Official Journal L 253 , 15/09/1998 P. 0024 - 0026
Id-Direttiva tal-kummissjoni 98/63/KE tat-3 ta’ Settembru 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċ-ċertifikati, u provi oħra tal-kwalifiki formali tagħhom. (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2) l-ewwel u-tielet sentenzi, u l-Artikolu 66 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċ-ċertifikati, u x-xhieda tal-kwalifiki formali [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/21/KE [2], u b’od partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, Billi r-Renju Unit għamel talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ kirurġija newroloġika, mediċina ġenerali (interna), ortopedika, patoloġija anatomika u psikjatrija biex tiġi emendata għal l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata komuni għall-Istati Membri kollha; Billi l-Lussemburgu għamel talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ bijoloġija klinika, kirurġikja gastro-enterologika, mediċina nuklejari, kirurġija maxillo-faċċali, u dentali, orali u kirurġija maxillo-faċċali biex tiġi inkluża għall-Istati Membri fil-lista ta’ mediċina speċjalizzata singulari għal-tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi l-Greċja għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ radioterapija biex tiġi emendata għall-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi ir-Renju Unit għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ mikrobioloġija-batterjoloġija, kirurġija toraċika, kardjoloġija, venereoloġija, radjoloġija djanjostika, radjoterapija, ġerjatrija, mard tal-kliewi, mard li jittieħed, u mediċina tal-Komunità, biex tiġi emendata għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi l-Greċja għamlet talba rraġunata għad-deskrizzjoni ta’ kirurġija vaskolari u mediċina tal-Komunità biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’; mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi l-Belġju, l-Irlanda u r-Renju Unit għamlu talbiet irraġunati għall-mediċina f’każ ta’ inċidenti u emerġenza biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’;mediċina speċjalizzata singulari għal-tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi d-Danimarka, Spanja, l-Italja, l-Irlanda, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għamlu talbiet irraġunati għal neuropsikoloġija klinika biex tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fil-lista ta’mediċina speċjalizzata singulari għal tnejn jew aktar mill-Istati Membri; Billi l-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 75/365/KEE [3], ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Artikolu 5(3) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa emendat kif ġej: (a) taħt "kirurġija newroloġika", id-deskrizzjoni "kirurġija newroloġika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid-deskrizzjoni "newrokirurġija"; (b) taħt "mediċina (interna) ġenerali", id-deskrizzjoni "mediċina ġenerali" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina (interna) ġenerali"; (ċ) taħt "ortopedika", id-deskrizzjoni "kirurġija ortopedika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "trawma u kirurġija ortopedika"; (d) taħt "patoloġija anatomika", id-deskrizzjoni "anatomija tal-morbidità u histopatoloġija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid-deskrizzjoni "histopatoloġija"; (e) taħt "psikjatrija", id-deskrizzjoni "psikjatrija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdula bid- deskrizzjoni "psikjatrija ġenerali". Artikolu 2 Artikolu 7(2) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa emendat kif ġej: (a) taħt "bijoloġija klinika" , dan li ġej huwa miżjud: "Lussemburgu: biologie clinique"; (b) taħt "mikrobioloġija-batterjoloġika", id-deskrizzjoni "mikrobioloġija medika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mikrobijoloġija medika u viroloġija"; (ċ) taħt "kirurġija", id-deskrizzjoni "kirurġija toraċika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "kirurġija kardjo-toraċika"; (d) taħt "kirurġija vaskolari" , dan li ġej huwa miżjud: "Greċja: Αγγειοχειρουργικής"; (e) taħt "kardjoloġija", id-deskrizzjoni "mard kardjo-vaskolari" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "kardjoloġija"; (f) taħt "veneroloġija", id- deskrizzjoni "veneroloġija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina genito-urinali"; (g) taħt "radjoliġija djanjostika", id-deskrizzjoni "radjoliġija djanjostika" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "radjoloġija klinika"; (h) taħt "radjoterapija", id-deskrizzjoni "ΑκτινοJεραπευτική" kif tidher biswit ta’ "il-Greċja" hija mibdul bid-deskrizzjoni "ΑκτινοJεραπευτική - Ογκολογία" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "onkologija klinika"; (i) taħt "ġerjatrija", id-deskrizzjoni "ġerjatrija" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid- deskrizzjoni "mediċina ġerjatrika"; (j) taħt "mard tal-kliewi", id-deskrizzjoni "mard tal-kliewi" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mediċina għall-kliewi"; (k) taħt "mard li jittieħed", id-deskrizzjoni "mard li jittieħed" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid-deskrizzjoni "mard infettiv"; (l) taħt "mediċina tal-Komunità", "Il-Greċja: Κοινωνική Ιατρική", hija miżjuda u d-deskrizzjoni "mediċina tal-Komunità" kif tidher biswit ta’ "ir-Renju Unit" hija mibdul bid- deskrizzjoni "mediċina għas-saħħa pubblika"; (m) taħt "kirurġija gastro-enterjoloġika" , dan li ġej huwa miżjud: "Lussemburgu: chirurgie gastro-entérologique"; (n) taħt "mediċina nukleari" , dan li ġej huwa miżjud: "Lussemburgu: médecine nucléaire"; (o) taħt "kirurġija maxillo-faċċali (taħriġ mediku bażiku)" , dan li ġej huwa miżjud: "Lussemburgu: chirurgie maxillo-faciale"; (p) taħt "dentali, orali u kirurġija maxillo-faċċali (taħrig bażiku mediku u dentali)" , dan li ġej huwa miżjud: "Lussemburgu: chirurgie dentaire, orale maxillo-faciale"; (q) dawn iż-żewġ dettalji li ġejjin għandhom jiġu miżjuda: "— mediċina ta’; l-inċidenti u l-emergenzi Irlanda: | accident and emergency medicine | Renju Unit: | accident and emergency medicine; | — neuropsikoloġija klinika Danimarka: | klinisk neurofysiology | Spanja: | neurofisiologia clinica | Irlanda: | neurophysiology | Svezja: | klinisk neurofysiologi | Renju Unit: | clinical neurophysiology." | Artikolu 3 Artikolu 27(2) tad-Direttiva 93/16/KEE qed jiġi emendat kif ġej: (a) taħt "l-ewwel grupp (ħames snin)" , dan li ġej għandu jkun miżjud: "— mediċina ta’ l-inċidenti u l-emergenzi" (b) taħt "it-tieni grupp (erbgħa snin)" , dan li ġej għandu jkun miżjud: "— neuropsikoloġija klinika" Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 1999. Huma obbligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Id-disposizzjonijiet adottati skond dan il-paragrafu għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fi żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-Proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħhom li huma jadottaw fil-parti li għandha x "taqsam ma" din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Settembru 1998. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 165, tas-7.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 119, tat-22.4.1998, p. 15. [3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. --------------------------------------------------