31998L0073

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/73/KE tat-18 ta' Settembru 1998 li tadatta għall-progress tekniku għall-24 darba d-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi (Test b'rilevanza għaz-ZEE)

Official Journal L 305 , 16/11/1998 P. 0001 - 0181
CS.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
ET.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
HU.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
LT.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
LV.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
MT.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
PL.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
SK.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316
SL.ES Chapter 13 Volume 21 P. 139 - 316


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/73/KE

tat-18 ta' Settembru 1998

li tadatta għall-progress tekniku għall-24 darba d-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi

(Test b'rilevanza għaz-ZEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi ir- [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/69/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 28 tagħha,

Billi l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandu lista ta' sustanzi perikolużi, flimkien mad-dettalji tal-proċeduri tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar fir-rigward ta' kull sustanza; billi l-għarfien xjentifiku u tekniku preżenti wera li l-lista ta' sustanzi perikolużi f'dak l-Anness għandha tkun adattata u supplimentata;

Billi l-Anness V tad-Direttiva 67/548/KEE jippreskrivi l-metodi għad-determinazzjoni tal-propjetajiet fiżiko-kemikali, tossiċità u ekotossiċità tas-sustanzi u preparazzjonijiet; billi jeħtieġ li jkun adattat għall-progress tekniku dak l-Anness;

Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta' Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ f'Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 67/548/KEE hija b'dan emendat kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) l-iskrizzjonijiet fl-Anness I ta' din id-Direttiva jissostitwixxu l-iskrizzjonijiet korrispondenti fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE;

(b) l-iskrizzjonijiet fl-Anness II ta' din id-Direttiva huma mdaħħla fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.

2. L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a) it-testi fl-Annessi III A, III B u III Ċ ta' din id-Direttiva huma miżjuda mal-Parti A ta' l-Anness V tad-Direttiva 67/548/KEE;

(b) it-test fl-Anness III D ta' din id-Direttiva huwa miżjud mal-Parti Ċ ta' l-Anness V tad-Direttiva 67/548/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1999. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-18 ta' Settembru 1998,

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummssjoni

[1] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 343, tat-13.12.1997, p. 19.

--------------------------------------------------

ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IIANNEX IIANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III A

A.18. MEDJA TAN-NUMRI TAL-PIŻ MOLEKULARI U DISTRIBUZZJONI TA' PIŻ MOLEKULARI TA' POLIMERI

1. METODU

Dan il-metodu Kromotografiku tal-permeazzjoni tal-ġel huwa replika tal-OECD TG 118 (1996). Il-prinċipji fundamentali u aktar informazzjoni teknika jinsabu fir-referenza 1.

1.1. Daħla

La darba l-proprjetajiet tal-polimeri huma daqshekk differenti, huwa impossibbli li jiġi deskritt metodu wieħed li jagħti l-kondizzjonijiet preċiżi għas-separazzjoni u valutazzjoni li japplikaw għal kull sitwazzjoni u għal kull ħaġa li tiġri waqt is-separazzjoni tal-polimeri. Partikolarment u ta' spiss, sistemi ta' polimeri komplessi ma humiex soġġetti għall-kromatografija tal-permeazzjoni tal-ġel (GPC). Meta l-GPC ma huwiex prattikabbli, l-piż molekulair jista' jiġi deċiż b'metodi oħrajn (ara l-Anness). F'dawn il-każijiet, għandhom jingħataw id-dettalji u ġustifikazzjonijiet kollha għall-użu ta' dak il-metodu.

Il-metodu deskritt huwa bażat fuq l-istandard DIN 55671 (1). F'dan l-istandard DIN tinsab informazzjoni dettaljata fuq kif għandhom jitmexxew dawn l-esperimenti u kif għandha tiġi valutata d-data. F'każ illi hemm bżonn li l-kondizzjonijiet ta' l-esperriment jinbiddlu, dawn il-bidliet iridu jiġu ġustifikati. Jistgħu jintużaw standards oħrajn jekk ikun hemm ir-referenzi kollha. Il-metodu deskritt juża kampjuni tal-polistirene ta' polydispersity magħruf għall-kalibrazzjoni, u jista' jagħti l-każ li irid jiġi modifikat biex jaqbel ma' ċerti polimeri, eż. polimeri li jinħallu fl-ilma u polimeri long-chain branched

1.2. Definizzjonijiet u unitajiet

Il-piż numru medja molekulari Mn u l-piż medja molekulari Mw huma determinati skond l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

fejn,

H1 huwa l-livell tas-sinjal ta' osservazzjoni mil-linji bażi għall-volum ta' retenzjoni V1

Mp huwa l-piż molekulari tal-frazzjoni tal-polimeri fil-volum ta' retenzjoni Vp, u

n huwa n-numru tal-punti tad-data.

Il-wisa' tad-distribuzzjoni tal-piż molekulari, li hija miżura tat-tixrid tas-sistema, tingħata bil-proporzjon Mw/Mn.

1.3. Sustanzi tar-referenza

Ladarba GPC huwa metodu relattiv, hemm bżonn ta' kalibrazzjoni. Ġeneralment jintużaw standards tal-polistirene li huma mxerrdin b'mod dejjaq u mibnija linearment u li għandhom piż medja molekulari Mn u Mw u distribuzzjoni ta' piż molekolari magħrufa. Il-kurva tal-kalibrazzjoni tista' tintuża biss fid-determinazzjoni tal-piż molekulari tal-kampjun mhux magħruf jekk il-kondizzjonijiet għas-separazzjoni tal-kampjun u l-istandards intgħażlu b'mod preċiżament l-istess.

Relazzjoni determinata bejn il-piż molekulari u l-volum ta' elużjoni huwa validu biss taħt il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' l-esperiment partikolari. Il-kondizzjonijiet fuq kollox jinkludu t-temperatura, s-solvent (jew taħlita tas-solventi), il-kondizzjonijiet tal-kromatografija u l-kolonna tas-separazzjoni jew is-sistemi tal-kolonni.

Il-piż molekulari tal-kampjuni determinati b'dan il-mod huma valuri relattivi u huma deskritti bħala "piżijiet molekulari ekwivalenti għall-polistirene". Dan ifisser illi skond id-differenzi strutturali u kimiċi bejn il-kampjun u l-istandards, il-piżijiet molekulari jistgħu jiddevjaw mill-valuri assoluti sa grad iktar jew inqas. Jekk jintużaw standards oħrajn, eż. il-glikol tal-polijetilin, l-ossidu tal-polijetilin, il-metakrilat tal-polimetil, aċidu polyacrylic, għandha titniżżel ir-raġuni.

1.4. Prinċipju tal-metodu ta' l-eżaminazzjoni

Kemm id-distribuzzjoni tal-piż molekulari tal-kampjun kif ukoll l-piżijiet molekulari medji (Mn, Mw) jistgħu jiġu determinati billi tintuża l-GPC. Il-GPC huwa metodu speċjali ta' kromatografija likwida fejn il-kampjun jiġi separat skond il-valuri idrodinamiċi tal-kostitwenti individwali (2).

Is-separazzjoni ssir kif il-kampjun jgħaddi minn ġo kolonna mimlija b'materjal poruż, tipikament ġel organiku. Molekoli żgħar jistgħu jippenetraw il-pori mentri l-molekoli kbar ma jistgħux. It-triq tal-molekoli kbar hija, għalhekk, iqsar minn dawk li penetraw l-ewwel. Il-molekoli ta'daqs medju jippenetraw uħud mill-pori u jgħaddu iktar tard. L-iżar molekoli, b'raġġ idrodinamiku medju iżghar mill-pori tal-ġel jistgħu jippenetraw il-pori kollha. Dawn għandhom elużjoni fl-aħħar.

Idealment, is-separazzjoni hija determinata biss skond id-daqs ta' l-ispeċi tal-molekoli, imma fil-prattika huwa diffiċli li wieħed jevita xi interferenza mill-assorbiment L-ippakkjar mhux ugwali tal-kolonni u volumi mejtin jistgħu jaggravaw is-sitwazzjoni (2).

Id-direzzjoni hija effetwata, per eżempju, bl-indiċi refrattiv jew bl-assorbiment tal-UV u jagħti kurva tad-distribuzzjoni sempliċi. Madankollu, biex jingħataw valuri attwali tal-piż molekulari lill-kurva, huwa neċessarju li l-kolonna tiġi kalibrata billi jitniżżlu l-isfel polimeri ta' piż molekulari magħruf u, idealment, ta' struttura, b'mod wiesa, simili, eż, standards tal-polistirene varji. B'mod tipiku, għandha tirreżulta kurva Gaussian, xi drabi mgħawġa minħabba denb fuq in-naħa baxxa tal-piż molekulari, fejn il-fus vertikali jindika l-kwantità, skond il-piż, ta' l-ispeċi varji tal-piż molekulari, u l-fus orizzontali l-piż molekulari irreġistrat.

1.5. Kriterji tal-kwalità

Ir-ripetibilità (Devjazzjoni ta' Livell Stabbilit: RSD) tal-volum ta' l-elużjoni għandha tkun aħjar minn 0,3 %. Ir-ripetibilità mixtieqa ta' l-analiżi għandha tiġi żgurata permezz ta' korrezzjoni skond standard intern jekk chromatogram huwa evalwat b'mod li huwa dipendenti fuq il-ħin u ma jaqbilx mal-kriterju msemmi hawn fuq (1). Il-polydispersities jiddependu fuq il-piżijiet molekulari ta' l-istandards. Fil-każ ta' standards tal-polistirene, valuri tipiċi huma:

Mp < 2000 | Mw/Mn < 1,20 |

2000 ≤ Mp ≤ 106 | Mw/Mn < 1,05 |

Mp > 106 | Mw/Mn < 1,20 |

(Mp huwa l-piż molekulari ta' l-istandard fil-quċċata tal-massimu)

1.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta' l-eżaminazzjoni

1.6.1. Preparazzjoni tas-soluzzjonijiet standard tal-polistirene

L-istandards tal-polistirene għandhom jinħallu billi jitħaltu b'attenzjoni fl-eluent magħżul. Ir-rakkomandazzjonijier tal-fabbrikant għandhom jiġu kunsidrati waqt il-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet.

Il-konċentrazzjonijiet ta' l-istandards magħżula jiddependu fuq diversi fatturi: eż, volum ta; l-injezjoni, l-viskożità tas-soluzzjoni u s-sensitività tad-ditekter analitiku. Il-volum massimu ta' l-injezzjoni għandu jiġi addattat għat-tul tal-kolonna biex tiġi evitata t-togħbija żejda. Volumi ta' injezzjoni tipiċi għas-separazzjonijiet analitiċi bl-użu tal-GPC b'kolonna ta' 30 cm × 7,8 mm huma normalment bejn 40 u 100 ìl. Volumi ogħla huma possibbli, imma m'għandhomx jaqbsu 250ìl. Il-proporzjoni ottimali bejn il-volum ta' l-injezzjoni u l-konċentrazzjoni għandha tiġi iddeterminata qabel ma tiġi ikkalibrata l-kolonna.

1.6.2. Preparazzjoni tal-kampjun tas-soluzzjoni

Fil-prinċipju, l-istess ħtiġijiet japplikaw għall-preparazzjoni tal-kampjuni tas-soluzzjoni. Il-kampjun għandu jinħall f-solvent xieraq, eż, t-tetraidrofuran (THF), b'tqanqil attent. Taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jinħall l-użu ta' banju ultrasoniku. Fejn huwa neċessarju, l-kampjun tas-soluzzjoni għandu jiġi purifikat permezz ta' filtru tal-membrane b'pori ta' daqs bejn 0,2 u 2 ìm.

Il-preżenza ta' partikoli li ma nħallux għandhom jitniżżlu fir-rapport finali għar-raġuni li dawn jistgħu jirriżultaw minn speċi ta' piż molekulari għoli. Għandu jintuza metodu xieraq biex jiġi determinat il-perċentaġġ skond il-piż tal-partikoli li nħallu. Is-soluzzjonijiet għandhom jintużaw fi-żmien 24 siegħa.

1.6.3. L-apparat

- ġibjuni tas-solventi:

- degasser (fejn xieraq),

- pompa

- apparat biex jniddi l-impuls (fejn xieraq)

- sistema ta' injezzjoni,

- kolonni tal-kromatografija,

- detector

- flowmeter (fejn xieraq),

- proċessur li jirrekordja d-data,

- kontenitur għall-iskart

Għandu jiġi żgurat li s-sistema GPC huwa inert fir-rigward ta' solventi utilizzati (eż, bl-użu ta' kapillari ta' l-azzar għas-solvent THF).

1.6.4. Injezzjoni u sistema ta' kunsinja tas-solventi

Volum definit tal-kampjun tas-soluzzjonui jitgħabba fuq il-kolonna bl-użu ta' auto-sampler jew l-idejn f'żona definita preċiżament. L-irtirar jew għafis tal-plunger tas-siringa b'mod mgħaġġel, jekk bl-idejn, jista' jikkawża bidliet fid-distribuzzjoni tal-piż molekulari osservata. Is-sistema tal-kunsinja tas-solvent għandha, safejn huwa possibbli, tkun ħielsa mill-impulsi u idealment għandha tinkludi apparat li jniddi l-impuls. Il-flowrate għandu ordni ta' 1 ml/min.

1.6.5. Kolonna

Skond il-kampjun, il-polimeri huwa karatterizzat bl-użu ta' kolonna sempliċi jew numru ta' kolonni konnessi wara xulxin. Numru ta' materjali porużi tal-kolonni b'proprjetajiet definiti (eż, daqs tal-pori, limiti ta; l-esklużjoni) huma disponibbli kummerċjalment. L-għażla tal-ġel ta' separazzjoni jew tat-tul tal-kolonna jiddependi fuq il-proprjetajiet tal-kampjun (volumi idrodinamiċi, distribuzzjoni tal-piż molekulari) u l-kondizzjonijiet speċifiċi għas-separazzjoni bħas-solventi, temperatura u flowrate (1) (2) (3).

1.6.6. Pjanċi teoretiċi

Il-kolonna jew il-kombinazzjoni tal-kolonni użati għas-separazzjoni għandhom jiġu karatterizzati skond in-numru ta' pjanċi teoretiċi. Dan jinvolvi, fil-każ ta' THF bħala solvent eluent, it-tagħbija ta' soluzzjoni ta' etil benżina jew solute mhux polari xieraq fuq kolonna ta' tul magħruf. In-numru ta' pjanċi teoretiċi huwa mogħti skond l-ekwazzjoni li ġejja:

N = 5,54

jew,

N = 16

fejn,

N huwa n-numru tal-pjanċi teoretiċi

Ve huwa l-volum ta' elużjoni fil-quċċata tal-massimu

W huwa l-quċċata tal-wisa' tal-linja bażi

W1/2 hija l-quċċata tal-wisgha fin-nofs ta' l-għoli.

1.6.7. L-effiċjenza tas-separazzjoni

Flimkien ma' l-ammont tal-pjanċi teoretiċi, li hija kwantità li tistabbilixxi il-bandwidth, l-effiċjenza tas-separazzjoni għandha sehem ukoll, u dan huwa stabbilit skond kemm hi wieqfa l-kurva tal-kalibrazzjoni. L-effiċjenza tas-separazzjoni ta' kolonna huwa miksub skond ir-relazzjoni li ġejja:

V

- V

10M

≥ 6,0

cm3cm2

fejn

Ve,M huwa l-volum ta' elużjoni għall-polistirene b'piż molekulari Mx

Ve,(10M) huwa l-volum ta' elużjoni għall-polistirene b'piż molekulari ta' għaxar darbiet iktar.

Ir-riżoluzzjoni tas-sistema hija normalment definita kif ġej:

R

= 2 ×

V

- V

W

+ W

×

M

/M

1

fejn

Ve1, Ve2 huma l-volumi ta' elużjoni taż-żewġ standards tal-polistirene fil-quċċata tal-massimu

W1, W2 huma l-quċċata tal-wisgha tal-linja bażi

Mp, M2 huma l-piżijiet molekulari fil-quċċata tal-massimu (għandu jkun hemm differenza b' fattur ta' 10)

Il-valur R għas-sistema tal-kolonni għandu jkun ikbar minn 1,7 (4).

1.6.8. Solventi

Is-solventi kollha għandhom ikollhom purità għolja (għat-THF tintuża purità ta' 99.5 %). Id-depożitorju tas-solventi (f'atmosfera ta' gass intert, jekk huwa neċessarju) għandu jkun kbir biżżejjed għall-kalibrazzjoni tal-kolonna u diversi analiżijiet tal-kampjuni. Il-gass għandu jitneħħa mis-solvent qabel ma jgħaddi għall-kolonna minn ġo pompa.

1.6.9. Kontroll tat-temperatura

It-temperatura tal-komponenti kruċjali interni (iċ-ċirku ta' injezzjoni (injection loop), kolonni, ditekter, u tubi) għandha tkun kostanti u konsistenti skond l-għażla tas-solvent.

1.6.10. "Detector"

Il-funzjoni tad-detector huwa li jirreġistra kwantitattivament il-konċentrazzjoni tal-kampjun li ġie eluted mill-kolonna. Biex jiġi evitat illi l-quċċati jitwessgħu, il-volum cuvette taċ-ċellula tad-detector għandha tinżamm zgħira kemm jista' jkun. M'għandiex tkun akbar minn 10 ìl ħlief għal detectors tixrid tad-dawl u għal detectors tal-viskożità. Normalment tintuża rifrattometrija differenzali għal-kxif. Madankollu, jekk huwa meħtieġ mill-proprjetajiet speċifiċi tal-kampjun jew tas-solvent ta' elużjoni, jistgħu jintużaw detectors oħrajn, eż, UV/VIS, IR, detectors tal-viskożità, eċċ.

2. DATA U RAPPORTAĠĠ

2.1. Data

L-istandard DIN (1) għandu jiġi konsultat għall-kriterji ta'valutazzjoni dettaljata kif ukoll għall-kondizzjonijiet għall-ġbir u proċessar ta' data.

Għal kull kampjun għandhom isiru żewġ esperimenti indipendenti. Għandhom jiġu analizzati individwalment.

Mn, Mw, Mw/Mn u Mp għandhom jiġu provduti għal kull kejla. Huwa neċessarju li jiġi espliċitament indikat illi l-valuri mkejla huma valuri relattivi ekwivalenti għall-piżijiet molekulari ta' l-istandard użat.

Wara li jiġu determinati il-volumi ta' ritenzjoni jew il-ħinijiet ta' ritenzjoni (possibbilment irranġati permezz ta' standard intern), valuri log Mp (fejn Mp huwa l-massimu tal-quċċata ta' l-istandard tal-kalibrazzjoni) għandhom jitniżżlu ma wieħed minn dawk il-kwantitajiet. Mill-inqas żewġ punti tal-kalibrazzjoni huma neċessarji għal kull sett wieħed ta' għaxra ta' piż molekulari, u mill-inqas ħames punti ta' kejl huma meħtieġa għall-kurva totali, u dan għandu ikopri l-piż molekulari stmat tal-kampjun. It-tarf baxx tal-piż molekulari tal-kurva tal-kalibrazzjoni huwa definit permezz ta' benżina n-hexyl jew solute mhux polari xieraq ieħor. Il-medja tan-numri u l-medja tal-piż molekulari huma ġeneralment determinati permezz ta' proċessar tad-data elektroniku bażati fuq il-formuli tas-sezzjoni 1.2. F'kaz illi tintuża d-digitisation bl-idejn, ASTM D 3536-91 jista' jiġi ikkonsultat (3).

Il-kurva tad-distribuzzjoni għandha tiġi provduta f'forma ta' tabella jew figura (frekwenza differenzali jew persentaġġi tas-somom ma log M). Fir-rappreżentazzjoni grafika, sett wieħed ta' għaxra ta' piż molekulari huwa normalment wiesgha 4 ċm u l-massimu tal-quċċata għandu jkun twil xi 8 ċm. F'każ ta' kurvi tad-distribuzzjoni integrali, d-differenza fil-koordinat bejn 0 u 100 % għandha tkun ta' xi 10 ċm.

2.2. Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

2.2.1. Sustanza tat-test

- informazzjoni disponibbli dwar is-sustanza tat-test (identità, addittivi, impuritajiet),

- deskrizzjoni tat-trattament tal-kampjun, osservazzjonijiet, problemi.

2.2.2. Instrumentazzjoni

- kontenitur ta' l-eluent, gass inert, tneħħija ta' gass żejjed ta' l-eluent, komposizzjoni ta' l-eluent, impuritajiet,

- pompa, apparat li jniddi l-polz, sistema ta' injezzjoni,

- kolonni tas-separazzjoni (fabbrikant, l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-kolonni bħad-daqs tal-pori, tip ta' materjal ta' separazzjoni eċċ., numru, tul u ordni tal-kolonni użati),

- numru ta' pjanċi teoretiċi tal-kolonni (jew kombinazzjoni), effiċjenza tas-separazzjoni (risoluzzjoni tas-sistema).

- informazzjoni dwar is-simetrija tal-quċċati,

- temperatura tal-kolonni, tip ta' kontroll tat-temperatura,

- indikatur (prinċipju tal-kejl, tip, cuvette, volum),

- flowmeter jekk użat (fabbrikant, prinċipju tal-kejl),

- sistema għar-reġistrazzjoni u proċessar tad-data (hardware u software)

2.2.3. Kalibrazzjoni tas-sistema

- deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat biex tinbena l-kurva tal-kalibrazzjoni,

- informazzjoni dwar il-kriterji tal-kwalità ta' dan il-metodu (eż, koeffiċjent tal-korrelazzjoni, error sum of squares eċċ.),

- informazzjoni dwar l-estrapolazzjonijiet, assunzjonijiet u approssimazzjonijiet li saru waqt il-proċedura esperimentali u l-valutazzjoni u proċessar tad-data,

- il-kejl kollu użat għall-kostruzzjoni tal-kurva ta' kalibrazzjoni għandu jiġi dokumentat f'tabella li tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull punt ta' kalibrazzjoni:

- l-isem tal-kampjun,

- il-fabbrikant tal-kampjun,

- il-valuri karatteristiċi ta' l-istandards Mp, Mn, Mw u Mw/Mn, kif ipprovduti mil-fabbrikant jew miġjuba minn kejl sussegwenti, flimkien ma' dettalji dwar il-metodu ta' determinazzjoni,

- il-volum ta' l-injezzjoni u l-konċentrazzjoni ta' l-injezzjoni,

- il-valur Mp użat għall-kalibrazzjoni,

- il-valur ta' l-elużjoni jew ħin taż-żamma kkoreġut imkejjel fl-ogħla punt massimu,

- il-Mp ikkalkulat fl-ogħla punt massimu,

- il-perċentaġġ ta' żball ta' l-Mp ikkalkulat u l-valur tal-kalibrazzjoni.

2.2.4. Evalwazzjoni:

- evalwazzjoni fuq bażi ta' ħin: il-metodi użati biex tkun assigurata l-abbiltà tar-reproduzzjoni meħtieġa (metodu ta' korrezzjoni, standard intern, eċċ.),

- informazzjoni dwar jekk l-istima ġiet affettwata jew le fuq il-bażi tal-volum ta' l-elużjoni jew il-ħin taż-żamma,

- informazzjoni dwar il-limiti ta' l-evalwazzjoni jekk quċċata m‘hiex analizzata kompletament,

- deskrizzjoni ta' metodi li jneħħu x-xkiel, jekk użati,

- proċeduri ta' preparazzjoni u trattament minn qabel tal-kampjun,

- il-presenza ta' partikoli mhux maħlulin, jekk hemm,

- il-volum ta' l-injezzjoni (ìl) u l-konċentrazzjoni ta' l-injezzjoni (mg/ml),

- osservazzjonijiet li jindikaw effetti li jwasslu għal devjazzjonijiet mil-profil GPC ideali,

- deskrizzjoni dettaljata tal-modifikazzjonijiet kollha fil-proċeduri ta' l-ittestjar,

- dettalji ta' l-error ranges,

- kwalunkwe informazzjoni oħra u osservazzjonijiet rilevanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati,

3. REFERENZI

(1) DIN 55672 (1995). Gelpermeationschromatographie (GPC) mit Tetrahydrofuran (THF) als Elutionsmittel, Teil 1.

(2) Yau, W. W., Kirkland, J. J., u Bly, D. D. eds, (1979). Modern Size Exclusion Liquid Chromatography, J. Wiley and Sons.

(3) ASTM D 3536-91, (1991). Standard Test Method for Molecular Weight Averages and Molecular Weight Distribution by Liquid Exclusion Chromatography (Gel Permeation Chromatography-GPC). American Society for Testing and Materials, Philadelphia, Pennsylvania.

(4) ASTM D 5296-92, (1992). Standard Test Method for Molecular Weight Averages and Molecular Weight Distribution of Polystyrene by High Performance Size-Exclusion Chromatography. American Society for Testing and Materials, Philadelphia, Pennsylvania.

--------------------------------------------------

ANNESS III B

A.19 KONTENUT TA' POLIMERI TA' PIŻ MOLEKULARI BAXX

1. METODU

Dan il-metodu ta' kromatografija tal-permeazzjoni tal-ġel hu repetizzjoni ta' l-OECD TG 119 (1996). Il-prinċipji fundamentali u iktar informazzjoni teknika jinsabu bħala riferenzi.

1.1. Daħla

Ladarba l-proprjetajiet tal-polimeri huma daqshekk varji, huwa impossibbli li jiġi deskritt metodu wieħed li jagħti l-kondizzjonijiet preċiżi għas-separazzjoni u valutazzjoni li japplikaw għal kull sitwazzjoni u għal kull ħaġa li tiġri waqt is-separazzjoni tal-polimerima. Partikolarment u ta' spiss, sistemi ta' polimeri komplessi ma humiex soġġetti għall-kromatografija tal-permeazzjoni tal-ġel (GPC). Meta il-GPC ma huwiex prattikabbli, il-piż molekulari jista' jiġi deċiż b'metodi oħrajn (ara l-Anness). F'dawn il-każijiet, għandhom jingħataw id-dettalji u ġustifikazzjonijiet kollha għall-użu ta' dak il-metodu.

Il-metodu deskritt huwa ibbażat fuq l-istandard DIN 55671 (1). F'dan l-istandard DIN tinsab informazzjoni dettaljata fuq kif għandhom jitmexxew dawn l-esperimenti u kif għandha tiġi valutata d-data. F'każ illi hemm bżonn li l-kondizzjonijiet ta' l-esperiment jinbiddlu, dawn il-bidliet iridu jiġu ġustifikati. Jistgħu jintużaw standards oħrajn jekk ikun hemm ir-referenzi kollha. Il-metodu deskritt juża kampjuni tal-polistirene ta' polydispersity magħruf għall-kalibrazzjoni, u jista' jagħti l-każ li irid jiġi modifikat biex jaqbel ma' ċerti polimeri, eż. polimeri li jinħallu fl-ilma u polimeri long-chain branched.

1.2. Definizzjonijiet u unitajiet

Piż molekulari baxx huwa deskritt arbitrarjament bħala piż molekulari ta' inqas minn 1000 dalton.

Il-medja tan-numri tal-piż molekulari Mn u t-toqol medja molekulari Mw huma determinati skond l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

fejn,

Hi huwa l-livell tas-sinjal tad-ditekter mil-linji bażi għall-volum ta' retenzjoni Vi

Mi huwa t-toqol molekulari tal-frazzjoni tal-polimeri fil-volum ta' retenzjoni Vi, u

n huwa n-numru tal-punti tad-data.

Il-wisa' tad-distribuzzjoni tat-toqol molekulari, li hija miżura tat-tixrid tas-sistema, huwa mogħti bil-proporzjon Mw/Mn.

1.3. Sustanzi ta' riferenza

Ladarba GPC huwa metodu relattiv, hemm bżonn ta' kalibrazzjoni. Ġeneralment jintużaw standards tal-polistirene li huma mxerrdin b'mod dejjaq u mibnija linearment u li għandhom toqol medja molekulari Mn u Mw u distribuzzjoni ta' toqol molekolari magħrufa. Il-kurva tal-kalibrazzjoni tista' tintuża biss fid-determinazzjoni tal-piż molekulari tal-kampjun mhux magħruf jekk il-kondizzjonijiet għas-separazzjoni tal-kampjun u l-istandards intgħażlu b'mod preċiżament l-istess.

Relazzjoni determinata bejn it-toqol molekulari u l-volum ta' elużjoni huwa validu biss taħt il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' l-esperiment partikolari. Il-kondizzjonijiet fuq kollox jinkludu it-temperatura, s-solvent (jew taħlita tas-solventi), il-kondizzjonijiet tal-kromatografija u l-kolonna tas-separazzjoni jew is-sistemi tal-kolonni.

Il-piż molekulari tal-kampjuni determinati b'dan il-mod huma valuri relattivi u huma deskritti bħala "piżijiet molekulari ekwivalenti għall-polistirene". Dan ifisser illi skond id-differenzi strutturali u kimiċi bejn il-kampjun u l-istandards, il-piżijiet molekulari jistgħu jiddevjaw mill-valuri assoluti sa grad iktar jew inqas. Jekk jintużaw standars oħrajn, eż. il-glikol tal-polijetilin, l-ossidu tal-polijetilin, il-metakrilat tal-polimetil, aċidu polyacrylic, għandha titniżżel ir-raġuni.

1.4. Prinċipju tal-metodu ta' l-eżaminazzjoni

Kemm id-distribuzzjoni tal-piż molekulari tal-kampjun kif ukoll l-piżijiet molekulari medji (Mn, Mw) jistgħu jiġu determinati billi tintuża l-GPC. Il-GPC huwa metodu speċjali ta' kromatografija likwida fejn il-kampjun jiġi separat skond il-valuri idrodinamiċi tal-kostitwenti individwali (2).

Is-separazzjoni issir kif il-kampjun jgħaddi minn ġo kolonna mimlija b'materjal poruż, tipikament ġel organiku. Molekoli żgħar jistgħu jippenetraw il-pori mentri l-molekoli kbar ma jistgħux. It-triq tal-molekoli kbar hija, għalhekk, iqsar minn dawk li ippenetraw l-ewwel. Il-molekoli ta'daqs medju jippenetraw uħud mill-pori u jgħaddu iktar tard. L-iżghar molekoli, b'raġġ idrodinamiku medju iżar mill-pori tal-ġel jistgħu jippenetraw il-pori kollha. Dawn għandhom elużjoni fl-aħħar.

Idealment, is-separazzjoni hija iddeterminata biss skond id-daqs ta' l-ispeċi tal-molekoli, imma fil-prattika huwa diffiċli li wieħed jevita xi interferenza mill-assorbiment L-ippakkjar mhux ugwali tal-kolonni u volumi mejtin jistgħu jaggravaw is-sitwazzjoni (2).

Id-direzzjoni hija effetwata, eż, bl-indiċi refrattiv jew bl-assorbiment tal-UV u jagħti kurva tad-distribuzzjoni sempliċi. Madankollu, biex jingħataw valuri attwali tal-piż molekulari lill-kurva, huwa neċessarju li l-kolonna tiġi kalibrata billi jitniżżlu l-isfel polimeri ta' piż molekulari magħruf u, idealment, ta' struttura, b'mod wiesa, simili, eż, standards tal-polistirene varji. B'mod tipiku, għandha tirreżulta kurva Gaussian, xi drabi mgħawġa minħabba denb fuq in-naħa baxxa tal-piż molekulari, fejn l-fus vertikali jindika l-kwantità, skond il-piż, ta' l-ispeċi varji tal-piż molekulari, u l-fus orizzontali u l-piż molekulari irreġistrat.

Il-kontenut tal-piż molekulari baxx huwa derivat minn din il-kurva. Il-kalkulazzjoni tista' tkun eżatta biss jekk l-ispeċi tal-piż molekulari baxx iwieġbu bl-istess mod fuq bażi per mass għall-polimeru bħala wieħed.

1.5. Kriterji tal-kwalità

Ir-ripetibilità (Devjazzjoni ta' Livell Stabbilit: RSD) tal-volum ta' l-elużjoni għandha tkun aħjar minn 0,3 %. Ir-ripetibilità mixtieqa ta' l-analiżi għandha tiġi żgurata permezz ta' korrezzjoni skond standard intern jekk chromatogram huwa evalwat b'mod li huwa dipendenti fuq il-ħin u ma jaqbilx mal-kriterju msemmi hawn fuq (1). Il-polydispersities jiddependu fuq il-piżijiet molekulari ta' l-istandards. Fil-każ ta' standards tal-polistirene, valuri tipiċi huma:

Mp< 2000 | Mw/Mn < 1,20 |

2000 ≤ Mp ≤ 106 | Mw/Mn < 1,05 |

Mp >106 | Mw/Mn < 1,20 |

(Mp huwa l-piż molekulari ta' l-istandard fil-quċċata tal-massimu).

1.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta' l-eżaminazzjoni

1.6.1. Preparazzjoni tas-soluzzjonijiet standard tal-polistirene

L-istandards tal-polistirene huma maħlula permezz tat-taħlit attent fil-fluwidu li jintuża' għall-elużjoni li ntagħżel. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant għandhom jittieħdu in-kunsiderazzjoni fil-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet.

Il-konċentrazzjonijiet ta' l-istandards li ntagħżlu huma dipendenti fuq varji fatturi, e.g. il-volum ta' injezzjoni, il-viskożità tas-soluzzjoni u s-sensittività ta' l-indikatur analitiku. Il-volum massimu ta' injezzjoni għandu jiġi adattat għat-tul tal-kolonna, sabiex tiġi evitata t-tagħbija żejda. Il-volumi tipiċi ta' injezzjoni għal separazzjonijiet analitiċi bl-użu ta' GPC b'kolonna ta' 30 ċm × 7,8 mm huma normalment bejn 40 u 100 ìl. Volumi ogħla huma possibbli, imma m'għandhomx ikunu aktar minn 250 ìl. Il-proporzjon ottimali bejn il-volum ta' injezzjoni u l-konċentrazzjoni għandu jiġi determinat qabel il-kalibrazzjoni attwali tal-kolonna.

1.6.2. Preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-kampjun

Bħala prinċipju, l-istess ħtiġijiet japplikaw għall-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-kampjun. Il-kampjun hu maħlul f'solvent xieraq, e.g. tetraidrofuran (THF), bix-xengil attent. Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandu jiġi maħlul bl-użu ta' banju ultrasoniku. Meta meħtieġ, is-soluzzjoni tal-kampjun hu purifikat permezz ta' filtru tal-membran b'daqs tal-pori ta' bejn 0,2 u 2 ìm.

Il-preżenza ta' partikoli mhux maħlula għandha tiġi reġistrata fir-rapport finali peress li dawn jistgħu jkunu minħabba speċi ta' piż molekulari għoli. Metodu xieraq għandu jintuża' biex jiġi determinat il-perċentaġġ bil-piż tal-partikoli mhux maħlula. Is-soluzzjonijiet għandhom jintużaw f'ħin ta' 24 sigħat.

1.6.3. Korrezzjoni għal kontenut ta' impuritajiet u addittivi

Korrezzjoni tal-kontenut ta' speċi ta' M <1000 għall-kontribuzzjoni minn komponenti speċifiċi mhux polimeri preżenti (e.g. impuritajiet u/jew addittivi) hu s-soltu meħtieġ, kemm-il darba l-kontenut immużurat hu diġà <1 %. Dan hu miksub permezz ta' analiżi diretta tas-soluzzjoni polimera jew l-elużjoni GPC.

F'każijiet fejn l-elużjoni, wara passaġġ mil-kolonna, hi wisq mgħammda għal analiżi ulterjuri għandha tiġi konċentrata. Jista' jkun meħtieġ li l-elużjoni tiġi evaporata san-nixfa u maħlula mil-ġdid. Konċentrazzjoni ta' l-elużjoni għandha tiġi miksuba taħt kondizzjonijiet li jassiguraw li l-ebda bidliet ma jseħħu fl-elużjoni. It-trattament ta' l-elużjoni wara l-pass GPC hu dipendenti fuq il-metodu analitiku użat għad-determinazzjoni kwantitattiva.

1.6.4 Apparat

L-apparat GPC jinkludi l-komponenti li ġejjin:

- reservoir tas-solventi,

- degasser (fejn xieraq),

- pompa,

- apparat li jtaffi l-polz (fejn xieraq),

- sistema ta' injezzjoni,

- kolonni tal-kromatografija,

- indikatur,

- flowmeter (fejn xieraq)'

- reġistratur-proċessur tad-data',

- waste vessel.

Għandu jiġi assigurat li s-sistema GPC hi inerta fir-rigward tas-solventi utilizzati (e.g. bl-użu ta' kapillari ta' l-azzar għal solvent THF).

1.6.5 Sistema ta' injezzjoni u kunsinja ta' solventi

Volum definit tas-soluzzjoni tal-kampjun hu mgħobbi fil-kolonna jew bl-użu ta' auto-sampler jew bl-idejn f'żona definita b'mod preċiż ħafna. L-irtirar jew it-tagħfis tal-plunger tas-siringa wisq malajr, jekk magħmul bl-idejn, jista' jwassal għal bidliet fid-distribuzzjoni tal-piż molekulari osservat. Is-sistema ta' kunsinja tas-solvent għandha, safejn hu possibbli, tkun ħielsa mill-impulsi idealment bl-inkorporazzjoni ta' apparat li jtaffi l-impuls. Ir-rata taċ-ċirkolazzjoni hi fl-ordni ta' 1 ml/min.

1.6.6 Kolonna

Skond il-kampjun, il-polimeru hu karatterizzat bl-użu jew ta' kolonna sempliċi jew ta' bosta kolonni konnessi f'sekwenza. Numru ta' materjali tal-kolonna porużi b'proprjetajiet definiti (e.g. daqs tal-pori, limiti ta' esklużjoni) qegħdin għad-disposizzjoni kummerċjalment. L-għażla tal-ġel tas-separazzjoni jew it-tul tal-kolonna tiddependi kemm fuq il-proprjetajiet tal-kampjun (volumi idrodinamiċi, distribuzzjoni tal-piż molekulari) kif ukoll fuq il-kondizzjonijiet speċifiċi għas-separazzjoni bħal solvent, temperatura u rata taċ-ċirkolazzjoni (1) (2) (3).

1.6.7 Pjanċi teoretiċi

Il-kolonna jew il-kombinazzjoni ta' kolonni użata għas-separazzjoni għandha tiġi karatterizzata min-numru ta' pjanċi teoretiċi. Dan jinvolvi, fil-każ ta' THF bħala solvent ta' elużjoni, t-tagħbija ta' soluzzjoni ta' etil benżina jew sostanza maħlula mhux polari oħra li hi xierqa fuq kolonna ta' tul magħruf. In-numru ta' pjanċi teoretiċi hu mogħti mill-ekwazzjoni li ġejja:

N = 5,54

jew

N = 16

fejn

N hu n-numru ta' pjanċi teoretiċi

Ve u l-volum ta' l-elużjoni fl-ogħla punt massimu

W hu l-ogħla wisgħa tal-linja bażi

W1/2 hu l-ogħla wisgħa ta' nofs it-tul

1.6.8. Effiċjenza tas-separazzjoni

Barra min-numru ta' pjanċi teoretiċi, li hu kwantità li jiddetermina l-medda, parti hi magħmula wkoll mill-effiċjenza tas-separazzjoni, li hi determinata mill-għoli tal-kurva ta' kalibrazzjoni. L-effiċjenza tas-separazzjoni ta' kolonna hi miksuba mir-relazzjoni li ġejja:

V

- V

10M

≥ 6,0

cm3cm2

fejn

Ve,Mz hu l-volum ta' l-elużjoni għal polistirene bil-piż molekulari Mx

Ve,(10 Mz) hu l-volum ta' l-elużjoni għal polistirene b'piż molekulari 10 darbiet akbar.

Ir-rizoluzzjoni tas-sistema hi s-soltu mfissra kif ġej:

R

= 2 ×

V

- V

W

+ W

×

M

/M

1

fejn

Ve1, Ve2 huma l-volumi ta' l-elużjoni taż-żewġ standards tal-polistirene fl-ogħla punt massimu

W1, W2 huma l-ogħla wisgħat fil-linja bażi

M1, M2 huma l-piż molekulari fl-ogħla punt massimu (għandhom ivarjaw b'fattur ta' 10).

Il-valur-R għas-sistema tal-kolonna għandu jkun aktar minn 1,7 (4).

1.6.9. Solventi

Is-solventi kollha għandhom ikunu ta' purità għolja (għal THF purità ta' 99,5 % hi użata). Ir-reservoir tas-solvent (jekk meħtieġ f'atmosfera ta' gass inert) għandu jkun kbir biżżejjed għall-kalibrazzjoni tal-kolonna u bosta analiżijiet tal-kampjun. Il-gass żejjed għandu jitneħħa mis-solvent qabel ma jiġi trasportat lill-kolonna permezz tal-pompa.

1.6.10. Kontroll tat-temperatura

It-temperatura tal-komponenti interni kritiċi (ċirku ta' l-injezzjoni, kolonni, ditekter u tubi) għandha tkun kostanti u konstistenti mal-għażla tas-solvent.

1.6.11. Indikatur

L-iskop ta' l-indikatur hu li jirreġistra b'mod kwantitattiv il-kampjun ta' konċentrazzjoni eluż mil-kolonna. Sabiex jiġi evitat it-twessigħ ta' l-ogħla punti l-volum tar-reċipjent taċ-ċellula ta l-indikatur għandu jinżamm żgħir kemm hu possibbli. M'għandux ikun akbar minn 10 ìl ħlief għal indikaturi li jxerrdu d-dawl u indikaturi tal-viskożità. Riffrattometrija differenzali hi s-soltu użata għat-tkixxif. Madankollu, jekk meħtieġ mil-proprjetajiet speċifiċi tal-kampjun jew is-solvent ta' l-elużjoni, tipi oħra ta' indikaturi jistgħu jiġu użati, e.g. UV/VIS, IR, indikaturi tal-viskożità, eċċ.

2. DATA U RAPPURTAĠĠ

2.1. Data

Referenza għandha tiġi magħmula għall-Istandard DIN (1) għall-kriterji dettaljati ta' l-istima kif ukoll għall-ħtiġijiet fir-rigward tal-kollezzjoni u l-ipproċċessar ta' data.

Għal kull kampjun, żewġ esperimenti indipendenti għandhom jitwettqu. Għandhom jiġu analizzati individwalment. Fil-każijiet kollha hu essenzali li tiġi determinata wkoll data minn blanks, ittrattati taħt l-istess kondizzjonijiet tal-kampjun.

Hu meħtieġ li jiġi indikat b'mod espliċitu li l-valuri mmiżurati huma valuri relattivi ekwivalenti għall-piż molekulari ta' l-istandard użat.

Wara determinazzjoni tal-volumi taż-żamma jew il-ħinijiet taż-żamma (possibbilment ikkoreġuti bl-użu ta' standard intern), valuri Mp tar-reġistru (Mp hu l-ogħla punt massimu ta' l-istandard tal-kalibrazzjoni) huma mniżżlin ħdejn waħda minn dawn il-kwantitajiet. Mill-inqas żewġ punti ta' kalibrazzjoni huma meħtieġa għal kull sett ta' għaxra ta' piż molekulari, u mill-inqas ħames punti ta' kejl huma meħtieġa għall-kurva totali, li għandha tkopri l-piż molekulari stmat għall-kampjun. Il-punt ta' tmiem baxx tal-piż molekulari tal-kurva ta' kalibrazzjoni hu mfisser minn n-hexyl benżina jew soluzzjoni mhux polari xierqa oħra. Il-porzjon tal-kurva li jikkorrispondi għal piż molekulari taħt 1000 hu determinat u korreġut kif meħtieġ għal impuritajiet u addittivi. Il-kurvi ta' l-elużjoni huma ġeneralment stmati permezz ta' l-ipproċessar elettroniku tad-data. Fil-każ li digitisation bl-idejn hi użata, ASTM D 3536-91 jista' jiġi konsultat (3).

Jekk kwalunkwe polimeru li ma jinħalx jinżamm fil-kolonna, il-piż molekulari tiegħu x'aktarx li jkun ogħla minn dak tal-frazzjoni li jinħall, u jekk mhux ikkunsidrat kien jirriżulta fi stima eċċessiva tal-kontenut ta' piż molekulari baxx. Gwida għal korrezzjoni tal-kontenut ta' piż molekulari baxx għal polimeru li ma jinħallx hi prevista fl-Anness.

Il-kurva ta' distribuzzjoni għandha tiġi provduta fil-forma ta' tabella jew bħala figura (frekwenza differenzali jew total ta' perċentaġġi kontra reġistru M). Fir-rappreżentanza grafika, sett wieħed ta' għaxra ta' piż molekulari għandu normalment ikun madwar 4 ċm fil-wisgħa u l-ogħla punt massimu għandu jkun madwar 8 ċm fit-tul. Fil-każ ta' kurvi ta' distribuzzjoni integrali d-differenza fil-koordinat bejn 0 u 100 % għandha tkun madwar 10 ċm.

2.2. Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

2.2.1. Is-sustanza tat-test

- informazzjoni li qegħda għad-disposizzjoni dwar is-sustanza tat-test (identità, addittivi, impuritajiet),

- deskrizzjoni tat-trattament tal-kampjun, osservazzjonijiet, problemi.

2.2.2. Instrumentazzjoni

- reservoir ta' l-elużjoni, gass inert, tneħħija tal-gass żejjed ta' l-elużjoni, komposizzjoni ta' l-elużjoni, impuritajiet,

- pompa, apparat li jtaffi l-impuls, sistema ta' injezzjoni,

- kolonni tas-separazzjoni (fabbrikant, l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-kolonni, bħal daqs tal-pori, tip ta' materjal għas-separazzjoni, eċċ., numru, tul u ordni tal-kolonni wżati),

- numru ta' pjanċi teoretiċi tal-kolonna (jew kombinazzjoni), effiċjenza tas-separazzjoni (resolution tas-sistema),

- informazzjoni dwar is-simetrija ta' l-ogħla punti,

- temperatura tal-kolonna, tip ta' kontroll tat-temperatura,

- indikatur (prinċipju tal-kejl, tip, volum tar-reċipjent),

- flowmeter jekk użat (fabbrikant, prinċipju tal-kejl),

- sistema għar-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta' data (hardware u software).

2.2.3. Kalibrazzjoni tas-sistema

- deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat għall-kostruzzjoni tal-kurva ta' kalibrazzjoni,

- informazzjoni dwar kriterji tal-kwalità għal dan il-metodu (e.g. koeffiċjent tal-korrelazzjoni, error sum of squares, eċċ.),

- informazzjoni dwar l-estrapolazzjonijiet, preżunzjonijiet, approssimazzjonijiet kollha magħmulin matul il-proċedura esperimentali u l-istima u l-ipproċessar ta' data,

- il-kejl kollu użat għall-kostruzzjoni tal-kurva ta' kalibrazzjoni għandu jiġi dokumentat f'tabella li tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull punt ta' kalibrazzjoni:

- l-isem tal-kampjun,

- il-fabbrikant tal-kampjun,

- il-valuri karatteristiċi ta' l-istandards Mp, Mn, Mw, Mw/Mn, kif ipprovduti mil-fabbrikant jew miġjuba minn kejl sussegwenti, flimkien ma' dettalji dwar il-metodu ta' determinazzjoni,

- il-volum ta' l-injezzjoni u l-konċentrazzjoni ta' l-injezzjoni,

- il-valur Mp użat għall-kalibrazzjoni,

- il-valur ta' l-elużjoni jew ħin taż-żamma kkoreġut imkejjel fl-ogħla punt massimu,

- il-Mp ikkalkulat fl-ogħla punt massimu,

- il-percentage error tal-Mp ikkalkulat u l-valur tal-kalibrazzjoni.

2.2.4. Informazzjoni dwar il-kontenut polimeru ta' piż molekulari baxx

- deskrizzjoni tal-metodi użati fl-analiżi u l-mod b'liema ġew imwettqin l-esperimenti,

- informazzjoni dwar il-perċentaġġ ta' kontenut ta' speċi ta' piż molekulari baxx (w/w) relatat mal-kampjun totali,

- informazzjoni dwar impuritajiet, addittivi u speċi oħra mhux polimeri f'perċentaġġ skond il-piż relatat mal-kampjun totali.

2.2.5. Stima

- stima fuq bażi ta' ħin: il-metodi kollha biex tkun assigurata l-abbiltà tar-reproduzzjoni meħtieġa (metodu ta' korrezzjoni, standard intern, eċċ.),

- informazzjoni dwar jekk l-istima ġiet affettwata jew le fuq il-bażi tal-volum ta' l-elużjoni jew il-ħin taż-żamma,

- informazzjoni dwar il-limiti ta' l-istima jekk punt għoli mhuwiex analizzat kompletament,

- deskrizzjoni ta' metodi li jneħħu x-xkiel, jekk użati,

- proċeduri ta' preparazzjoni u trattament minn qabel tal-kampjun,

- il-presenza ta' partikoli mhux maħlulin, jekk hemm,

- il-volum ta' l-injezzjoni (ìl) u l-konċentrazzjoni ta' l-injezzjoni (mg/ml),

- osservazzjonijiet li jindikaw effetti li jwasslu għal devjazzjonijiet mil-profil GPC ideali,

- deskrizzjoni dettaljata tal-modifikazzjonijiet kollha fil-proċeduri ta' l-ittestjar,

- dettalji ta' l-error ranges,

- kwalunkwe informazzjoni oħra u osservazzjonijiet rilevanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati,

3. REFERENZI

(1) DIN 55672 (1995). Gelpermeationschromatographie (GPC) mit Tetrahydrofuran (THF) als Elutionsmittel, Teil 1.

(2) Yau, W. W., Kirkland, J. J., and Bly, D. D. eds. (1979). Modern Size Exclusion Liquid Chromatography, J. Wiley and Sons.

(3) ASTM D 3536-91, (1991). Standard Test method for Molecular Weight Averages and Molecular Weight Distribution by Liquid Exclusion Chromatography (Gel Permeation Chromatography-GPC). American Society for Testing and Materials, Philadelphia, Pennsylvania.

(4) ASTM D 5296-92, (1992). Standard Test method for Molecular Weight Averages and Molecular Weight Distribution of Polystyrene by High Performance Size-Exclusion Chromatography. American Society for Testing and Materials, Philadelphia, Pennsylvania.

--------------------------------------------------

ANNESS III C

A.20. L-IMĠIBA TAS-SOLUZZJONI/ESTRAZZJONI TA' POLIMERI FL-ILMA

1. METODU

Il-metodu deskritt hu repitizzjoni tal-verżjoni reveduta ta' OECD TG 120 (1997). Aktar informazzjoni teknika hi mogħtija bħala referenza (1).

1.1. Dahla

Għal ċerti polimeri, bħal polimeri ta' l-emulsjoni, xogħol ta' preparazzjoni inizjali jista' jkun meħtieġ qabel ma jista' jintuża' l-metodu stabbilit minn hawn 'il quddiem. Il-metodu m‘huwiex applikabbli għal polimeri likwidi u għal polimeri li jirreaġixxu ma' l-ilma taħt il-kondizzjonijiet ta' l-ittestjar.

Meta l-metodu m‘huwiex prattiku jew m‘huwiex possibbli, l-imġiba tas-soluzzjoni/estrazzjoni tista' tiġi investigata permezz ta' metodi oħrajn. F'każijiet bħal dawn, dettalji sħaħ u ġustifikazzjoni sħiħa għandhom jiġu mogħtija għall-metodu użat.

1.2. Sustanzi ta' referenza

Xejn.

1.3. Il-prinċipju tal-metodu ta' l-ittestjar

L-imġiba tas-soluzzjoni/estrazzjoni ta' polimeri f'sustanza ta' l-ilma hi determinata bl-użu tal-flask method (ara A.6 kemm jinħall fl-ilma, flask method) bil-modifikazzjonijiet deskritti hawn taħt.

1.4. Kriterji tal-kwalità

Xejn.

1.5. Deskrizzjoni tal-metodu ta' l-ittestjar

1.5.1. Apparat

L-apparat li ġej hu meħtieġ għall-metodu:

- mezz tat-tifrik, e.g. mola għall-produzzjoni ta' partikoli ta' daqs magħruf,

- apparat għax-xengil bil-possibbiltà ta' kontroll tal-temperatura,

- sistema ta' l-iffiltrar tal-membran,

- apparat analitiku xieraq,

- passaturi standardizzati.

1.5.2. Preparazzjoni tal-kampjun

Kampjun rappreżentattiv għandu l-ewwel jiġi mnaqqas sa daqs ta' partikolu bejn 0,125 u 0,25 mm bl-użu ta' passaturi xierqa. It-tkessiħ jista' jiġi meħtieġ għall-istabbiltà tal-kampjun jew għall-proċess tad-dħin. Materjali ta' natura li tixbah il-lastku jistgħu jiġu mfarrka fit-temperatura tan-nitroġenu likwidu (1).

Jekk il-frazzjon tad-daqs tal-parikolu meħtieġ ma jistax jinkiseb, azzjoni għandha tittieħed biex jitnaqqas id-daqs tal-partikoli kemm hu possibbli, u r-riżultat irrappurtat. Fir-rapport, hu meħtieġ li jiġi indikat il-mod b'liema l-kampjun imfarrak kien maħżun qabel it-test.

1.5.3. Proċedura

Tlett kampjuni ta' 10g tas-sustanza tat-test huma miżuna f'kull wieħed ta' tlett kontenituri li għandhom stopper tal-ħġieġ u 1000 ml ta' ilma huma miżjuda għal kull kontenitur. Jekk it-trattament ta' ammont ta' polimeru ta' 10 g jidher li m‘huwiex prattikabbli, l-ogħla ammont li jmiss li jista' jiġi trattat għandu jintuża' u l-volum ta' ilma aġġustat skond dan.

Stoppers huma mqegħdin fuq il-kontenituri b'mod strett u mbgħad huma mqanqlin f'temperatura ta' 20 °C. Mezz tax-xengil jew it-taħwid kapaċi li jaħdem b'temperatura kostanti m'għandux jintuża'. Wara perjodu ta' 24 siegħa, il-kontenut ta' kull kontenitur hu ċentrifugat u filtrat u l-konċentrazzjoni ta' polimeru fil-fażi ċara ta' l-ilma hu determinat permezz ta' metodu analitiku xieraq. Jekk metodi analitiċi xierqa għall-fażi ta' l-ilma mhux qegħdin għad-disposizzjoni, l-abbiltà li jinħall/li jiġi estratt totali tista' tiġi stimata mil-piż niexef tar-residwu tal-filtru jew preċipitat ċentrifugat.

Is-soltu hu meħtieġ li jiġi differenzat b'mod kwantitattiv bejn l-impuritajiet u addittivi min-naħa l-waħda u l-ispeċi ta' piż molekulari baxx min-naħa l-oħra. Fil-każ ta' determinazzjoni gravimetrika, hu importanti wkoll li titwettaq prova vojta bl-użu ta' ebda sustanza tat-test sabiex jittieħed għarfien għal residwi ġejjin mil-proċedura esperimentali.

L-imġiba tas-soluzzjoni/estrazzjoni ta' polimeri fl-ilma bit-temperatura ta' 37 °C bi pH 2 u pH 9 tista' tiġi determinata fl-istess mod kif deskritt għat-tmexxija ta' l-esperiment bit-temperatura ta' 20 °C. Il-valuri pH jistgħu jinkisbu biż-żjieda ta' jew molol xierqa jew aċidi jew bażi xierqa bħal aċidu idrokloriku, aċidu aċetiku, sodju ta' grad analitiku jew idrossidu tal-potassju jew NH3.

Skond il-metodu ta' analiżi użat, wieħed jew żewġ testijiet għandhom jitwettqu. Meta metodi speċifiċi biżżejjed qegħdin għad-disposizzjoni għal analiżi diretta tal-fażi ta' l-ilma għall-komponent tal-polimeru, test wieħed kif deskritt hawn fuq għandu jkun biżżejjed. Madankollu, meta dawn il-metodi mhux qegħdin għad-disposizzjoni u determinazzjoni ta' l-imġiba tas-soluzzjoni/estrazzjoni tal-polimeru hi limitata għal analiżi indiretta billi jiġi determinat biss il-kontenut totali ta' karbonju organiku (TOC) ta' l-estratt ta' l-ilma, test addizzjonali għandu jiġi mwettaq. Dan it-test addizzjonali għandu wkoll jiġi magħmul għal tlett darbiet, bl-użu ta' kampjuni ta' polimeri li huma 10 darbiet iżgħar u l-istess ammonti ta' ilma bħal dawk użati fl-ewwel test.

1.5.4. Analiżi

1.5.4.1. Test imwettaq b'daqs wieħed tal-kampjun

Metodi jistgħu jkunu għad-disposizzjoni għal analiżi diretta ta' komponenti polimeri fil-fażi ta' l-ilma. Inkella, analiżi indiretta ta' komponenti polimeri maħlula/estratti, permezz tad-determiazzjoni tal-kontenut totali ta' partijiet li jinħallu u l-korrezzjoni għal komponenti mhux speċifiċi polimeri, tista' wkoll tiġi kunsidrata.

Analiżi tal-fażi ta' l-ilma għall-ispeċi polimerika totali hi possibbli:

jew permezz ta' metodu sensittiv biżżejjed, e.g.

- TOC bl-użu ta' perossulfat jew diġestjoni dikromata biex jagħti CO2 segwit b'estimazzjoni permezz ta' IR jew analiżi kimika,

- spettrometrija atomika ta' l-assorbiment (AAS) jew l-emmissjoni tal-plasma tagħha magħquda b'mod induttiv (ICP) ekwivalenti għal siliku jew polimeri li jkun jinsab fihom il-metall,

- assorbiment ta' l-UV jew spettrofluorimettrija għal polimeri aryl,

- LC-MS għal kampjuni ta' piż molekulari baxx,

jew permezz ta' evaporazzjoni b'vakwu san-nixfa ta' l-estratt ta' l-ilma u analiżi spettroskopika (IR, UV, eċċ.) jew AAS/ICP tar-residwu.

Jekk analiżi tal-fażi ta' l-ilma fiha nnifisha m‘hiex prattikabbli, l-estratt ta' l-ilma għandu jiġi estratt b'solvent organiku li ma jistax jitħallat ma' l-ilma, e.g. idrokarbonju klorinat. Is-solvent huwa mbagħad evaporat u r-residwu hu analizzat kif imsemmi hawn fuq għall-kontenut polimeru notifikat. Kwalunkwe komponenti f'dan ir-residwu li huma identifikati bħala impuritajiet jew addittivi għandhom jiġu mnaqqsin għall-iskop tad-determinazzjoni tal-grad ta' soluzzjoni/estrazzjpni tal-polimeru nnifsu.

Meta kwantitajiet relattivament kbar ta' dawn il-materjali huma prezenti, jista' jkun meħtieġ li r-residwu jiġi soġġett għal, per eżempju, analiżi HPLC jew GC biex jiġu differenzati l-impuritajiet mill-ispeċi monomeri jew ġejjin minn monomeri presenti sabiex il-kontenut veru ta' dawn ta' l-aħħar jista' jiġi determinat.

F'xi każijiet, evaporazzjoni sempliċi tas-solvent organiku san-nixfa u t-tniżżin tar-residwu niexef jista' jkun suffiċjenti.

1.5.4.2. Test imwettaq b'żewġ daqsijiet differenti tal-kampjun

L-estratti ta' l-ilma kollha huma analizzati għal TOC.

Determinazzjoni gravimetrika hi mwettqa fuq il-parti mhux maħlula/mhux estratta tal-kampjun. Jekk, wara ċ-ċentrifugazzjoni jew l-iffiltrar tal-kontenut ta' kull kontenitur, residwi polimeri jibqgħu mwahħlin mal-ħajt tal-kontenitur, il-kontenitur għandu jitlaħlaħ bil-filtrat sa meta l-kontenitur hu mnaddaf mir-residwi viżibbli kollha. Wara dan, il-filtrat hu ċentrifugat jew iffiltrat għal darb'oħra. Ir-residwi li jibqgħu fuq il-filtru jew fit-tubu taċ-ċentrifug huma mnixfin bit-temperatura ta' 40 °C taħt vakwu u miżuna. It-tnixxif u mkompli sakemm piż kostanti jintlaħaq.

2. DATA

2.1. Test imwettaq b'daqs wieħed tal-kampjun

Ir-riżultati individwali għal kull wieħed mit-tlett bottijiet u l-valuri medji għandhom jiġu mogħtija u espressi f'unitajiet ta' massa għal volum tas-soluzzjoni (tipikament mg/l) jew massa għal massa ta' kampjun tal-polimeru (tipikament mg/g). Barra dan, it-telf ta' piż tal-kampjun (ikkalkulat bħala l-piż tas-sustanza maħlula mqassma mil-piż tal-kampjun inizjali) għandu wkoll jiġi mogħti. Id-devjazzjonijiet standard relattivi (RSD) għandhom jiġu kalkulati. Figuri individwali għandhom jiġu mogħtija għas-sustanza totali (polimeru + addittivi essenzali, eċċ.) u għall-polimeru biss (jiġifieri wara t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni minn dawn l-addittivi).

2.2. Test imwettaq b'żewġ daqsijiet differenti tal-kampjun

Il-valuri TOC individwali ta' l-estratt ta' l-ilma taż-żewġ esperimenti repetuti għal tlett darbiet u l-valur medju għal kull esperiment għandu jinghata' espress bħala unitajiet ta' massa fil-volum tas-soluzzjoni (tipikament mgC/1), kif ukoll f'unitajiet ta' massa fil-piż tal-kampjun inizjali (tipikament mgC/g).

Jekk m'hemm l-ebda differenza bejn ir-riżultati fil-proporzjonijiet għolja u baxxi tal-kampjun/ilma, dan jista' jindika li l-komponenti li jistgħu jiġu estratti kollha kienu filfatt estratti. F'dan il-każ, analiżi diretta m'għandhiex normalment tkun meħtieġa.

Il-piżijiet individwali tar-residwi għandhom jiġu mogħtija u espressi f'perċentaġġ tal-piżijiet inizjali tal-kampjuni. Medji għandhom jiġu kalkulati għal kull esperiment. Id-differenzi bejn 100 u l-perċentaġġi li nstabu jirrappreżentaw il-perċentaġġi ta' materjal li jinħall u li jista' jiġi estratt fil-kampjun oriġinali.

3. RAPPURTAĠĠ

3.1. Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

3.1.1. Is-sustanza tat-test

- informazzjoni li qegħda għad-disposizzjoni dwar is-sustanza tat-test (identità, addittivi, impuritajiet, kontenut ta' speċi ta' piż molekulari baxx).

3.1.2. Kondizzjonijiet esperimentali

- deskrizzjoni tal-proċeduri wżati u kondizzjonijiet esperimentali,

- deskrizzjoni tal-metodi analitiċi u ta' għarfien.

3.1.3. Riżultati

- riżultati ta' l-abbiltà biex jinħall/jiġi estratt fi mg/l; valuri medji u individwali għat-testijiet ta' l-estrazzjoni fis-soluzzjonijiet varji, mqassmin f'kontenut polimeru u impuritajiet, addittivi, eċċ.,

- riżultati ta' l-abbiltà biex jinħall/jiġi estratt fi mg/g ta' polimeru,

- valuri TOC ta' estratti ta' l-ilma, piż tas-sustanza li tinħall u perċentaġġi kkalkulati, jekk imkejlin,

- il-pH ta' kull kampjun,

- informazzjoni dwar il-valuri vojta,

- fejn meħtieġ, referenzi għall-instabbiltà kimika tas-sustanza tat-test, matul kemm il-proċess ta' l-ittestjar kif ukoll il-proċess analitiku,

- l-informazzjoni kollha li hi importanti għall-interpretazzjoni tar-riżultati.

4. REFERENZI

(1) DIN 53733 (1976) Zerkleinerung von Kunststofferzeugnissen für Prüfzwecke.

--------------------------------------------------

ANNESS III D

C.13 BIJOKONĊENTRAZZJONI: FLOW-THROUGH FISH TEST

1. METODU

Dan il-metodu ta' bijokonċentrazzjoni hu repetizzjoni ta' l-OECD TG 305 (1996).

1.1. Introduzzjoni

Dan il-metodu jiddiskrivi proċedura sabiex jiġi karatterizzat il-potenzal tal-bijokonċentrazzjoni ta' sustanzi fil-ħut taħt kondizzjonijiet li jgħaddi minnhom. Għalkemm ittestjar tar-reġimi li jgħaddi minnu għandhom bil-wisq jiġu preferuti, reġimi semi-statiċi huma permessi, ladarba l-kriterja tal-validità huma sodisfatti.

Il-metodu jagħti dettalji suffiċjenti sabiex l-ittestjar jiġi maħdum filwaqt li jippermetti libertà adegwata sabiex jiġi xieraq id-disinn sperimentali għall-kondizzjonijiet f'laboratorji partikolari u sabiex jiġu varjati l-karatteristiċi tat-test tas-sustanzi. Huwa aktar validament applikat għall-kimiċi organiċi stabbli b'valuri log tal-Pow bejn il-1,5 u s-6,0 (1), iżda għadu jista' jiġi applikat għall-sustanzi superlipholic (li jkollhom il-log tal-Pow baxx > 6,0). L-istima li saret qabel tal-fattur tal-biokonċentrazzjoni (BCF), xi kultant tiddenota bħala KB, ladarba t-tali sustanzi superlipophilic għandhom ikunu presumibbilment ogħla mill-fattur tal-stat stabbli (BCFSS) il-valur mistenni li jiġi miksub mill-esperimenti tal-laboratorju. Stimi li saru qabel tal-fattur tal-biokonċentrazzjoni għall-kimiċi organiċi b'valuri log tal-Pow sa bejn wieħed u ieħor 9,0 jistgħu jiġu miksuba billi tkun użata l-ekwazzjoni tal-Bintein et al (2). Il-parametri li jikkaratterizzaw il-potenzal tal-biokonċentrazzjoni jinkludu r-rata kostanti tad-dħul (k1), it-tisfija tar-rata kostanti (k2) u l-BCFSS.

Sustanzi ta' l-ittestjar ittikettati tar-radjazzjoni jistgħu jiffaċilitaw l-analiżi ta' l-ilma u tal-kampjuni tal-ħut u jistgħu jintużaw sabiex jiġi ddeterminat/sabiex jiddetermina jekk l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni degradanti għandhomx jiġu magħmula jew le. Jekk residwi totali radjuattivi jkunu mkejjla (per eżempju permezz ta' kombustjoni jew tessut solubbli), il-BCF huwa bbażat fuq kompost tal-ġenitur, kull metabolite miżmuma u wkoll karbonju assimilat. Il-BCFs bbażati fuq residwi totali radioattivi ma jistgħux, għalhekk, jkunu direttament imqabbla ma' BCF derivati minn analiżi kimika speċifika tal-kompost tal-ġenitur biss.

Proċeduri ta' tindifa sewwa jistgħu jiġu mpjegati fl-istudji ittikettati tar-radjazzjoni sabiex jiġi determinat il-BCF ibbażat fuq il-kompost tal-ġenitur, u l-metabolite maġġuri tistà tiġi karatterizzata jekk ikun maħsub li jkun neċessarju. Huwa wkoll possibbli li tgħaqqad l-istudju tal-metaboliżmu tal-ħut ma' l-istudju tal-biokonċentrazzjoni bl'analiżi u l-identifikazzjoni tar-residwi fit-tessuti.

1.2. Definizzjonijiet u unitajiet

Biokonċentrazzjoni/bioakkumulazzjoni hija ż-żieda fil-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar ġo jew fuq organiżmu (tissuti speċifiċi tiegħu) relattiv mal-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar fil-mezz li jiċċirkundah.

Il-fattur tal-biokonċentrazzjoni (BCF jew KB) f'kull ħin matul il-fażi tad-dħul ta' dan l-ittestjar ta' l-akkumulazzjoni hija l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar ġo/fuq il-ħut jew it-tessuti speċifiċi tagħha (Cf bħala ìg/g (ppm)) diviżi mill-konċentrazzjoni tal-kimika fil-mezz li jdawwru(Cw bħala ìg/ml (ppm)).

Il-fattur ta' l-istat stabbli tal-biokonċentrazzjoni (BCFSS jew KB) ma jinbidilx b'mod sinifikattiv fuq perjodu mġedded ta' żmien, il-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar tal-mezz li jdawwru matul dan il-perjodu ta' ħin.

Kondizzjoni jew stat stabbli hija milħuqa fl-għemil tas-sustanza ta' l-ittestjar bil-ħut (Cf) kontra l-ħin meta l-kurva ssir parallela ma' l-assi tal-ħin u tlett analiżi taċ-Cf magħmula fuq kampjuni meħuda waqt l-intervalli ta' mill-inqas jumejn huma ma' l-20 % ta' xulxin, u ma hemmx differenzi sinifikattivi bejn it-tlett perjodi tat-tehid tal-kampjuni. Meta l-kampjuni miġbura flimkien ikunu analizzati huma meħtieġ mill-inqas erbgħa analiżi suċċessivi. Għas-sustanzi ta' l-ittestjar li huma meħuda bil-mod jkun aktar xieraq li l-intervalli jkunu ta' sebat ijiem.

Fatturi tal-biokonċentrazzjoni kalkulati direttament mir-rata kostanti kinetika (k1/k2) huma msejħa fattur tal-konċentrazzjoni kinetika, il-BCFk.

Il-qsim tal-koeffiċjent ta' l-octanol-water (Pow) huwa l-proporzjon tas-solublità tal-kimika f'n-octanol u l-ilma fil-bilanċ (metodu A.8) imfisser ukoll bħala Kow. Il-logaritmu tal-Pow huwa wżat bħala indikazzjoni tal-potenzal tal-kimika għall-biokonċentrazzjoni ta' l-organiżmi akwatiċi.

Il-fażi tal-ħruġ jew tad-dħul huwa ż-żmien li matulu il-ħut jiġu esposti għall-ittestjar kimiku.

Ir-rata kostanti tad-dhul (k1) hija l-valur numeriku li jiddefinixxi r-rata taz-zieda fil-koncentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar ġo/fuq l-ittestjar tal-ħut (jew tissuti speċifiċi tagħhom) meta l-ħut jkun espost għal dik il-kimika (k1 huwa msejjaħ fl-ewwel ġurnata).

Il-fażi ta' wara l-ħruġ jew tat-tisfija ta' l-impuritajiet (telf) huwa l-ħin, wara t-trasferiment ta' l-ittestjar tal-ħut mill-mezz li jiġbor fih is-sustanza ta' l-ittestjar għal mezz liberu ta' dik is-sustanza, li matulu t-tisfija (jew it-telf nett) tas-sustanza mill-ħut ta' l-ittestjar (jew it-tessut speċifiku tiegħu) jiġi studjat.

Ir-rata tat-tisfija (telf) kostanti (k2) huwa l-valur numeriku li jiddefinixxi r-rata tat-tnaqqis fil-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar tal-ħut ta' l-ittestjar (jew it-tessuti speċifiċi tiegħu) wara t-trasferiment tal-ħut ta' l-ittestjar mill-mezz liberli jiġbor fih is-sustanza ta' l-ittestjar (k2 huwa msejjaħ fl-ewwel ġurnata).

1.3. Prinċipju tal-metodu ta' l-ittestjar

L-ittestjar jikkonsisti f'żewġ fażijiet: il-fażijiet tal-kxif (uptake) u ta' wara l-kxif (it-tisfija). Matul il-fażi tad-dħul, gruppi separati ta' ħut ta' speċi waħda huma murija mill-inqas għal żewġ konċentrazzjonijiet tas-sustanza ta' l-ittestjar. Imbagħad jiġu trasferiti għall-mezz liberu tas-sustanza ta' l-ittestjar għall-fażi tat-tisfija. Il-fażi tat-tisfija hija dejjem neċessarja sakemm id-dħul tas-sustanza matul il-fażi tad-dħul kienet insinifikanti (eż. il-BCF huwa inqas minn 10). Il-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar ġo/fuq il-ħut (jew it-tessut speċifiku tieghu) jiġi segwit miż-żewġ fażijiet ta' l-ittestjar. Biż-żieda taż-żewġ konċentrazzjonijiet ta' l-ittestjar, grupp ta' kontroll tal-ħut huwa miżmum taħt kondizzjonijiet identiċi ħlief għall-assenza tas-sustanza ta' l-ittestjar, sabiex jiġu konnessi effetti avversi possibbli osservati fl-ittestjar tal-biokonċentrazzjoni għall-grupp ta' kontroll li jaqbel u sabiex jiġu miksuba konċentrazzjonijiet ta' l-isfond tas-sustanza ta' l-ittestjar.

Il-fażi tad-dħul hija mħaddma għall-28-il ġurnata sakemm huwa muri li l-bilanċ intlaħaq qabel. Predizzjoni tat-tul tal-fażi tad-dħul u l-ħin għall-istat stabbli tista' tiġi magħmula mill-ekwazzjoni fl-Anness 3. Il-perjodu tat-tisfija jiġi mibdi mbagħad billi l-ħut jiġi trasferit lill-istess mezz iżda mingħajr is-sustanza ta' l-ittestjar ġo reċipjent nadif ieħor. Fejn hu possibbli l-fattur tal-biokonċentrazzjoni huwa kalkulat preferibbilment kemm bħala l-proporzjon (BCFSS) tal-konċentrament tal-ħut (Cf) u fl-ilma (Cw) għal dik li tidher stat stabbli u bħala fattur kinetiku tal-biokonċentrazzjoni (BCFk) bħala l-proporzjon tar-rati kostanti tad-dħul (k1) u t-tisfija (k2) li jassumu l-kinetiċi ta' l-ewwel ordni. Jekk kinetiċi ta' l-ewwel ordni mhumiex ovvjament obduti, mudelli aktar kumplessi għandhom jiġu mpjegati. (Anness 5).

Jekk stat stabbli ma sseħħx fi 28-il ġurnata, il-fażi ta' l-uptake għandha tiġi estiża sakemm il-stat stabbli tintlaħaq, jew 60 jum, tiġi liema tiġi l-ewwel; il-fażi tat-tisfija tkun imbagħad mibdija.

Il-kostant tar-rata tad-dħul, it-tisfija (telf) il-kostant tar-rata (jew il-kostanti, fejn mudelli aktar komplessi huma nvoluti), il-fattur tal-biokonċentrazzjoni, u fejn huwa possibbli, l-limiti tal-kunfidenza ta' kull wieħed minn dawn il-parametri huma kalkulati mill-mudell li jiddeskrivi bl-aħjar mod il-konċentrazzjonijiet mkejla tas-sustanza ta' l-ittestjar tal-ħut u l-ilma.

Il-BCF hija msejħa bħala funzjoni ta' l-użien imxarrab totali tal-ħut. Madankollu, għall-għanijiet speċjali, tessuti jew organi speċifiċi (eż. muskolu, fwied), jistghu jintużaw jekk il-ħut huwa kbir biżżejjed jew jekk il-ħut jista' jinqasam fi frazzjonijiet li jittieklu (maqtugħ fi strixxi) u li ma jittieklux (vixxri). Ladarba, għal ħafna sustanzi organiċi, hemm relazzjoni ċara bejn il-potenzal għall-biokonċentrazzjoni u l-lipophilicity, hemm ukoll relazzjoni korrispondenti bejn il-kontenut tal-lipidu tal-ħut ta' l-ittestjar u l-biokonċentrazzjoni osservata tat-tali ħut. Għalhekk, sabiex dan is-sors ta' varjabilità jiġi mnaqqas fir-riżultati ta' l-ittestjar għal dawk is-sustanzi b'lipophilicity għolja (jiġifieri b'log tal-Pow > 3), il-biokonċentrazzjoni għandha tiġi espressa skond il-kontenut tal-lipidu miżjud mal-piż tal-ġisem kollu.

Il-kontenut tal-lipidu għandu jiġi determinat fuq l-istess materjal bioloġiku ladarba huwa wżat sabiex jiddetermina l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar, meta possibbli.

1.4. Informazzjoni dwar is-sustanza ta' l-ittestjar

Qabel ma jsir l-ittestjar għall-biokonċentrazzjoini, din l-informazzjoni li ġejja għas-sustanza ta' l-ittestjar għandha tkun magħrufa:

(a) solubilità fl-ilma;

(b) koeffiċjenti tal-qsim ta' l-octanol-water Pow (indikat ukoll bħala Kow, determinat minn metodu ta' l-HPLC A.8);

(c) idrolisi;

(d) fototrasformazzjoni ġo l-ilma determinata taħt illuminazzjoni solari jew illuminazzjoni solari simulata u taħt il-kondizzjonijiet ta' l-illuminazzjoni ta' l-ittestjar għall-biokonċentrazzjoni (3);

(e) tensjoni tal-wiċċ (jiġifieri għall-sustanzi fejn il-logaritmu tal-Pow ma jistax jiġi determinat);

(f) pressjoni tal-fwar;

(g) biodegradibilità lesta (fejn xieraq).

Informazzjoni oħra meħtieġa hija t-tossiċità għall-ispeċi tal-ħut li għandha tintuża fl-ittestjar, preferibbilment l-asintot LC50 (jiġifieri indipendenti mill-hin). Metodu analitiku xieraq, ta' reqqa magħrufa, preċiżjoni u sensittività, għall-kwantifikazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar fis-soluzzjonijiet ta' l-ittestjar u f'materjal bioloġiku għandu jkun disponibbli, flimkien mad-dettalji tal-preparazzjoni tal-kampjun u tal-ħażna. Il-limitu ta' l-iskoperta analitika tas-sustanza ta' l-ittestjar kemm ta' l-ilma kif ukoll tat-tessuti tal-ħut għandhom ukoll jiġu magħrufa. Meta sustanza ta' l-ittestjar bit-tikketta 14C hija wżata, il-persentaġġ tar-radjuattività assoċjat ma' l-impuritajiet għandu jiġi magħruf.

1.5. Validità ta' l-ittestjar

Il-kondizzjonijiet li jsegwu għandhom japplikaw sabiex l-ittestjar ikun validu:

- il-varjazzjoni tat-temperatura hija inqas minn ± 2 °C,

- il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġenu maħlul ma jaqax taħt is-60 % tas-saturazzjoni,

- il-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar fil-kmamar hija miżmuma sa l-± 20 % tal-medja tal-valuri mkejjla matul il-fażi tad-dħul,

- il-moralità jew effetti avversi oħra/marda kemm fil-kontroll u fil-kura tal-ħut hija inqas minn 10 % fl-aħħar ta' l-ittestjar; fejn l-ittestjar huwa mġedded fuq ħafna ġimgħat jew xhur, mewt jew effetti avversi fiż-żewġ settijiet tal-ħut għandha tkun inqas minn 5 % kull xahar u ma taqbiżx it-30 % b'kollox.

1.6. Komposizzjonijiet ta' referenza

L-użu ta' komposizzjonijiet ta' referenza ta' potenzal tal-biokonċentrazzjoni magħruf ikun bżonnjuż sabiex il-proċedura sperimentali tiġi ċekkjata, meta huwa meħtieġ. Madankollu, sustanzi speċifiċi għadhom ma jistgħux jiġu rakkomandati.

1.7 Deskrizzjoni tal-metodu ta' l-ittestjar

1.7.1. Apparat

Għandha tingħata kura sabiex ikun jista' jiġi evitat l-użu tal-materjali, għall-partijiet kollha tat-tagħmir, li jistgħu jħollu, jaqbdu ma' jew ikollhom effett avvers fuq il-ħut. Tankijiet standard rettangulari jew ċilindriċi, magħmula minn materjal kimiku inerti u ta' kapaċità adatta b'konformità mar-rata tal-karga jistgħu jiġu wżati. L-użu ta' tubi tal-plastik artab għandu jiġi mnaqqas. Teflon (R), stainless steel u/jew tubi tal-ħġieġ huma preferibbilment użati. L-esperjenza write li s-sustanzi b'koeffiċjenti ta' l-assorbiment għolja, bħall-pyrethroids sintetiċi, ħġieġ silanised jista' jkun meħtieġ. F'dawn is-sitwazzjonijiet it-tagħmir għandu jiġi mormi wara l-użu.

1.7.2. Ilma

L-ilma naturali huwa ġeneralment użat fl-ittestjar u għandu jiġi miksub minn sors mhux ikkontaminat u ta' kwalità uniformi. L-ilma li jitħallat għandu jkun ta' kwalità li għandha tippermetti s-sopravivenza ta' l-ispeċi ta' ħut magħżula għad-dewmien ta' l-akklimazzjoniu perjodi ta' l-ittestjar mingħajr kull apparenza jew imġieba anormali. Idealment, għandu jiġi muri li l-ispeċi għall-ittestjar jistgħu jgħixu, jikbru u jirriproduċu fl-ilma li jitħallat (eż. fil-kultura tal-laboratorju jew l-ittestjar tat-tossità taċ-ċiklu tal-ħajja). L-ilma għandu jkun karatterizzat mill-inqas minn pH, twebbis, solidi totali, karbonju organiku totali u, preferibbilment ammonju wkoll, nitrit u alkalinità u, għall-ispeċi marini, s-salinita. Il-parametri li huma importanti għall-aħjar benesseri tal-ħut huma magħrufa kollha, iżda l-Anness 1 jagħti konċentrazzjonijiet massimi rakkomandati ta' numru ta' parametri għal ilmijiet friski u marini ta' l-ittestjar.

L-ilma għandu jkun ta' kwalità kostanti matul il-perjodu ta' l-ittestjar. Il-valur tal-pH għandu jkun ta' bejn il-limiti ta' 6,0 sa 8,5, iżda matul l-ittestjar speċifiku għandu jkun bejn il-limiti ta' unitajiet ± 0,5 tal-pH. Sabiex ikun assigurat illi t-taħlit ta' l-ilma ma jinfluwenzax b'mod inkorrett ir-riżultat ta' l-ittestjar (per eżempju, bit-tifsira tas-sustanza ta' l-ittestjar) jew avversament jaffettwa l-eżekuzzjoni ta' l-istokk tal-ħut, kampjuni għandhom jiġu mogħtija kull ftit żmien għall-analiżi. Id-determinazzjoni ta' metalli tqal (eż.. Cu, Pb, Zn, Hg, Cd, Ni), anjoni u cations (eż. Ca, Mg, Na, K, Cl, SO4), pestiċidi (eż. pestiċidi organophosphorous u organochlorine totali), karbonju organiku totali u solidi sospiżi għandhom jintagħmlu, per eżempju, kull tlett xhur fejn ilma mħallat huwa magħruf li l-kwalità hija relativament kostanti. Jekk il-kwalità ta' l-ilma ġiet murija bħala kostanti mill-inqas fi żmien sena, id-determinazzjonijiet jistgħu jkunu inqas frekwenti u l-intervalli miżjuda (eż. kull sitt xhur).

Il-kontenut naturali tal-partikola wkoll il-karbonju organiku totali (TOC) ta' l-ilma tat-taħlit għandu jkun baxx kemm jista' jkun sabiex jiġi evitat l-assorbiment tas-sustanza ta' l-ittestjar għall-oġġett organiku li jista' jnaqqas il-biodisponibilità tiegħu (4). Il-valur massimu aċċettabbli huwa ta' 5 mg/l għall-oġġett partikolari (oġġett niexef/xott, li ma jagħddix il-filtru ta' 0,45 ìm) u 2 mg/l għall-karbonju totali organiku (ara Anness 1). Jekk hemm bżonn, l-ilma għandu jiġi filtrat qabel l-użu. Il-kontribuzzjoni għall-kontenut organiku tal-karbonju fl-ilma mill-ħut ta' l-ittestjar (eskreta) u mir-residwi ta' l-ikel għandha tkun baxxa kemm jista' jkun. Matul l-ittestjar, il-konċentrazzjoni tal-karbonju organiku fir-reċipjent ta' l-ittestjar ma għandux jaqbeż il-konċentrazzjoni tal-karbonju organiku li joriġina mis-sustanza ta' l-ittestjar u, jekk ikun użat, l-aġent li jitħallat b'iktar minn 10 mg/l (± 20 %).

1.7.3. Soluzzjonijiet ta' l-ittestjar

Soluzzjoni ta' l-istokk tas-sustanza ta' l-ittestjar hija preparata f'konċentrazzjoni adattata. Is-soluzzjoni ta' l-istokk għandha preferibbilment tiġi preparata billi sempliċiment tkun imħallta u mċaqalqa s-sustanza ta' l-ittestjar fl-ilma li jitħallat. L-użu ta' solventi jew jew li jixterdu (aġenti li jitħalltu) ma huwiex rakkomandat; madankollu dan jista' jseħħ f'xi okkażjonijiet sabiex tkun prodotta soluzzjoni ta' l-istokk ikkonċentrata xierqa. Solventi li jistgħu jintużaw huma ethanol, methanol, eteru ethylene glikol monomethyl, eteru etheylene glikol dimethyl, dimethylformamide u glikol triethylene. Sustanzi li jixterdu li jistgħu jintużaw huma Cremophor RH40, Tween 80, methylcellulose 0,01 % u HCO-40. Kura għandha tingħata meta jintużaw aġenti lesti bijodigradabbli ladarba dawn jistgħu jikkawżaw problemi bit-tkabbir batteriku fl-ittestjar li jagħaddi minnu. Is-sustanza ta' l-ittestjar jista' tiġi tikettata bir-radjazzjoni u għandha tkun ta' l-akbar purità (eż. preferibbilment > 98 %).

Għat-testijiet li jgħaddi minnhom, sistema li kontinwament tiddispensa u tħallat soluzzjoni ta' l-istokk tas-sustanza ta' l-ittestjar (eż. pompa tal-miter, taħlit proporzjonali, sistema li tissatura) hija meħtieġa sabiex tikkunsinna l-konċentrazzjonijiet ta' l-ittestjar tal-kmamar ta' l-ittestjar. Mill-inqas ħames sostituzzjonijiet tal-volum minn kull kamra ta' l-ittestjar kull ġurnata huma permessi. Il-mod li jgħaddi minnu għandu jkun preferut, iżda fejn dan m‘huwiex possibbli (eż. fejn l-organiżmi ta' l-ittestjar huma avversament affettwati) teknika semi-statika tista' tintuża ladarba l-kriterji tal-validità jkunu sodisfatti. Ir-rati li jimxu/jgħaddu tas-soluzzjonijiet ta' l-istokk u l-ilma tat-taħlit għandhom it-tnejn ikunu kontrollati 48-il siegħa qabel u mbagħad mill-inqas kuljum matul l-ittestjar. F'dan il-kontroll tad-determinazzjoni tar-rata li tgħaddi ta' kull kamra ta' l-ittestjar hija nkluża u assigurata li ma tvarjax b'aktar minn 20 % jew ġo inkella bejn il-kmamar.

1.7.4. Selezzjoni ta' speċi

Kriterji importanti fis-selezzjoni ta' l-ispeċi huma li huma dejjem lesti disponibbli, jistgħu jitkisbu f'daqsijiet konvenjenti u jistgħu jkunu b'mod sodisfaċenti mantenuti fil-laboratorju. Kriterji oħra sabiex jiġu selezjonati l-ispeċi tal-ħut jinkludu importanza rekreazzjonali, kummerċjali, ekoloġika wkoll sensittivita komparattiva, l-użu li rnexxa qabel, eċċ.

Speċi rakkomandati għall-ittestjar huma stabbiliti fl-Anness 2. Speċi oħrajn jistgħu jintużaw iżda il-proċedura ta' l-ittestjar jista' jkollha tiġi xierqa sabiex jingħataw kondizzjonijiet xierqa ta' l-ittestjar. Ir-razzjonal għas-selezzjoni ta' l-ispeċi u l-metodu sperimentali għandu jkun irrapportat f'dan il-każ.

1.7.5. Is-sehem tal-ħut

Akklimatizza il-popolazzjoni ta' l-istokk tal-ħut mill-inqas għal ħmistax fl-ilma fit-temperatura ta' l-ittestjar u għalef fuq dieta suffiċjenti u ta' l-istess tip li jintuża waqt l-ittestjar.

Wara perjodu ta' 48-il siegħa jissetiljaw, l-imwiet huma rreġistrati u l-kriterji li ġejjin huma applikati:

- imwiet ta' aktar minn 10 % tal-popolazzjoni f'sebat-ijiem: jintrema n-numru sħiħ tal-ħut,

- imwiet ta' bejn il-5 u l-10 % tal-popolazzjoni f'sebat-ijiem: aklimatizza għal sebat-ijiem oħra,

- imwiet ta' inqas minn 5 % tal-popolazzjoni f'sebat-ijiem: taċċetta l-grupp/numru ta' ħut – jekk ikun hemm aktar minn 5 % imwiet matul it-tieni sebat-ijiem tarmi il-grupp kollu

Tassigura li l-ħut użat fl-ittestjar huma liberi minn mard u a anormalitajiet osservabbli. Skarta kull ħut infettat/marid. Il-ħut ma għandux jirċievi trattament għall-mard fil-ħmistax ta' qabel l-ittestjar, jew matul l-ittestjar.

1.8. Eżekuzzjoni ta' l-ittestjar

1.8.1. Ittestjar preliminari

Jista' jkun utli li jitmexxa speriment preliminari sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet ta' l-ittestjar ta' l-ittestjar definittiv, eż. selezzjoni tal-konċentrazzjoni(ijiet) tas-sustanza ta' l-ittestjar, dewmien tad-dħul u fażijiet tat-tisfija.

1.8.2. Kondizzjonijiet ta' l-esposizzjoni

1.8.2.1. Dewmien tal-fażi tad-dħul

Tbassir tad-dewmien tad-dħul jista' jinkiseb minn esperjenza prattika (eż. minn studju li sar qabel jew minn kimika dwar l-akkumulazzjoni) jew minn ċerti relazzjonijiet empiriċi li jużaw it-tagħrif jew tas-solubilità ta' l-ilma jew il-koeffiċjent tal-qsim ta' l-octanol/l-ilma tas-sustanza ta' l-ittestjar (ara Anness 3).

Il-fażi ta' l-uptake għandha sseħħ għall-28-il ġurnata sakemm jista' jintwera li l-bilanċ ġie milħuq qabel. Jekk l-istat stabbli ma ntlaħaqx sa 28-il ġurnata, il-fażi ta' l-uptake għandha tiġi estiża, tistabbilixxi aktar miżuri, sakemm l-istat stabbli jiġi milħuq jew 60-il ġurnata, ikun liema jkun l-iqsar.

1.8.2.2. Dewmien tal-fażi tat-tisfija

Perjodu ta' nofs id-dewmien tal-fażi ta' l-uptake hija s-soltu suffiċjentement għal-riduzzjoni xierqa fil-piż tal-ġisem (eż. 95 %) tas-sustanza biex isseħħ (ara Anness 3 għall-ispjegazzjoni ta' l-istima). Jekk il-ħin meħtieġ biex jintlaħaq 95 % tat-telf mhux prattikament twil, li jaqbeż per eżempju darbtejn id-dewmien normali tal-fażi tad-dħul (jiġifieri aktar minn 56-il ġurnata) perjodu iqsar jista' jkun użat (jiġifieri sakemm il-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar hija inqas minn 10 % tal-konċentrazzjoni tal-stat stabbli). Madankollu, għall-sustanzi li għandhom mudelli aktar kumplessi tad-dħul u t-tisfija milli huma rappreżentati minn mudell tal-ħut ta' kumpartiment wieħed, ipprovdi kinetiċi ta' l-ewwel ordni, ippermetti fażijiet tat-tisfija itwal għad-determinazzjoni tal-kostanti tar-rata tat-telf. Il-perjodu jista', madankollu, jkun immexxi mill-perjodu li fuqu l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar fil-fdal tal-ħut fuq il-limitu ta' l-iskoperta analitika.

1.8.2.3. Numri ta' ħut ta' l-ittestjar

Għażel in-numri ta' ħut għal kull konċentrazzjoni ta' l-ittestjar b'mod li l-minimu ta' erbgħa ħutiet għal kull kampjun huma/huwa disponibbli f'kull kampjun. Jekk poter statistiku ikbar huwa meħtieġ, aktar ħut għal kull kampjun għandu jkun neċessarju.

Jekk ħut adult jintuża, irraporta jekk humiex irġiel jew nisa, jew it-tnejn li jintużaw fl-esperiment. Jekk iż-żewġ sessi huma użati, differenzi fil-kontenut tal-lipidu bejn is-sessi għandu jkun dokumentat li ma għandux sinifikat qabel il-bidu ta' l-esposizzjoni; iġbor flimkien l-ħut irġiel u nisa kollha jista' jkun neċessarju.

F'xi wieħed mill-ittestjar, il-ħut ta' l-istess piż huwa magħżul, b'mod li l-iżgħar mhumiex iżgħar minn tnejn minn tlieta tal-piż ta' l-ikbar ħut. Kollha għandhom ikunu ta' l-istess sena-klassi u jiġu mill-istess sors. Ladarba l-piż u l-età/ż-żmien ta' ħut jidhru xi kultant li għandhom xi effett sinifikanti fuq il-valuri tal-BCF (1) dawn id-dettalji huma rraportati b'reqqa. Huwa rakkomandat li sub-kampjun ta' l-istokk tal-ħut huma ppeżati qabel l-ittestjar sabiex jiġi stimat il-piż medju.

1.8.2.4. Tagħbija

Proporzjoni għolja ta' l-ilma mal-ħut jintużaw sabiex tonqos ir-riduzzjoni fis-Cw ikkawżat miż-żieda ta' ħut fil-bidu ta' l-ittestjar u sabiex jiġi evitat it-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' l-ossiġenu mħallat. Huwa mportanti li r-rata tat-tagħbija tkun xierqa għall-ispeċi ta' l-ittestjar użat. F'kull każ, rata tat-tagħbija ta' 0,1 sa 1,0 g ta' ħut (wet weight) għal kull litru fil-ġurnata hija normalment rakkomandata. Rati għolja tat-tagħbija jistgħu jkunu użati jekk ikun muri li l-konċentrazzjonijiet meħtieġa tas-sustanza ta' l-ittestjar jistgħu jkunu mantnuti/miżmuma f'limiti ta' ± 20 %, u li l-konċentrazzjoni ta' l-ossiġenu mħallat ma jaqax taħt saturazzjoni ta'60 %.

Fl-għażla tar-reġimi xierqa tat-tagħbija, reġistrazzjoni/account ta' l-abitat normali ta' l-ispeċi tal-ħut huwa meħud. Per eżempju, ħut li jgħix fil-qiegħ jista' jirrikjedi qiegħ ta' l-akwarjum ikbar għall-istess volum ta' ilma minn speċi ta' ħut pelaġiku.

1.8.2.5. Għalf

Matul l-akklimazzjoni u l-perjodi ta' l-ittestjar, il-ħut jkunu magħllfa b'dieta xierqa ta' lipidi magħrufa u kontenut totali tal-proteini total protein content, f'ammont suffiċjenti li jżommhom f'kondizzjoni sanitarja u li jmantni l-piż tal-ġisem. Il-ħut huma magħlufa kuljum mill-/permezz tal-perjodi ta' l-akklimazzjoni u l-perjodi ta' l-ittestjar f'livell ta' bejn wieħed u ieħor ta' piż tal-ġisem ta' 1 sa 2 % kull ġurnata; din iżżomm il-konċentrazzjoni tal-lipidu f'ħafna speċi ta' ħut f'livell relattivament kostanti matul l-ittestjar. L-ammont ta' għalf għandu jerġa' jiġi kkalkulat, per eżempju, darba f'ġimgħa, sabiex jiġu mantnuti piż tal-ġisem konsistenti u kontenut tal-lipidu. Għal din il-kalkulazzjoni, il-piż tal-ħut f'kull kamra ta' l-ittestjar jista' jkun estimat mill-piż tal-ħut miġbura l-iktar reċenti f'dik il-kamra. Tiżinx il-ħut li jibqa' fil-kamra.

Ikel mhux mittiekel u l-ħmieġ huma mogħddija minn sifun siphoned kuljum mill-kamri ta' l-ittestjar eżatt wara l-għalf (30-il minuta sa siegħa). Il-kmamar huma miżmuma ndaf kemm jista' jkun matul l-ittestjar sabiex il-konċentrazzjoni tas-sitwazzjoni organika tinzamm baxxa kemm jista' jkun, ladarba l-preżenza tal-karbonju organiku jista' jillimita l-biodisponibilità tas-sustanza ta' l-ittestjar (1).

Ladarba ħafna għalf ġej mill-ikel tal-ħut, l-għalf għandu jiġi analizzat għas-sustanza ta' l-ittestjar. Huwa ukoll mixtieq li l-għalf jiġi analizzat għall-pestiċidi u l-metalli tqal.

1.8.2.6. Dawl u temperatura

Il-fotoperjodu huwa ġeneralment 12 sa 16-il siegħa u t-temperatura (± 2 °C) għandha tkun xierqa għall-ispeċi ta' l-ittestjar (ara l-Anness 2). It-tip u l-karatteristiċi ta' l-illuminazzjoni għandhom ikunu magħrufa. Kawtiela għandha tkun mogħtija lill-possibbli fototransformazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar taħt kondizzjonijiet ta' l-irradjazzjoni ta' l-istudju. Illuminazzjoni xierqa għandha tintuża tevita esposizzjoni tal-ħut għal fotoprodotti mhux naturali. F'xi każijiet jista' jkun xieraq li jintuża filtru sabiex tiġi eżaminata/screen out l-irradjazzjoni tal-UV anqas minn 290 nm.

1.8.2.7. Konċentrazzjonijiet ta' l-ittestjar

Il-ħut huwa espost taħt kondizzjonijiet li jagħddi minnhom għal mill-inqas żewġ konċentrazzjonijiet tas-sustanza ta' l-ittestjar fl-ilma. Normalment, l-għola (jew l-għola) konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar hija magħżula li tkun ta' madwar 1 % ta' l-asintot intens tiegħu LC50, u sabiex ikunu mill-inqas ten-fold għola mill-limitu ta' l-iskoperta tagħhom fl-ilma bil-metodu analitiku użat.

L-għola konċentrazzjoni ta' l-ittestjar tista' tkun determinata billi tiddividi l-akut 96h LC50 bi proporzjon xieraq akut/kroniku (proporzjonijiet xierqa għal xi wħud mill-kimiċi jistgħu ikunu bejn wieħed u ieħor tlieta sa 100). Jekk ikun possibbli, għażel il-konċentrazzjoni(jiet) l-oħra b'mod li jiddistingwi ruħu minn dak ta' fuq bil-fattur ta' għaxra 10. Jekk dan mhuwiex possibbli minħabba fil-1 % tal-kriterja ta' l-LC50 u l-limitu analitiku, fattur aktar baxx minn 10 jista' jkun użat jew l-użu ta' sustanza ta' l-ittestjar ittikettata 14C għandu jkun ikkunsidrat. L-ebda konċentrazzjoni użata ma għandha tkun għola mis-solubilità tas-sustanza ta' l-ittestjar.

Fejn aġent solubbli huwa użat il-konċentrazzjoni tiegħu ma għandiex tkun ikbar minn 0,1 ml/l u għandha tkun l-istess fir-reċipjenti kollha ta' l-ittestjar. Il-kontribuzzjoni tiegħu, flimkien mas-sustanza ta' l-ittestjar, il-kontenut kollu tal-karbonju organiku fl-ilma ta' l-ittestjar għandu jkun magħruf. Madankollu, kull sforz għandu jiġi magħmul sabiex jiġi evitat l-użu tat-tali materjali.

1.8.2.8. Kontrolli

Kontroll ta' l-ilma tat-taħlit jew jekk relevanti, kontroll li jiġbor ġo fih l-aġent li titħallat should be run miżjud mas-serje ta' l-ittestjar, ladarba kien stabbilit li l-aġent ma għandu l-ebda effett fuq il-ħut. Jekk le, iż-żewġ kontrolli għandhom jitwaqqfu/jiġu stabbiliti.

1.8.3. Frekwenza tal-miżuri tal-kwalità ta' l-ilma

Matul l-ittestjar, l-ossiġenu maħlul, TOC, pH u t-temperatura għandhom jitwieżnu fil-kontenuti kollha. Twebbis totali u salinità, jekk relevanti, għandhom ikunu miżurati fil-kontrollijiet u reċipjent fl-għola (l-għola) konċentrazzjoni. Bħala minimu, l-ossiġenu mħallat u s-salinità, jekk relevanti, għandhom ikunu miżurati tlett darbiet fil-bidu, għan-nofs u għall-aħħar tal-perjodu ta' l-uptake– u darba f'ġimgħa fil-perjodu tat-tisfija. TOC għandu jkun miżurat fil-bidu ta' l-ittestjar (24 siegħa u 48 siegħa qabel l-inizjazzjoni ta' l-ittestjar tal-fażi ta' l-uptake) qabel iż-żieda tal-ħut u mill-inqas darba f'ġimgħa, kemm matul il-fażi ta' l-uptake kif ukoll dik tat-tisfija. It-temperatura għandha tkun miżurara kuljum, il-pH fil-bidu u fl-aħħar ta' kull perjodu u t-twebbis darba f'kull ittestjar. It-temperatura għandha preferibbilment tiġi kkontrollata kontinwament mill-inqas f'reċipjent wieħed.

1.8.4. Il-kontroll u l-analiżi tal-ħut u l-ilma

1.8.4.1. Skeda tal-kontroll tal-ħut u l-ilma

L-ilma mill-kmamar ta' l-ittestjar għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar tittieħed għall-kampjun qabel iż-żieda tal-ħut kemm matul il-fażijiet tad-dħul kif ukoll dik tat-tisfija. Bħala minimu, l-ilma fl-istess ħin tal-ħut u qabel l-għalf. Matul il-fażi tad-dħul, il-konċentrazzjonijiet tas-sustanza ta' l-ittestjar huma ddeterminati sabiex tiġi kkontrollata l-konformità bil-kriterja tal-validità.

Il-ħut huwa kkontrollat fuq mill-inqas ħames okkażjonijiet matul il-fażi ta' l-uptake u mill-inqas erbgħa okkażjonijiet matul il-fażi tat-tisfija. Ladarba fuq xi okkażjonijiet għandu tkun diffiċli li tiġi kkalkulata stima preċiża raġonevoli tal-valur tal-BCF ibbażat fuq dan in-numru ta' kampjuni, speċjalment meta minbarra t-tisfija tal-kinetiċi ta' l-ewwel ordni huma ndikati, jista' jkun rakkomandat li jittieħdu kampjuni bi frekwenza għola fiż-żewġ perjodi (ara Anness 4). Il-kampjuni ż-żejda huma miżmuma u analizzati biss jekk ir-riżultati ta' l-ewwel fażi ta' l-analiżi turi li mhijiex adegwata għall-kalkulazzjoni tal-BCF bil-preċiżjoni mixtieqa.

Eżempju ta' skeda aċċettabbli tal-kontrolli huwa mogħti fl-Anness 4. Skedi oħrajn jistgħu jiġu kkalkulati mill-ewwel jużaw valuri oħra assunti tal-Pow sabiex jiġi kkalkulat il-ħin ta' l-esposizzjoni għall-95 % tad-dħul.

It-teħid tal-kampjuni jitkompla matul il-fażi ta' l-uptake sakemm kondizzjoni li ma tinbidilx tiġi stabbilita jew 28-il jum, ikun liema jkun l-iqsar. Jekk l-istat stabbli ma jkunx intlaħaq f'28-il jum kontroll ikompli sakemm stat stabbli jkun intlaħaq jew għal 60 jum, ikun liema jkun l-iqsar. Qabel ma tinbeda l-fażi tat-tisfija l-ħut jiġi trasferit f'tankijiet nodfa.

1.8.4.2. Kontroll u preparazzjoni tal-kampjun

Kampjuni ta' l-ilma għall-analiżi huma miksuba, per eżempju, jmexxi minn ġo sifun minn punt ċentrali fil-kamra ta' l-ittestjar billi tagħddi minn sifun minn tubi inerti minn punt ċentrali. Ladarba la l-filtrazzjoni lanqas billi jinfired il-likwidu mis-solidu ma jidher dejjem jissepara l-frazzjoni mhux biodisponibbli (speċjalment għall-kimiċi super-lipophilic, jiġifieri, dawk il-kimiċi b'log tal-Pow baxxa > 5) (1) (5), il-kampjuni jistgħu ma jkunux suġġetti għal dawk it-tratttamenti.

Minflok, il-miżuri għandhom jittieħdu sabiex it-tankijiet jinżammu nodfa kemm jista' jkun u l-kontenut tal-karbonju organiku totali għandu jiġi kkontrollat kemm matul il-fażijiet ta' l-uptake kif ukoll dik tat-tisfija.

Numru xieraq ta' ħut (normalment minimu ta' erbgħa) jiġu mneħħija mill-kmamar ta' l-ittestjar f'kull ħin tal-kampjuni. Il-ħut kkontrollati huma mlaħalħa malajr mill-ilma, blot "dry", maqtula istantanjament billi jintuża l-metodu l-iktar xieraq u uman, u mbagħad ppeżati.

Huwa preferibbli li jiġu analizzati il-ħut u l-ilma immedjatament wara kontroll sabiex tkun evitata degradazzjoni jew aktar telf u sabiex jiġi kkalkulata l-uptake approssimativ u r-rati tat-tisfija filwaqt li l-ittestjar jitkompla. Analiżi mmedjata tevita ukoll dewmien biex tiddetermina meta plateau jkun intlaħaq.

Fin-nuqqas ta' analiżi immedjata, il-kampjuni huma maħżuna b'metodu xieraq. Qabel il-bidu ta' l-istudju, l-informazzjoni fuq il-metodu propju tal-ħażna tas-sustanza ta' l-ittestjar partikolari – per eżempju, il-kesħa qawwija, li tinżamm f'4 °C, id-dewmien tal-ħażna, il-qliegħ, eċċ. huma miksuba.

1.8.4.3. Kwalità ta' metodu analitiku

Ladarba l-proċedura kollha tkun immexxija essenzalment bl-eżattezza, preċiżjoni u sensittività tal-metodu analitiku użat għas-sustanza ta' l-ittestjar, ikkontrolla permezz ta' esperiment li l-preċiżjoni u r-riproduċibilità ta' l-analiżi kemikali, kif ukoll l-irkupru tas-sustanza ta' l-ittestjar kemm mill-ilma kif ukoll mill-ħut huma sodisfaċenti għall-metodu partikolari. Ukoll, ikkontrolla li s-sustanza ta' l-ittestjar mhijiex investigata fl-ilma tat-taħlit użat.

Jekk neċessarju, il-valuri ta' Cw u Cf miksuba mill-ittestjar huma kkoreġuti għall-irkupri u l-valuri ta' l-isfond tal-kontrolli. Il-kampjuni tal-ħut u l-ilma huma mmexxija b'mod li tiġi mnaqqsa l-kontaminazzjoni u t-telf (eż. li jirriżultaw mill-assorbiment mill-proġett/l-għodda tat-teħid tal-kampjuni).

1.8.4.4. Analiżi tal-kampjuni tal-ħut

Jekk il-materjali radiolabelled huma użati fl-ittestjar, huwa possibbli li tanalizza għal radio label totali (jiġifieri ġenitur u metaboliti) jew, il-kampjuni jistgħu jitnaddfu sabiex il-kompost tal-ġenitur jista' jiġi analizzat separatament. Ukoll, l-akbar metaboliti jistgħu jkunu karatterizzati f'stat stabbli jew fl-aħħar tal-fażi ta' l-uptake, tkun meta tkun l-iktar kmieni. Jekk il-BCF skond residwi radiolabelled totali hija ≥ 1000 %, tista' tiġi rakkomandata, u ċertament għall-ċerti kategoriji ta' kimiċi bħal ma huma il-pestiċidi rakkomandati ħafna, sabiex jidentifikaw u jikkwantifikaw degradati li jirrappreżentaw ≥ 10 % tar-residwi totali fit-tessuti tal-ħut f'stat stabbli. Jekk degradati li jirrappreżentaw ≥ 10 % tar-residwi radiolabelled totali fit-tessut tal-ħut huma identifikati u kwantifikati, imbagħad huwa rakkomandat ukoll li jiddentifikaw u jikkwantifikaw id-degradati fl-ilma ta' l-ittestjar.

Il-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar għandha s-soltu tkun determinata għal kull ħuta ndividwali mwieżna. Jekk dan mhux possibbli, il-ġbir tal-kampjuni f'kull okkażjoni tat-teħid tal-kampjuni tista' tiġi magħmula iżda l-pooling ma jirrestrinġix il-proċeduri statistiċi li jistgħu jiġu appplikati mad/lid-data. Jekk proċedura statistika speċifika u l-poter huma konsiderazzjonijiet importanti, imbagħad numru adegwat ta' ħut sabiex jalloġġa il-proċedura tal-pooling mixtieqa u l-poter għandhom jiġu nklużi fl-ittestjar (6) (7).

Il-BCF għandu jiġi msemmi kemm bħala funzjoni ta-piż mxarrab totali u, għal sustanzi lipholic għolja, bħala funzjoni tal-kontenut tal-lipidu. Il-kontenut tal-lipidu tal-ħut huwa ddeterminat fuq kull okkażjoni tal-kontroll jekk possibbli. Metodi għandhom jintużaw għad-determinazzjonital-kontenut tal-lipidu (referenzi 8 u 2 ta' Anness 3). It-teknika ta' l-estrazzjoni tal-Chloroform/methanol tista' tkun rakkomandata bħala metodu standard (9). Il-metodi varji ma jagħtux valuri identiċi (10), għalhekk huwa mportanti li jingħataw id-dettalji tal-metodu użat. Meta possibbli, l-analiżi għall-lipidu għandu jkun magħmul fuq l-istess estrazzjoni bħal dik prodotta għas-sustanza ta' l-ittestjar, ladarba l-lipidi spiss għandhom ikunu mneħħija mill-estrazzjoni qabel ma jkun analizzat kromotografikament. Il-kontenut tal-lipidu tal-ħut (bħal mg/kg użien imxarrab) fl-aħħar ta' l-esperiment ma għandux ivarja minn dak tal-bidu minn iktar minn ± 25 %. Is-solidi perċentwali tat-tessut għandhom ukoll ikunu rrappurtatati sabiex jippermettu l-konversjoni tal-konċentrazzjoni tqal-lipidu minn bażi mxarrba għal waħda xotta.

2. DATA

2.1. Trattament tar-riżultati

Il-kurva tad-dħul tas-sustanza ta' l-ittestjar hija miksuba billi tgħaqqad il-ponot tal-konċentrazzjoni tagħha ġo/fuq il-ħut (jew tessuti speċifiċi) fil-fażi tad-dħul kontra l-ħin fuq skali aritmetiċi. Jekk il-kurva laħqet kondizzjoni, jiċifieri, ssir bejn wieħed u ieħor asintotika ma' l-assi tal-ħin, il-kondizzjoni statika tal-BCFSS hija kkalkulata minn:

C

bħala kondizzjoni stabbli

C

bħala kondizzjoni stabbli

medja

Meta l-ebda stat stabbli ma jkun intlaħaq, jista' jkun possibbli tikkalkula BCFSS ta' preċiżjoni suffiċjenti għal assessjar riskjuż minn "steady-state" bi 80 % (1,6/k2) jew 95 % (3,0/k2) ta' bilanċ.

Ukoll il-fattur tal-konċentrazzjoni (BCFk) huwa ddeterminat, bħala l-proporzjon tal-k1/k2, l-ewwel żewġ kostanti kinetiċi ta' l-ewwel ordni. Il-kostant tar-rata tat-tisfija (k2) hija s-soltu determinata mill-kurva tat-tisfija (jiġifieri il-proġett tat-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' l-ittestjar fil-ħut mal-ħin). Il-kostant tar-rata tad-dħul (k1) huwa mbagħad kkalkulat mogħti k2 u l-valur ta' Cf li ġej mill-kurva tad-dħul (ara wkoll Anness 5). Il-metodu preferut sabiex tikseb il-BCFk u l-kostanti tar-rati, il-k1 u l-k2, huwa li jintużaw metodi ta' l-istima tal-parametru mhux lineari fuq komputer (11). Inkella, metodi grafiċi jistgħu jintużaw sabiex jikkalkulaw k1 u k2. Jekk il-kurva tat-tisfija hija ovvjament mhux l-ewwelo ordni, imbagħad mudelli iktar kumplessi għandhom jintużaw (ara referenzi fl-Anness 3) u parir minn espert tal-biostatistika mfittex.

2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu nterpretati b'kawtela fejn konċentrazzjonijiet miżurati/mkejjla tas-soluzzjonijiet ta' l-ittestjar iseħħu f'livelli qrib il-limitu ta' l-iskoperta tal-metodu analitiku.

Dħul definit b'mod ċar u kurvi tat-telf huma indikazzjoni ta' data tal-biokonċentrazzjoni ta' kwalità tajba. Il-varjazzjoni fil-kostanti tad-dħul/t-tisfija bejn iż-żewġ konċentrazzjonijiet ta' l-ittestjar għandha tkun inqas minn 20 %. Differenzi sinifikattivi osservati fir-rati tad-dħul/it-tisfija bejn iż-żewġ konċentrazzjonijiet applikati ta' l-ittestjar għandhom ikunu rreġistrati u spjegazzjonijiet possibbli mogħtija. Generalment il-limitu tal-kunfidenza tal-BCFs minn approċi ta' studji ddisinjati sew ± 20 %.

3. RAPPORTAĠĠ

Ir-rapport ta' l-ittestjar għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

3.1. Sustanza ta' l-ittestjar

- natura fiżika u, fejn relevanti, propertajiet fisiokemikali,

- data ta' l-identifikazzjoni kemikali (li jinkludu il-kontenut tal-karbonju organiku, jekk huwa xieraq),

- jekk ittikettata tar-radjazzjoni, il-posizzjoni preċiża ta' l-atomu(i) u l-persentaġġ tar-radjuattività assoċjata ma' l-impuritajiet.

3.2. Speċi ta' l-ittestjar

- ismijiet xjentifiċi, sforz, sors, xi trattament li sar qabel, akklimazzjoni, żmien, limitu ta' daqs, eċċ.

3.3. Il-kondizzjonijiet ta' l-ittestjar

- ittestja l-proċedura wżata (e.ż. li jgħaddi minnha jew semi-statika),

- it-tip u l-karatteristiċi ta' l-illuminazzjoni wżata u l-fotoperijodu(i),

- id-disinn bi prova (e.ż. in-numru u l-kobor tal-kmamar ta' l-ittestjar, ir-rata tal-bdil tal-volum ta' l-ilma, in-numru tar-repliki, in-numru tal-ħut għal kull replika, in-numru tal-konċentrazzjonijiet ta' l-ittestjar, it-tul tal-ħin biex jiddaħħal il-materjal li jintuża u l-fażijiet tat-tisfija, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni għall-kampjuni tal-ħut u ta' l-ilma),

- il-metodu tal-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet ta' l-iskorti u l-frekwenza tar-rinnovament (l-aġent li jagħmel xi ħaġa solubbli, il-konċentrazzjoni tiegħu u l-kontribuzzjoni tiegħu għall-kontenut organiku tal-karbonju ta' l-ilma ta' l-ittestjar għandu jingħata, meta' jiġi wżat),

- il-konċentrazzjonijiet nominali ta' l-ittestjar, il-mezzi tal-valuri mkejjla u d-devjazzjonijiet standard tagħhom fil-bastimenti ta' l-ittestjar u l-metodu li bih dawn ġew miksuba,

- l-egħjun ta' l-ilma dilwit, id-deskrizzjoni ta' xi trattament li jsir qabel, ir-riżultati ta' xi dimostrazzjoni ta' l-abbilità tal-ħut ta' l-ittestjar li jgħixu fl-ilma, u l-karatteristiċi ta' l-ilma: il-pH, l-ebusija, it-temperatura, il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu maħlul, il-livelli tal-kloru residwu (jekk mkejjla), il-karbonju organiku totali, is-solidi mdendla, is-salinità tal-mezz ta' l-ittestjar (jekk xieraq) u xi kejl ieħor magħmul,

- il-kwalità ta' l-ilma fil-bastimenti ta' l-ittestjar, il-pH, l-ebusija, it-TOC, it-temperatura u l-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu maħlul,

- informazzjoni ddetaljata fuq l-għalf (per eżempju, it-tip ta' l-ikel, l-egħjun, il-komposizzjoni – għall-anqas tal-kontenut tal-lipidi u tal-proteini jekk possibli, l-ammont mogħti u l-frekwenza),

- informazzjoni fuq it-trattament tal-kampjuni tal-ħut u ta' l-ilma, inklużi d-dettalji tal-preparazzjoni, il-ħażna, il-qligħ u l-proċeduri analitiċi (u l-preċiżjoni) għas-sostanza ta' l-ittestjar u l-kontenut lipidu (jekk mkejjla).

3.4. Ir-riżultati

- ir-riżulatati minn kwalunkwe studji preliminari magħmula,

- il-mortalità tal-ħut ikkontrollat u l-ħut f'kull kamra ta' l-esposizzjoni u kull aġir li mhux normali li jkun osservat,

- il-kontenut lipidu tal-ħut (jekk id-determinazzjoni fuq l-okkazzjoni ta' l-ittestjar),

- il-kurva (inkluża l-informazzjoni mkejjla kollha) li turi d-dħul u it-tisfija tal-kimika ta' l-ittestjar fil-ħut, il-ħin għall-istat stabbli,

- Cf u Cw (b'devjazzjoni u l-marġni standard, jekk xieraq) għall-ħinijiet kollha tat-teħid tal-kampjuni (Cf espressi fi ìg/g piż mxarrab (ppm) tal-ġisem kollu jew tat-tessuti speċifikati tagħhom, e.ż. lipidu, u is-Cw fi ìg/ml (ppm). Valuri tas-Cw għas-serje tal-kontroll (l-isfond għandu wkoll jiġi rrappurtat),

- il-fattur tal-bijo-konċentrazzjoni ta' l-istat stabbli (BCFSS) u/jew il-fattur tal-konċentrazzjoni kinetika (BCFk) u jekk applikabbli, 95 % limiti tal-fiduċja għall-kwantitajiet li ma jvarjawx tar-rati (telf) għad-dħul jew għat-tisfija (kollha espressi in relazzjoni mal-ġisem sħiħ u l-kontenut lipidu totali, jekk mkejjel, tat-tessut ta' l-annimal jew tat-tessut speċifikat tiegħu), il-limiti tal-fiduċja u d-devjazzjoni standard (kif disponibbli) u l-metodi ta' l-analiżi tal-komputazzjoni/ta' l-informazzjoni għal kull konċentrazzjoni ta' sostanza ta' l-ittestjar użata,

- fejn sostanzi bit-tikketta tar-radjazzjoni huma wżati, u jekk tkun meħtieġa, l-akkumulazzjoni ta' xi sostanzi ffurmati fil-metaboliżmu skoperti tista' tiġi ppreżentata,

- kwalunkwe ħaġa li mhix tas-soltu dwar it-test, kwalunkwe devjazzjoni minn dawn il-proċeduri, u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

Imminimizza r-riżultati bħala 'mhux skoperti fil-limitu ta' l-iskoperta bl-iżvilupp tal-metodu ta' qabel it-test u d-disinn sperimentali', peress li dawn ir-riżultati ma jistgħux jiġu wżati għal-kalkulazzjonijiet tal-kwantitajiet li ma jvarjawx tar-rati.

4. REFERENZI

(1) Connell D.W. (1988). Bioaccumulation behaviour of persistent chemicals with aquatic organisms. Rev. Environ. Contam. Toxicol. 102, pp. 117-156.

(2) Bintein S., Devillers J. and Karcher W. (1993). Non-linear dependence of fish bioconcentration on n-octanol/water partition coefficient. SAR and QSAR in Environmental Research, 1, pp. 29-390.

(3) OECD, Paris (1996). Direct phototransformation of chemicals in water. Environmental Health and Safety Guidance Document Series on Testing and Assessment of Chemicals. No 3.

(4) Kristensen P. (1991). Bioconcentration in fish: comparison of bioconcentration factors derived from OECD and ASTM testing methods; influence of particulate organic matter to the bioavailability of chemicals. Water Quality Institute, Denmark.

(5) US EPA 822-R-94-002 (1994) Great Lake Water Quality Initiative Technical Support Document for the Procedure to Determine Bioaccumulation Factors. July 1994.

(6) US FDA (Food and Drug Administration) Revision. Pesticide analytical manual, 1, 5600 Fisher's Lane, Rockville, MD 20852, July 1975.

(7) US EPA (1974). Section 5, A(1). Analysis of Human or animal Adipose Tissue, in Analysis of Pesticide Residues in Human and Environmental Samples, Thompson J. F. (ed.) Research Triangle Park, N.C. 27711.

(8) Compaan H. (1980) in "The determination of the possible effects of chemicals and wastes on the aquatic environment: degradation, toxicity, bioaccumulationċ", Ch. 2.3, Part II. Government Publishing Office, the Hague, Netherlands.

(9) Gardner et al, (1995). Limn. & Oceanogr. 30, pp. 1099-1105.

(10) Randall R. C., Lee H., Ozretich R. J., Lake J. L. and Pruell R. J. (1991). Evaluation of selected lipid methods for normalising pollutant bioaccumulation. Envir. Toxicol. Chem. 10, pp 1431-1436.

(11) CEC, Bioconcentration of chemical substances in fish: the flow-through method- Ring Test Programme, 1984 to 1985. Final report March 1987. Authors: P. Kristensen and N. Nyholm.

(12) ASTM E-1022-84 (Reapproved 1988). Standard Practice for conducting Bioconcentration Tests with Fishes and Saltwater Bivalve Molluscs.

--------------------------------------------------