31998L0066



Official Journal L 257 , 19/09/1998 P. 0035 - 0036


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/66/KE

ta' l-4 ta' Settembru 1998

li temenda d-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fir-rigward ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għal użu f'oġġetti ta' l-ikel

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma' l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/34/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

Billi d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa sabiex jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel [3], kif emendata bid-Direttiva 96/83/KE [4], telenka dawk is-sustanzi li jistgħu jiġu użati bħala ħlewwiet f'oġġetti ta' l-ikel;

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità fir-rigward ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għal użu f'oġġetti ta' l-ikel [5] tistabbilixxi l-kriterji ta' purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva 94/35/KE;

Billi huwa meħtieġ, fid-dawl tal-progress tekniku, li l-kriterji ta' purità stabbiliti fid-Direttiva 95/31/KE jiġu emendati għal isomalt (E 953); billi huwa għalhekk meħtieġ li dik id-Direttiva tiġi addattata;

Billi huwa meħtieġ li jingħata kas ta' l-ispeċifikazzjonijiet u tekniki analitiċi għal sustanzi li jagħtu ħlewwa kif stabbilit fil-Codex Alimentarius mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti ta' l-FAO/WHO dwar Addittivi ta' l-Ikel (JECFA);

Billi l-addittivi ta' l-ikel, imħejjija b'metodi ta' produzzjoni jew materjali tal-bidu li jkunu differenti b'mod sinifikanti minn dawk inklużi fl-evalwazzjoni mill-Kumitat Permanenti ta' l-Ikel, jew differenti minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva, għandhom ikunu sottomessi għal evalwazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel bil-għan ta' evalwazzjoni sħiħa u b'enfasi fuq il-kriterji tal-purità;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness tad-Direttiva 95/31/KE, it-test li għandu x'jaqsam ma' E 953 — isomalt huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1999. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

[2] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1.

[3] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 3.

[4] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 16.

[5] ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"E−953 - ISOMALT

Sinonimi | Isomaltulose idroġinat, palatinose idroġinat. |

Definizzjoni

Isem kimiku | Isomalt hija taħlita ta' mono- u disaccharides idroġinati li l-komponenti prinċipali tagħhom huma disaccharides: 6-O-α-D-Glucopyranosyl — D-sorbitol (1,6-GPS) u 1-O-α-D-Glucopyranosyl — D-mannitol dihydrate (1,1-GPM) |

Formula kimika | 6-O-α-D-Glucopyranosyl — D-sorbitol: C12H24O11 1-O-α-D-Glucopyranosyl — D-mannitol dihydrate: C12H24O11.2H2O |

Piż molekulari relattiv | 6-O-α-D-Glucopyranosyl — D-sorbitol: 344,32 1-O-α-D-Glucopyranosyl — D-mannitol dihydrate: 380,32 |

Assay | Kontenut b'mhux anqas minn 98 % ta' mono - u disaccharides idroġinati u mhux anqas minn 86 % ta' taħlita ta' 6-O-α-D-Glucopyranosyl — D-sorbitol u 1-O-α-D-Glucopyranosyl — D-mannitol dihydrate stabbilit fuq bażi anidra. |

Deskrizzjoni | Massa bla riħa, bajda, kemm xejn igroskopika, kristallina. |

Identifikazzjoni

A.Solubilità | Idub fl-ilma, solubilità ferm żgħira fl-ethanol. |

B.Kromatografija ta' saff irqiq | Eżamina permezz ta' kromatografija ta' saff irqiq bl-użu ta' pjanċa miksija b'bejn wieħed u ieħor b'saff ta' ġel kromatografiku tas-silika ta' 0,2 mm. Il-punti principali fil-kromatogramma huma dawk ta' 1,1-GPM u 1,6-GPS. |

Purità

Kontenut ta' ilma | Mhux aktar minn 7 % (Metodu Karl Fischer) |

Irmid tas-sulfat | Mhux aktar minn 0.05 % mfissra fuq bażi ta' piż xott |

D-Manitol | Mhux aktar minn 3 % |

D-Sorbitol | Mhux aktar minn 6 % |

Reducing sugars | Mhux aktar minn 0,3 % mfissra bħala glukożju fuq bażi ta' piż xott |

Nikel | Mhux aktar minn 2 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott |

Metalli tqal (bħal Pb) | Mhux aktar minn 10 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott." |

--------------------------------------------------