31998L0076



Official Journal L 277 , 14/10/1998 P. 0017 - 0025


Id-Direttiva Tal-Kunsill 98/76/KE

ta’ l-1 ta’ Ottubru 1998

li temenda d-Direttiva 96/26/KE dwar l-ammissjoni għall-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport bit-triq ta’ passiġġieri u għarfien reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali maħsuba biex jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt għal-libertà li jistabbilixxu ruħhom f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi d-differenzi bejn ir-regolamenti nazzjonali dwar l-ammissjoni għall-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni;

(2) Billi huwa għalhekk meħtieġ li jissokta l-proċess ta’ l-armonizzazzjoni f’din l-erja, fil-kwadru operazzjonali tas-suq intern, billi jissaħħu iktar ir-regoli komuni li tipprovdi għalihom id-Direttiva 96/26/KE [4];

(3) Billi huwa meħtieġ, minħabba żviluppi fis-suq tat-trasport tal-merkanzija u r-rekwiżiti operazzjonali tas-suq intern, li jkun estiż l-ambitu tad-Direttiva 96/26/KE għal ċerti kategoriji ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkazija għal kiri jew benefiċċju bl-użu ta’ vetturi ta’ tunnellaġġ baxx, bħal servizzi ta’ kurrieri, suġġetti għal derogi speċifiċi għal impriżi ta’ trasport tal-merkanzija impenjati f’operazzjonijiet ta’ trasport lokali ta’ distanza qasira u jużaw vetturi ta’ piż massimu awtorizzat ta’ bejn 3,5 u 6 tunnellati metriċi;

(4) Billi rigward reputazzjoni tajba, għandu jsir provediment għal rekwiżiti iktar stretti, inklużi rekwiżiti dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent u reponsabbiltà professjonali;

(5) Billi rigward pożizzjoni finanzjarja, huwa meħtieġ, biex ikunu evitati nuqqasijiet ta’ bilanċ fis-suq, li jkun iffissat kapital xieraq disponibbli u riservi f’livell minimu ogħla u li kull ħames snin ikun iffissat il-valur ta’ l-euro f’dawk il-muniti nazzjonali li mhumiex parteċipanti fit-tielet stadju ta’ l-għaqda monetarja;

(6) Billi, rigward il-kompetenza professjonali, huwa meħtieġ li operaturi ta’ trasport bit-triq applikanti jagħtu prova ta’ livell minimu armonizzat ta’ taħriġ fl-istess suġġetti u li jkollhom ċertifikati, miktuba skond mudell paragunabbli, li jiċċertifikaw kompetenza professjonali, fil-qasam kummerċjali b’mod partikolari, f’livell minimu armonizzat u fuq il-bażi ta’ metodi ta’ ttestjar uniformi fl-Istati Membri kollha; billi huwa wkoll meħtieġ, għal dan il-għan, li jkunu armonizzati ċerti aspetti ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-eżami;

(7) Billi d-dritt ta’ Stati Membri li jorganizzaw korsijiet obbligatorji ta’ preparazzjoni għal eżamijiet ta’ kompetenza professjonali għal applikanti li se jagħmluhom għall-ewwel darba li huma normalment residenti fit-territorji tagħhom għandu jibqa’ mhux effettwat;

(8) Billi, għalhekk, il-livelli ta’ konoxxenza li għandhom jitqiesu għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 92/26/KE, jiddifferixxu minn Stat Membru għal ieħor; billi, minħabba dawn id-differenzi, miżuri nazzjonali aktarx għalhekk ivarjaw ħafna fil-kwadru ddefinit mill-Anness I mad-Direttiva msemmija, b’mod partikolari rigward il-kwalifiki ta’ operaturi ta’ trasport, il-kwalità ta’ servizz u sigurtà stradali;

(9) Billi għandu jkun aċċettat li, għal perjodu limitat u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu persuni li qatt qabel ma kienu kisbu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali fi Stat Membru, imma li kienu għaddew minn eżami ta’ kompetenza professjonali f’xi Stat Membru meta kienu normalment residenti fi Stat Membru ieħor fejn għandhom l-intenzjoni li jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport bit-triq għall-ewwel darba, li jagħmlu eżami addizzjonali; billi eżami addizzjonali bħal dan għandu jkopri arji li fihom aspetti nazzjonali tal-professjoni jiddifferixxu minn dawk ta’ l-Istati Membri fejn kienu għaddew mill-eżami, b’mod partikolari aspetti speċifici nazzjonali kummerċjali, soċjali, fiskali u tekniċi jew aspetti li għandhom konnessjoni marbuta ma’ l-organizzazzjoni tas-suq u mal-liġi tal-kumpaniji;

(10) Billi huwa meħtieġ li jkunu introdotti miżuri transitorji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/26/KE fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Isvezja;

(11) Billi huwa meħtieġ li perjodikament isir kontroll jekk l-operaturi ta’ trasport awtorizzati humiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ reputazzjoni tajba, pożizzjoni finanzjarja u kompetenza professjonali;

(12) Billi huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jimponu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi fl-interessi ta’ l-operazzjoni tas-suq intern,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 96/26/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1) fl-Artikolu 1(2),

- l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’li ġej:

"— l-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq għandha tfisser l-attività ta’ kull impriża li tittrasporta oġġetti b’kiri jew benefiċċju permezz ta’ jew vettura bil-mutur jew għaqda varjata ta’ vetturi;"

- l-inċiż li ġej għandu jiżdied:

"— "residenza normali" għandha tfisser il-post fejn persuna s-soltu tgħammar, jiġifieri għall-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit persunali jew tax-xogħol, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr irbit tax-xogħol, minħabba rbit persunali li juri konnessjonijiet mil-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħed jgħammar.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha huwa f’post differenti mill-irbit persunali tiegħu u li b’konsegwenza jgħammar daqqa f’post u daqqa f’ieħor differenti li jinsabu f’żewġ jew iktar Stati Membri għandha titqies fejn għandu l-post ta’ l-irbit persunali tiegħu, sakemm din il-persuna tiritorna hemm regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex tkun rikjesta fejn persuna qiegħda tgħammar fi Stat Membru biex teżegwixxi biċċa xogħol ta’ żmien indefinit. Attendenza f’università jew skola m’għandhiex timplika trasferiment ta’ residenza normali."

(2) fl-Artikolu 2:

- il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

"1. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-impriżi impenjati fl-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq permezz ta’ vetturi bil-mutur għaqdiet varjati ta’ vetturi li l-piż massimu awtorizzat tagħhom ma jeċċedix it-3, 5 tunnellati metriċi. L-Istati Membri jistgħu, madankolllu, ibaxxu dan il-limiti għall-kategoriji kollha ta’ operazzjonijiet ta’ trasport jew xi wħud minnhom."

- it-test preżenti tal-paragrafu 2 għandu jsir il-paragrafu 2(a) u s-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

"(b)

"

(3) fl-Artikolu 3:

- il-paragrafu 2(ċ) għandu jinbidel b’li ġej:

"(ċ)

instabu ħatja ta’ offiżi serji kontra r-regoli fis-seħħ dwar:

- il-kondizzjonijiet ta’ paga u impjieg fil-professjoni, jew

- it-trasport ta’ merkanzija bit-triq jew passiġġieri, kif jixraq, b’mod partikolari r-regoli dwar il-perjodi ta’ sewqan u serħ tas-sewwieqa, il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi kummerċjali, sigurtà stradali u sigurtà ta’ vetturi, il-ħarsien ta’ l-ambjent u r-regoli l-oħra dwar responsabbiltà professjonali."

- il-paragrafu 3(ċ) għandu jinbidel b’li ġej:

"(ċ)

Għal finijiet ta’ din id-Direttiva, il-valur ta’ l-euro f’dawk il-muniti nazzjonali li mhumiex parteċipanti fit-tielet stadju ta’ l-unjoni moneterja għandu jkun iffissat kull ħames snin. Ir-rati li għandhom ikunu applikati ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru u ppubblikati fill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 Jannar tas-sena kalendarja li tmiss."

- il-paragrafu 3(d) għandu jinbidel b’li ġej:

"(d)

"

- il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’li ġej:

"4. (a) Il-kondizzjoni dwar kompetenza professjonali għandha tkun tikkonsisti fil-pussess ta’ għarfien li jikkorrispondi mal-livell ta’ taħriġ li jipprovdi għaih l-Anness I fis-suġġetti elenkati fih. Għandu jkun stabbilit permezz ta’ eżami bil-miktub obbligatorju li jista’ jkun issupplimentat b’eżami orali organizzat fil-forma espressa fl-Anness I mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan mill-Istat Membru.

(b) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn eżami applikanti li jagħtu prova ta’ mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza prattika f’impriża ta’ trasport fil-livell ta’ amministrazzjoni, sakemm applikanti bħal dawn jagħmlu test, li l-arranġamenti għalih ikunu ddeterminati mill-Istati Membri skond l-Anness I.

(ċ) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw li d-detenturi ta’ ċerti diplomi avanzati jew diplomi tekniċi, li jagħtu prova ta’ għarfien sod tas-suġġetti elenkati fl-Anness I li għandhom ikunu definiti minnhom, milli jagħmlu eżami fis-suġġetti koperti mid-diplomi.

(d) Ċertifikat maħruġ mill-awtorità jew korp li jirreferi għalih l-(a) għandu jintwera bħala prova ta’ kompetenza professjonali. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiteb skond il-forma ta’ ċertifikat espressa fl-Anness Ia.

(e) Rigward l-applikanti intenzjonati li jamministraw b’mod effiċjenti u kontinwu impriżi impenjati biss f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali, L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-għarfien li għandu jitqies biex tkun stabbilita kompetenza professjonali ikopri biss suġġetti relatati mat-trasport nazzjonali. F’dak il-każ, iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness Ia tiegħu, għandu jiddikjara li l-possessur huwa kkwalifikat li jamministra b’mod effiċjenti u kontinwu impriżi impenjati biss f’operazzjonijiet ta’ trasport ġewwa l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat.

(f) Wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni Stat Membru jista’ jirrikjedi li kull persuna naturali li għandha ċertifikat ta’ kompetenza professjonali maħruġ minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor wara l-1 ta’ Ottubru 1999 meta dik il-persuna kienet normalment residenti fl-ewwel Stat Membru li tagħmel eżami addizzjonali organizzat mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan mill-ewwel Stat Membru. L-eżami addizzjonali għandu jkopri l-għarfien speċifiku relatat ma’ l-aspetti nazzjoniali tax-xogħol ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq fl-ewwel Stat Membru.

Dan il-punt għandu japplika għal perjodu ta’ tliet snin milll-1 ta’ Ottubru 1999. Dak il-perjodu jista’ jkun estiż għal perjodu massimu ieħor ta’ ħames snin mill-Kunsill billi jaġixxi wara proposta mill-Kummissjoni skond ir-regoli tat-Trattat. Huwa għandu japplika biss għal persuni naturali li, meta jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali taħt il-kondizzjonijiet li jirreferi għalihom l-ewwel subparagrafu, ma jkunux għadhom kisbu ċ-ċertifikat imsemmi ġo Stat Membru."

(4) fl-Artikolu 5:

- fil-paragrafu 1 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

"— l-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja."

- fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-inċiż li jibda

"— wara t-2 ta’ Ottubru 1989"

:

"— wara l-31 ta’ Diċembru 1994 u qabel l-1 ta’ Jannar 1997 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja."

- fil-paragrafu 2 l-inċiż li ġej għandu jiżdied fit-tarf ta’ l-ewwel subparagrafu wara l-inċiż li jibda

"— l-1 ta’ Lulju 1992"

:

"— l-1 ta’ Jannar 1997 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja."

- għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. (a) L-impriża kollha li huma awtorizzati li jimpenjaw ruħhom fix-xogħol ta’ operatur ta’ trasport bit-triq qabel l-1 ta’ Ottubru 1999 għandhom, rigward il-flotot ta’ vetturi li huma joperaw f’dik id-data, jikkonformaw ruħhom ma’ l-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2001.

Dawn l-impriżi għandhom, madankollu, jissodisfaw il-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(3) rigward kull żieda mal-flotot tagħhom wara l-1 ta’ Ottubru 1999.

(b) L-impriżi impenjati fl-okkupazzjoni (fix-xogħol) ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq qabel l-1 ta’ Ottubru 1999 permezz ta’ vetturi li għalihom il-piżijiet massimi huma ta’ bejn it-3, 5 u 6 tunnellati metriċi għandhom jikkonformaw ruħhom mal-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2001."

(5) fl-Artikolu 6(1) għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw regolarment u għall-inqas kull ħames snin impriżi għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ reputazzjoni tajba, pożizzjoni finanzjarja u kompetenza professjonali.

Jekk ir-rekwiżit ta’ pożizzjoni finanzjarja mhux issodisfatt fiż-żmien tal-kontroll l-awtoritajiet jistgħu, fejn ċirkostanzi ekonomiċi oħra ta’ l-impriża jagħtu bażi biex wieħed jassumi li r-rekwiżiti tal-pożizzjoni finanzjarja jerġgħu jkunu ssodisfatti fil-futur previst fuq il-bażi ta’ pjan finanzjarju, jagħtu notifika oħra ta’ mhux iktar minn sena."

(6) fl-Artikolu 7:

- il-bidu tal-paragrafu 1 għandi jinbidel bi "1. Fejn offiżi kontra (ksur tar-) r-regoli…",

- il-paragrafu 2 eżistenti għandu jitħassar u l-paragrafu 3 eżistenti għandu jsir il-paragrafu 2 ġdid;

(7) fl-Artikolu 8:

- fil-paragraph 2 il-kliem "jew ta’ ebda falliment preċedenti" għandu jitħassar,

- fil-paragrafu 4 l-aħħar sentenza għandha titħassar;

(8) fl-Artikolu 10(3) id-data ta’ l-1 ta’ Jannar 1990 għandha tkun issostitwita bid-data preskritta fl-Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva;

(9) l-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu inseriti wara l-Artikolu 10:

"L-Artikolu 10a

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sistemi ta’ pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jisguraw li dawk il-pieni jkunu applikati. Il-pieni hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

L-Artikolu 10b

Wara l-1 ta’ Ottubru 1999 l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala prova suffiċjenti ta’ kompetenza professjonali iċ-ċertifikati li jikkonformaw mal-forma ta’ ċertifikat espressa fl-Anness Ia u maħruġin mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan minn kull Stat Membru."

(10) L-Anness I għandu jinbidel bl-Anness I ma’ din id-Direttiva u l-Anness Ia kif espress fl-Anness II ma’ din id-Direttiva għandu jiżdied.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1999. Huma għandhom jgħarrfu mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’riferenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

Il-metodi ta’ kif issir riferenza tali għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-1 ta’ Ottubru 1998

Għall-Kunsill

Il-President

C. Einem

[1] ĠU C 95, ta’ l-24.3.1997, p. 66 u ĠU C 324, tal-25.10.1997, p. 6.

[2] ĠU C 287, tat-22.9.1997, p. 21.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Lulju 1997 (ĠU C 286, tat-22.9.1997, p. 224), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 161, tas-27.5.1998, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1998 (ĠU C 210, tas-6.7.1998).

[4] ĠU L 124, tat-23.5.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS I

I. IL-LISTA TA’ SUĠĠETTI LI JIRREFERI GĦALIHOM L-ARTIKOLU 3(4)

L-għarfien li għandu jitqies għall-għarfien uffiċjali ta’ kompetenza professjonali mill-Istati Membri għandu jkopri għall-inqas is-suġġetti koperti iktar’ l isfel għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u trasport bit-triq ta’ passiġġieri rispettivament. F’relazzjoni ma’ dawn is-suġġetti, operaturi applikanti għal trasport ta’ merkanzija bit-triq u trasport bit-triq ta’ passiġġieri għandu jkollhom il-livelli ta’ għarfien u dispożizzjoni prattika meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ impriża ta’ trasport.

Il-livell minimu ta’ għarfien, kif muri iktar’ l isfel, ma jistax ikun taħt il-livell 3 ta’ l-istruttura ta’ livelli ta’ taħriġ preskritti fl-Anness mad-Deċiżjoni 85/368/KEE [1], jiġifieri l-livell miksub fit-taħriġ vokazzjonali miksub matul l-edukazzjoni obbligatorja ssupplimentat jew b’taħriġ vokazzjonali u taħriġ tekniku supplimentari jew b’taħriġ tekniku fuq livell ta’ skola sekondarja.

A. Liġi ċivili

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u ta’ passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mat-tipi prinċipali ta’ kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u obbligazzjonijiet li joħorġu minnhom;

2. ikun kapaċi jinnegozja kuntratt ta’ trasport legalment validu, notevolment fir-rigward ta’ kondizzjonijiet tal-ġarr;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

3. ikun kapaċi jqis talba mill-prinċipal tiegħu dwar kumpens għal telf jew ħsara lill-oġġetti matul il-ġarr jew għal kunsinna tard tagħhom, u jifhem kif talba bhal din teffettwa r-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu;

4. ikun familjari mar-regoli u l-obbligi joħorġu mill-Konvenzjoni CMR dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali ta’ oġġetti;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

5. ikun kapaċi jqis talba mill-prinċipal tiegħu dwar kumpens għal korriment ta’ passiġġieri jew ħsara lill-bagalji tagħhom ikkawżati minn aċċident matul il-ġarr, jew dwar kumpens għal dewmien, u jifhem kif talba bħal din taffettwa r-reponsabbiltà kuntrattwali tiegħu.

B. Liġi kummerċjali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mal-kondizzjonijiet u l-formalitajiet preskritti biex iħaddem l-kummerċ, l-obbligazzjonijiet ġenerali li jaqgħu fuq operaturi tat-trasport u l-konsegwenzi ta’ falliment;

2. ikollu għarfien xieraq tal-forom varji ta’ kumpanija kummerċjali u tar-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.

Ċ. Liġi soċjali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni ta’ l-istituzzjonijiet soċjali varji li għandhom interess fit-trasport bit-triq (trade unions, kunsilli tax-xogħol, shop stewards, spetturi tax-xogħol, eċċ.);

2. ikun familjari ma’ l-obbligi ta’ sigurtà soċjali ta’ min iħaddem;

3. ikun familjari mar-regoli li jirregolaw kuntratti ta’ xogħol għall-kategoriji varji ta’ ħaddiema impjegati minn impriżi ta’ trasport bit-triq (forma ta’ kuntratti, obbligi tal-partijiet, kondizzjonijiet tax-xogħol u ħinijiet tax-xogħol, frank imħallas, remunerazzjoni, ksur ta’ kuntratti, eċċ.);

4. ikun familjari mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 [2] u r-Regolamenti (KEE) Nru 3821/85 [3], u l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti.

D. Liġi fiskali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari, ikun familjari mar-regoli li jirregolaw:

1. il-VAT fuq servizzi ta’ trasport;

2. it-taxxa fuq vetturi bil-mutur;

3. it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u tolls u ħlasijiet għall-użu ta’ infrastruttura;

4. it-taxxa fuq id-dħul.

E. Kummerċ u amministrazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiċi dwar l-użu ta’ ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta’ kreditu u mezzi jew metodi oħra ta’ pagament;

2. ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu bankarju, kreditu dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, ipoteki, kuntratti ta’ kera, kiri, factoring, eċċ.) u mal-ħlasijiet u obbligi li joħorġu minnhom;

3. ikun jaf x’inhi karta bilanċjali, kif inhi mqassma u kif għandu jinterpretaha;

4. ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta’ qligħ u telf;

5. ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji:

6. ikun kapaċi jipprepara estimi;

7. ikun familjari ma’ l-elementi ta’ spejjeż ta’ l-impriża tiegħu (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-ispejjeż ta’ kull vettura, ta’ kull kilometru, ta’ kull vjaġġ jew ta’ kull tunnellata metrika;

8. ikun kapaċi jikteb karta ta’ organizzazzjoni dwar il-personnel (l-istaff, l-impjegati) ta’ l-impriża fit-totalità tiegħu u jorganizza pjanijiet ta’ xogħol, eċċ.;

9. ikun familjari mal-prinċipji ta’ marketing, pubbliċità u relazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-promozzjoni tal-bejgħ tas-servizzi tat-trasport u l-preparazzjoni ta’ files tal-klijenti, eċċ.;

10. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assigurazzjoni ta’ trasport bit-triq (responsabbiltà, korriment minn aċċident/assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u fuq valiġġi) u mal-garanziji u obbligi li joħorġu minnhom;

11. ikun familjari ma’ l-applikazzjonijiet ta’ trasmissjoni ta’ data elettronika fit-trasport bit-triq;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

12. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-ħruġ ta’ fatturi għal servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet ta’ Incoterms;

13. ikun familjari mal-kategoriji differenti ta’ awżiljari tat-transport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

14. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw tariffi u prezzijiet fit-trasport tal-passiġġieri pubbliku u privat;

15. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-ħruġ ta’ fatturi għas-servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ passiġġieri.

F. Aċċess għas-suq

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familari mar-regolamenti tax-xogħol li jirregolaw it-trasport bit-triq għal kiri jew benefiċċju, mal-kiri ta’ vetturi industrijali u l-għoti ta’ sotto-kuntratti, u b’mod partikolari mar-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali tax-xogħol, l-ammissjoni għax-xogħol, l-awtorizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq intra- jew extra — Komunitarju, spezzjonijiet u sanzjonijiet;

2. ikun famijari mar-regoli għall-istabbiliment ta’ impriża ta’ trasport bit-triq;

3. ikun familjari mad-dokumenti varji rekwiżiti għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri ta’ kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b’mod partikolari dawk dwar il-vettura, is-sewwieq, l-oġġetti u l-valiġġi jinżammu kemm ġol-vettura u kemm fil-bini ta’ l-impriża;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

4. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fis-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq, dwar l-immaneġġar u l-loġistiċi tat-trasport tal-merkanzija;

5. ikun familjari mal-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-ambitu tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li joħorġu mill-użu tagħhom;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

6. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fit-trasport ta’ passiġġieri;

7. ikun familjari mar-regoli għall-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ passiġġieri u jkun kapaċi li jikteb pjanijiet ta’ trasport.

G. Standards tekniċi u aspetti ta’ operazzjoni

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fl-Istati Membri u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta’ tagħbijiet anormali li jkunu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;

2. ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (chassis, magna, sistema ta’ trasmissjoni, sistema ta’ brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġiet ta’ l-impriża;

3. ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta’ approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;

4. jifhem x’miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tal-ħoss u għal ġlieda kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn dħaħen ta’ l-exhaust ta’ vetturi bil-mutur;

5. ikun kapaċi jikteb pjanijiet ta’ manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tgħammir tagħhom;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

6. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ immaniġġar ta’ tagħbija u ta’ għodda ta’ tagħbija (tailboards, kontenituri, paletti, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ istruzzjonijiet għat-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti (tqassim tat-tagħbija, stacking, stivar, blocking u chocking, eċċ.);

7. ikun familjari ma’ tekniki varji ta’ "piggy-back (fuq id-dahar/spallejn)" u trasport ikkombinat ta’ roll-on roll-off;

8. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma ruħu mar-regoli tal-ġarr ta’ oġġetti u skart perikulużi, notevolment dawk li joħorġu mid-Direttiva 94/55/KE [4], id-Direttiva 96/35/KE [5], u r-Regolament (KEE) Nru 259/93 [6];

9. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma ruħu mar-regoli tal-ġarr ta’ affarijiet ta’ l-ikel li jitħassru, notevolment dawk li jiħorġu mill-Ftehim dwar il-ġarr ta’ affarijiet ta’ l-ikel li jiħassru u dwar it-tagħmir speċjali li għandu jintuża għall-ġar bħal dan (ATP);

10. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta’ annimali ħajjin.

H. Sigurtà stradali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun jaf xi kwalifiki huma rekwiżiti għas-sewwieqa (liċenzja tas-sewqan’ certifikati mediċi, ċertifikati ta’ kondizzjoni tajba, eċċ.);

2. ikun kapaċi li jieħu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sewwieqa jikkonformaw ruħhom mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati Membri differenti (limiti ta’ velocità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta’ stennija u parking, użu tad-dwal, sinjali stradali, eċċ.);

3. ikun kapaċi jikteb struzzjonijiet lis-sewwieqa għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sigurtà dwar il-kondizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar mezzi preventivi li għandhom jittieħdu;

4. ikun kapaċi jippreskrivi proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta’ aċċident u biex ikunu implimentati proċeduri xierqa biex jimpedixxu ir-rikorrenza ta’ aċċidenti jew offiżi serji tat-traffiku;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

5. ikollu għarfien elementari tal-pjanta tax-xibka stradali fl-Istati Membri.

II. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ L-EŻAMI

1. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw eżami bil-miktub obbligatorju li huma jistgħu jissupplementaw b’eżami orali mhux obbligatorju biex jistabbilixxu jekk operaturi ta’ trasport bit-triq applikanti kisbux il-livell ta’ għarfien fis-suġġetti elenkati fil-parti I, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw strumenti u tekniki li għandhom x’jaqsmu magħhom u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta’ koordinazzjoni.

(a) L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jkun fih żewġ testijiet, li huma:

- mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqjijiet multipli (kull waħda b’erba’ tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrekjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi,

- eżerċizzi bil-miktub/studji ta’ każijiet.

It-tul ta’ żmien minimu ta’ kull test hu ta’ sagħtejn.

(b) fejn eżami orali jkun organizzat, Stati Membri jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni hija suġġetta għall-kompletar b’suċċess ta’ l-eżami bil-miktub.

2. Meta L-Istati Membri jorganizzaw ukoll eżami orali, huma għadhom jipprovdu, fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet testijiet, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 25 % u massimu ta’ 40 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw.

Fejn L-Istati Membri jorganizzaw biss eżami bil-miktub huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta kull test, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 40 % u massimu ta’ 60 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw.

3. Fir-rigward tat-testijiet kollha, l-applikanti għandhom jiksbu medja ta’ mill-inqas 60 % tan- numru totali tal-marki li se jingħataw, filwaqt li jottjenu f’kull test speċifiku mhux inqas minn 50 % tan-numru totali ta’ marki possibbli. F’test wieħed biss, Stat Membru jista’ jirriduċi dik il-marka minn 50 % għal 40 %.

"

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta’ Lulju 1985 dwar il-paragunabilità ta’ kwalifiki ta’ taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea (ĠU L 199, tal-31.7.1985, p. 56).

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport stradali (ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1).

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar it-tagħmir tar-rekordjar fit-trasport stradali (ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8). Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/97 (ĠU L 154, tat-12.6.1997, p. 21).

[4] Id-direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport stradali ta’ oġġetti perikulużi(ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Id-direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE (ĠU L 335, ta’ l-24.12.1996, p. 43).

[5] Id-direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifikazzjoni ta’ kunsillieri dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ oġġetti perikulużi b’toroq, binarji u permezz tal-mogħdijiet ta’ l-ilma interni (ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 10).

[6] Ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta’ l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, tas-6.12.1993, p. 1). Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 120/97 (ĠU L 22, ta’ l-24.1.1997, p. 14).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS Ia

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------