ta’ l-elementi tal-marġini ta’ likwidità. Ċ.1. Trattament ġenerali ta’ l-elementi tal-marġini ta’ likwidità Independentament mill-metodu użat għall-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, l-użu doppju ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità fost id-diversi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jkunu meqjusa f’dik il-kalkolazzjoni għandhom ikunu eliminati. Għal dan l-iskop, meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u meta l-metodi deskritti f’punt 3 ma jipprovdux għaliha, l-ammonti segwenti għandhom ikunu eliminati: - il-valur ta’ kwalunkwe assi ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ waħda mill-intrapriżi rrelatati magħha ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, - il-valur ta’ kwalunkwe assi rrelatati ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, - il-valur ta’ kwalunkwe assi rrelatat ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità għall-kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigirazzjoni. Ċ.2. Trattament ta’ ċertu elementi Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Ċ.1: - riżervi ta’ profitti u profitti futuri li joriġinaw minn intrapriża rrrrelatata ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-likwidità aġġustata hi kkalkulata, u - kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża rrelatata ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-likwidità aġġustata hija kkalkolata, tista’ biss tkun inkluża fil-kalkolazzjoni sa fejn huma eliġibbli biex ikopru l-ħtiġijiet għall-marġini ta’ likwidità ta’ dik l-intrapriża rrelatata. B’danakollu, kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas li jirrapreżenta obbligazzjoni potenzjali fuq il-parti ta’ l-intrapriża parteċipanti għandu jkun eskluż kompletament mill-kalkolazzjoni. Kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata għandu wkoll ikun eskluż mill-kalkolazzjoni. Kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata oħra għandu jkun eskluż mill-kalkolazzjoni. Ċ.3. Trasferibbilità Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw ċerti elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Taqsima Ċ.2 ma jistgħux effettivament ikunu magħmula disponibbli biex ikopru l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li dwarha l-likwidità aġġustata tkun ikkalkulata, dawk l-elementi jistgħu jkunu inklużi fil-kalkolazzjoni biss sakemm huma eliġibbli biex ikopru l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża rrelatata. Ċ.4. Is-somma ta’ l-elementi li hemm referenza dwarhom f’Taqsimiet Ċ.2 u Ċ. 3 ma jistgħux jeċċedu l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata. D. Eliminazzjoni tal-ħolqien ta’ kapital fi ħdan gruppi Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata, l-ebda akkont m’għandu jittieħed ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità li joriġina minn finanzjament reċiproku bejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u: - intrapriża rrelatata, - intrapriża parteċipanti, - intrapriża rrelatata oħra ta’ kwalunkwe intrapriżi parteċipanti tagħha. Minbarra dan, l-ebda kont m’għandu jittieħed ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ l-intrapriża li dwarha l-likwidità aġġustata hija kkalkolata meta l-element f’dak il-każ joriġina minn finanzjament reċiproku ma’ kwalunkwe intrapriża rrelatata ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni. B’mod partikolari, finanzjament reċiproku jeżisti meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-intrapriżi rrelatati tagħha, jkollhom ishma fi, jew jagħmlu self lil, intrapriża oħra li, direttament jew indirettament ikollha element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-ewwel intrapriża. E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-likwidità aġġustata tkun ikkalkulata bl-istess frekwenza kif stabbillita bid-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE għall-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. Il-valur ta’ dawn l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jkun meqjus bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE u 91/674/KEE [1]. 2. APPLIKAZZJONI TAL-METODI TA’ KALKOLAZZJONI 2.1. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata għandha tkun imwettqa skond il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti f’dan l-Anness. Fil-każijiet tal-metodi kollha, meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha aktar minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata waħda, l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata għandha tkun mwettqa bl-integrazzjoni ta’ kull waħda minn dawn l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati. Fil-każijiet ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra li hi wkoll intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni), il-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata għandha tkun imwettqa fil-livell ta’ kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li għandha mill-anqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata waħda. L-Istati Membri jistgħu jwarbu l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni: - jekk l-intrapriża hija intrapriża rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, u dik l-intrapriża rrelatata għandha tkun meqjusa fil-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, jew - jekk l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hi intrapriża rrelatata jew ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni padruna jew ta’ intrapriża tar-ri-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, u kemm il-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata jkunu meqjusa fil-kalkolazzjoni mwettqa. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwarrbu l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jekk hi intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati kienu qablu li jippermettu l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-aħħar. F’kull wieħed minn dawn il-każi, it-twarrib jista’ biss jingħata jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni inklużi fil-kalkolazzjoni huma adekwatament distribwiti bejn dawk l-intrapriżi. Stati Membri jistgħu jipprovdu li meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru apparti minn dak ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata tkun imwettqa, l-kalkolazzjoni għandha tqis, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-intrapriża rrelatata tas-sitwazzjoni ta’ likwidità kif eżaminata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. 2.2. Intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni rrelatati Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hija intrapriża parteċipanti f’intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, din l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni rrelatata għandha tkun ittrattata, biss għal skopijiet ta’ kalkolazzjoni, b’analoġija ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata bl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness. Għal dan il-għan, ħtiġijiet maħsuba ta’ likwidità għandhom ikun stabbiliti għall kull intrapriża tar-ri-assigurazzjoni rrelatata fuq il-bażi ta’ l-istess regoli kif stabbiliti fl-Artikolu 16(2) sa (5) tad-Direttiva 73/239/KEE ta’ l-Artikolu 19 tad-Direttiva 79/267/KEE. B’danakollu, fil-każ ta’ diffikultà sinifikanti fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtiġijiet maħsuba ta’ likwidità tal-ħajja li jkunu kkalkolati fuq il-bażi ta’ l-ewwel riżultat kif stabbilit fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE. L-istess elementi kif stipulati fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE għandhom ikunu magħrufa bħala eliġibbli għall-marġini maħsuba ta’ likwidità. Il-valur ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jkun ezaminat skond l-istess regoli kif stabbiliti f’dawk id-Direttivi u fid-Direttiva 91/674/KEE. 2.3. Holding companies intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni Meta issir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jkollha parteċipazzjoni f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’pajjiż mhux Stat Membru permezz ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, is-sitwazzjoni tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni intermedjarja għandha tkun meqjusa. Għall-iskopijiet biss ta’ din il-kalkolazzjoni, biex tkun magħmula bi qbil mal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness, din il-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni għandha tkun ittrattata bħalli kieku kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal ħtiġijiet ta’ likwidità żero u meta suġġetta għall-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE f’dak li jirrrigwarda elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità. 2.4. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati jew tar-ri-assigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiżi mhux Stati Membri A. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati mhux ta’ pajjiż Stat Membru Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjuż mhux Stat Membru, din ta’ l-aħħar għandha tkun ittrattata solament għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni, b’analoġija ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, bl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness. B’danakollu, meta l-pajjiż mhux Stat Membru li fih dik l-intrapriża għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha tagħmilha suġġetta għall-awtorizzazzjoni u timponi fuqha ħtieġa ta’ likwidità mill anqas komparabbli ma’ dik imfassla fid-Direttivi 73/239/KEE jew 79/267/KEE, billi jittieħed akkont ta’ l-elementi ta’ kopertura ta’ dik il-ħtieġa, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolazzjoni għandha tieħu akkont, f’dak li jirrrigwarda dik l-intrapriża, il-ħtiġijiet tal-likwidità u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet kif stabbiliti mill-pajjiż mhux Stat Membru f’dak il-każ. B. Intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni irrelatati mhux ta’ pajjiż Stat Membru Independentament mit-Taqsima 2.2, meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi intrapriża parteċipanti f’intrapriża tar-ri-assigurazzjoni bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż mhux Stat Membru, u suġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk kif stabbiliti f’punt A t’hawn fuq, Stati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolazzjoni għandha tieħu akkont, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-intrapriża ta’ l-aħħar, tal-ħtiġijiet tal-fondi tagħha u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet kif stabbiliti mill-pajjiż mhux membru f’dak il-każ. Ikun biss meta l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ dak il-pajjiż mhux Stat Membru li huma suġġetti għal dispożizzjonijiet bħal dawk, il-ħtiġijiet mistħajla tal-fondi tagħha fuq l-intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni rrelatati u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet mistħajla jistgħu jkunu kkalkolati bħalli kieku l-intrapriża f’dak il-każ kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ dak il-pajjiż mhux Stat Membru. 2.5. In- nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ l-informazzjoni meħtieġa Meta l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, rigward intrapriża rrelatata bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż mhux Stat Membru, ma tkunx disponibbli lejn l-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur tal-ktieb ta’ dik l-intrapriża parteċipanti f’din l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi mwassla mill-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustata. F’dak il-każ, il-gwadanni mhux realizzati konnessi ma’ parteċipazzjoni bħal dik, m’għandhomx ikunu mħollija bħala element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustata. 3. METODI TA’ KALKOLAZZJONI Metodu 1: Metodu ta’ deduzzjoni u aggregazzjoni Is-sitwazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti hi d-differenza bejn: (i) is-somma ta’: (a) l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u (b) is-sehem proporzjonali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti fl-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata u (ii) is-somma ta’: (a) il-valur tal-ktieb fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, u (b) il-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u (ċ) is-sehem proporzjonali tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata. Meta l-parteċipazzjoni fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata tikkonsisti, bis-sħiħ jew f’ parti, fil-pussess indirett, allura d-dettal (ii)(a) għandu jinkorpora l-valur tal-pussess indirett bħal dak, meta jittieħed akkont ta’ l-interessi rilevanti suċċessivi; u d-dettalji (i)(b) u (ii)(c) għandhom jinkludu l-ishma proporpzjonali korrispondenti ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata u tal-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, rispettivament. Metodu 2: Metodu ta’ ħtieġa ta’ deduzzjoni Il-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipa hija d-differenza bejn: (i) is-somma ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti u (ii) is-somma ta’: (a) l-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u (b) is-sehem proporzjonali tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata. Meta jkun jkunu evalwati l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità, parteċipazzjonijiet fl-ambitu ta’ dak li tfisser din id-Direttiva huma vvalutati permezz tal-metodu ta’ l-ekwità, bi qbil ma l-għażla strabbilita fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE. Metodu 3: Metodu ta’ kontijiet fuq bażi kkonsolidata Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti għandha tkun imwettqa fuq il-bażi tal-kontijiet ikkonsolidati. Il-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti hija d-differenza bejn: l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni kkonsolidata, u (a) jew is-somma tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti u ta’ l-ishma proporzjonali tal-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati, bbażati fuq il-perċentwali użati għall-istabbiliment tal-kontijiet ikkonsolidati. (b) jew il-ħtiġijiet ta’ likwidità kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni kkonsolidata. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE u 91/674/KEE għandhom japplikaw għall-kalokolazzjoni ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità u tal-ħtiġijiet ta’ likwidità bbażat fuq informazzjoni kkonsolidata. [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Mejju 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta’ l-intrapriŻi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L. 374, tal- 11.6.1993, P. 7). -------------------------------------------------- L-ANNESS II SUPERVIŻONI SUPPLIMENTARJA GĦALL-INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA’ KUMPANNIJA TA’ L-ASSIGURAZZZJONI, IMPRIŻA TAR-RI-ASSIGURAZZJONI JEW INTRAPRIŻA TA’ L-ASSIGURAZZJONI TA’ PAJJIŻ MHUX STAT MEMBRU 1. Fil-każ ta’ tnejn jew aktar intrapriżi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(2) li huma sussidjarji ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru u li huma stabbiliti fl-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-metodu deskritt f’dan l-Anness ikun applikat b’manjiera konsistenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni supplimentari bl-istess frekwenza kif inhu stabbilit mid-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE għall-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. 2. Stati Membri jistgħu iwarrbu l-kalkolazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan l-Anness f’dak li għandu x’jaqsam ma l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni: - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hija intrapriża rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra u jekk tkun meħuda fl-akkont tal-kalkolazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan l-Anness li tkun imwettqa għal dik l-intrapriża l-oħra. - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u waħda jew aktar intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fl-istess Stat Membru għandhom bħala l-intrapriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat membru, u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun meqjusa fil-kalkolazzjoni li għaliha hemm provvedimenti f’dan l-Anness tkun imwettqa għal waħda minn dawn l-intrapriżi l-oħra, - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u waħda jew aktar intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fi Stati Membri oħra għandhom bħala l-intrapriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru, u ftehim li jagħti l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari koperta b’dan l-Anness għall-awtorità superviżorja ta’ Stat Membru ieħor tkun ġiet konlkuża bi qbil ma l-Artikolu 4(2). Fil-każ ta’ parteċipazzjonjiet suċċessivi (per eżempju: kumpannija ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni li hi nnifisha l-propjetà ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni oħra, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru), Stati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli pprovduti f’dan l-Anness biss sal-livell ta’ l-intrapriża prinċipali ultima ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li kalkoli analogi ma’ dawk deskritti fl-Anness I ikunu mwettqa fil-livell tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru. L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u metodi deskritti fl-Anness I fil-livell ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru. Għall-iskop uniku ta’ din il-kalkolazzjoni, l-intrapriża prinċipali għandha tkun ittrattata bħallikieku kienet l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal: - ħtieġa ta’ likwidità żero meta tkun kumpannija propjetarja ta’ l-assigurazzjoni, - il-ħtieġa ta’ likwidità mistħajla bħal ma hemm provvedent dwarha fit-Taqsima 2.2 ta’ l-Anness I meta hija intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew kif hemm provvedimenti f’ Taqsima 2.4(B) ta’ l-Anness I meta hija l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż mhux Stat Membru, - il-ħtieġa ta’ likwidità ddeterminata skond il-prinċipji tat-Taqsima 2.4(A) ta’ l-Anness I, meta hija l-intrapriża ta’ pajjiż mhux Stat Membru, u hija suġġetta għall-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE f’dak li jirrrigwarda l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità. 4. In-nuqqas ta’ disponibbilità ta’ l-informazzjoni meħtieġa Meta l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolazzjoni li jipprovdi għaliha dan l-Anness dwar l-intrapriża rrelatata bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew f’pajjiż mhux Stat Membru, ma jkunux disponibbli lejn l-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur tal-ktieb ta’ dik l-intrapriża fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti għandu jkun dedott mill-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustati. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ parteċipazzjoni bħal din m’għandux jitħalla bħala element eliġibbli għall-kalkolazzjoni. --------------------------------------------------