Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53KE tas-16 ta' Lulju 1998 li tippreskrivi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Official Journal L 201 , 17/07/1998 P. 0093 - 0101
CS.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
ET.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
HU.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
LT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
LV.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
MT.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
PL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
SK.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
SL.ES Chapter 15 Volume 04 P. 50 - 58
Id-direttiva tal-kummissjoni 98/53KE tas-16 ta' Lulju 1998 li tippreskrivi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 li tirrigwarda l-introduzzjoni ta' metodi tal-Komunità tat-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-moniteraġġ ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1525/98 tas-16 ta' Lulju 1998, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/97 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel [2] jistabbilixxi limiti massimi għall-aflatossiċi f'ċerti oġġetti ta' l-ikel; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 fuq is-suġġett ta' miżuri addizzjonali li jirrigwardaw il-kontroll uffiċċjali tal-oġġetti ta' l-ikel [3] tintroduċi sistema ta' livelli ta' kwalità għal-laboratorji fdati mill-Istati Membri bil-kontroll uffiċċjali tal-oġġetti ta' l-ikel; Billi t-teħid ta' kampjuni għandu rwol kruċjali fil-preċiżjoni tad-determinazzjoni tal-livelli ta' l-aflotossiċi li huma distribwiti f'lott wieħed b'mod etereoġeneu ħafna; Billi jidher li jinħtieġ li jiġu determinati kriterji ġenerali li magħhom il-metodu ta' analiżi jrid jikkonforma sabiex tiżgura li l-laboratorji, fdati mill-kontroll, jużaw metodi ta' analiżi b'livelli ta' rendiment paragonabbli; Billi d-dispożizzjonijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi ġew determinati fuq il-bażi tat-tagħrif preżenti u jistgħu jiġu adattati biex jagħtu każ ta' l-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u teknoloġiku; Billi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni użati bħalissa mill-awtoritajiet kompetenti huma differenti ħafna minn xulxin fl-Istat Membri; billi l-awtoritajiet kompetenti f'ċerti Stati Membri mhumiex f'pożizzjoni li japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva f'qasir żmien; billi jinħtieġ, għalhekk, li tipprovdi perjodu adattat għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet; Billi l-Istati Membri ser ikollhom jagħmlu tibdil fil-metodi tagħhom tat-teħid ta' kampjuni bil-mod il-mod biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet preskritti fl-Annessi ta' din id-Direttiva saż-żmien li d-Direttiva trid tiġi applikata; billi huwa, għalhekk, xieraq li wieħed jeżamina regolarment ma’ l-Istati Membri l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet; Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Oġġetti ta' l-ikel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċċjali tal-livelli ta' aflotossiċi fl-oġġetti ta' l-ikel titwettaq in konformità mal-metodi deskritti f'L-Anness I ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-preparazzjoni tal-kampjuni u l-metodi ta' analiżi użati għall-kontroll uffiċċjali tal-livelli ta' aflotossiċi fl-oġġetti ta' l-ikel jikkonformaw mal-kriterji deskritti f'L-Anness II ta' din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2000, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma’ referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20jum ta' wara l-pubblikażjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50. [2] Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Metodi ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċċjali tal-livelli ta' aflotossiċi f'ċerti oġġetti ta' l-ikel 1. Ħsieb u għan Kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' kontenut ta' aflotossiċi fl-oġġetti ta' l-ikel għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti hawn taħt. Kampjuni aggregati hekk miksuba għandhom jiġu konsidrati bħala rappreżentattivi tal-lottijiet. Il-konformità mal-livelli massimi preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1525/98 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli determinati fil-kampjuni tal-laboratorju. 2. Definizzjonijiet Lott: | kwantità identifikabbli ta' prodott ta' ikel kunsejnata f’ħin wieħed u determinata mill-uffiċjal li għandha karatteristiċi komuni, bħal oriġini, varjetà, tip ta' imballaġġ, min jippakkja, min jikkonsenja jew xi marki. | Sublott: | parti disinjata ta' lott kbir biex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti disinjata. Kull sublott irid ikun fiżikament separat u identifikabbli. | Kampjun Inkrementali | kwantità ta' materjal meħud minn post wieħed fil-lott jew sublott. | Kampjun Aggregat | it-total kombinat tal-kampjuni kollha inkrementali meħuda mil-lott jew sublott | Kampjun tal-laboratorju | kampjun maħsub għal-laboratorju (= sottokampjun) | 3. Dispożizzjonijiet Ġenerali 3.1. Persunal Il-teħid ta' kampjuni għandu jitwettaq minn persuna awtorizzata kif speċifikat mill-Istati Membri. 3.2. Materjal li fuqu jrid isir teħid ta' kampjuni Kull lott li għandu jiġi eżaminat għandhom jittieħdu kampjuni separatament minnu. In konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi f'punt 5 ta' dan l-Anness, lottijiet kbar għandhom jiġu subdiviżi f'sottolottijiet biex jitteħdu kampjuni tagħhom separatament. 3.3. Prekawzjonijiet li jridu jittieħdu Matul il-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni tal-laboratotju għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat xi tibdil li jista’ jeffettwa l-kontenut ta' aflotossiku, jeffettwa ħażin id-determinazzjoni analitika jew irendi l-kampjuni aggregati mhux rappreżentattivi. 3.4. Kampjuni inkrimentali Kemm jista’ jkun kampjuni inkrimentali għandhom jittieħdu f'diversi postijiet mifruxa matul il-lott jew sublott. Nuqqas ta' ħarsien ta' din il-proċedura għandu jiġi reġistrat fir-reġistru provvdut f 3.8. 3.5. Il-preparazzjoni tal-kampjun aggregat u l-kampjuni tal-laboratorju (sottokampjuni) Il-kampjun aggregat jissawwar billi tgħaqqad u tħallat biżżejjed il-kampjuni inkrimentali. Wara li ssir it-taħlita, l-kampjun aggregat irid jinqasam f'sottokampjuni indaqs in konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' punt 5 ta' dan l-Anness. It-taħlita hija meħtieġa biex jiġi żgurat li kull sottokampjun fih porzjonijiet mil-lott kollu jew sublott. 3.6. Kampjuni replikati Il-kampjuni replikati għall-għanijiet ta' dħul fis-seħħ, kummerċ (difiża) u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun tal-laboratorju omogenizzat, sakemm dan ma’ jmurx kontra xi regola ta' l-Istati Membri fuq il-teħid ta' kampjuni. 3.7. Imballaġġ u trasmissjoni ta' kampjuni tal-laboratorju Kull kampjun tal-laboratorju għandu jitpoġġa f’reċipjent nadif u inerti li joffri protezzjoni xierqa mit-tniġġis u l-ħsara waqt it-trasport. Kull prekawzjoni meħtieġa għandha tittieħed biex jiġi evitat kull tibdil fil-kompożizzjoni tal-kampjun tal-laboratorju li jista’ jitfaċċa waqt it-trasport jew il-ħżin. 3.8. L-issiġillar u t-tikkettjar ta' kampjuni tal-laboratorju Kull kampjun meħud għall-użu uffiċċjali għandu jiġi siġillat fuq il-post tat-teħid ta' kampjuni u identifikat skond ir-regolamenti ta' l-Istati Membri. Għandu jinżamm rekord ta' kull teħid ta' kampjuni, li jippermetti li kull lott jiġi identifikat mingħajr ambigwità filwaqt li jagħti d-data u l-post tal-teħid tal-kampjuni flimkien ma’ kull tagħrif li jista jkun ta' għajnuna għall-analista. 4. Dispożizzjonijiet spjegattivi 4.1. Tipi differenti ta' lottijiet Il-oġġetti ta' l-ikel jistgħu jiġu negozjati bil-grossa, f'kontenituri, jew ippakkjati individwalment (xkejjer, boroż, pakketti bl-imnut, eċċ). Il-proċedura ta' teħid ta' kampjuni tista’ tiġi applikata ma kull forma differenti li fiha jitqegħdu fis-suq il-prodotti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi kif preskritti fil-punt 5 ta' dan l-Anness, il-formula li ġejja tista’ tintuża bħala gwida għat-teħid ta' kampjuni tal-lottijiet fil-kummerċ f'imballaġġ individwali (xkejjer, boroż, imballaġġ bl-imnut. eċċ): Frekwenza tat-teħid ta' kampjuni (FK) = - Piż f'kg Frekwenza tat-teħid ta' kampjuni (FK) kull tant xkejjer jew boroż li minnhom teħid ta' kampjuni inkrementali għandu jittieħed (figuri deċimali għandhom jitqiesu sa l-eqreb numru sħih). 4.2. Piż tal-kampjun inkrementali Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta' madwar 300 gramma, sakemm ma jkunx definit mod ieħor f'punt 5 ta' dan l-Anness. Fil-każ ta' lottijiet f'imballaġġ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi fuq il-piż ta' l-imballaġġ bl-imnut. 4.3. Numru ta' kampjuni inkrementali għal-lottijiet ta' inqas minn 15-il tunnellata In-numru ta' kampjuni inkrementali li jridu jittieħdu jiddependi fuq il-piż tal-lott, b'minimu ta' 10 u massimu ta' 100, sakemm ma’ jkunx mod ieħor definit f'punt 5 ta' dan l-Anness. Il-figuri fit-tabella li ġejja jistgħu jintuzaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta' kampjuni imkrementali li jrid jittieħed. Tabella 1: In-numru ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed skond il-piż tal-lott Piż tal-Lott (tunnellati) | Numru ta' kampjuni inkrementali | ≤ 0,1 | 10 | > 0,1 - ≤ 0,2 | 15 | > 0,2 - ≤ 0,5 | 20 | > 0,5 - ≤ 1,0 | 30 | > 1,0 - ≤ 2,0 | 40 | > 2,0 - ≤ 5,0 | 60 | > 5,0 - ≤ 10,0 | 80 | > 10,0 - ≤ 15,0 | 100 | 5. Dispożizzjonijiet speċifiċi 5.1. Studju ġenerali dwar il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni għall-karawett, il-lewż, il-frott imnixxef u ċ-ċereali Tabella 2: Subdiviżjoni tal-lottijiet f’ sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott Prodott | Piż tal-lott (tunnellati) | Piż jew numru ta' sublottijiet | Numru ta' kampjuni inkrementali | Piż tal-kampjun aggregat (kg) | Tin imqadded u frott ieħor imnixxef | ≥ 15 | 15-30 tunnellata | 100 | 30 | < 15 | — | 10-100 [1] | ≤ 30 | Karawett, pistaċċi, Lewż tal-Brażil u lewż ieħor | ≥ 500 | 100 tunnellata | 100 | 30 | > 125 u < 500 | 5 sublottijiet | 100 | 30 | ≥ 15 u ≤ 125 | 25 tunnellata | 100 | 30 | < 15 | — | 10-100 [1] | ≤ 30 | Ċereali | ≥ 1500 | 500 tunnellata | 100 | 30 | > 300 u < 1500 | 3 sublottijiet | 100 | 30 | ≥ 50 u ≤ 300 | 100 tunnellata | 100 | 30 | < 50 | — | 10-100 [1] | 1-10 | 5.2. Karawett, pistaċċi u lewż tal-Brażil Tin imqadded Ċereali (lottijiet = 50 tunnellata) 5.2.1. Proċedura ta' teħid ta' kampjuni - Bil-kondizzjoni li s-sublott jista’ jiġi separat fiżikament, kull lott irid jiġi maqsum f'sublottijiet skond it-Tabella 2 ma punt 5.1. Billi l-piż tal-lott mhux dejjem jidħol fih b'mod eżatt il-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b'massimu ta' 20 %, - kull sublott għandu jsirlu teħid ta' kampjun b'mod separat, - numru ta' kampjuni inkrementali: 100. Fil-każ ta' lottijiet taħt il-15-il tunnellata, in-numru ta' kampjuni inkrementali li jrid jittieħed jiddependi fuq il-piż tal-lott, b'minimu ta' 10 u massimu ta' 100 (ara punt 4,3), - piż tal-kampjun aggregat = 30 kg li jrid jitħallat u jinqasam fi tliet sottokampjuni indaqs ta' 10kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni fi tliet sottokampjuni mhemmx bżonnha fil-każ tal-karawett, tal-lewż, u tal-frott imqadded maħsub għal aktar għażil jew xi trattament fiżiku ieħor, iżda, dan jiddependi fuq id-disponibbilità ta' makkinarju li jkun kapaċi jomoġeniżża kampjun ta' 30 kg). Fil-każijiet fejn il-piżijiet ta' kampjuni aggregati huma taħt l-10 kg, il-kampjun aggregat m'għandux jinqasam fi tliet sottokampjuni, - kampjun tal-laboratorju: sottokampjun ta' 10 kg (kull sottokampjun għandu jintaħan fin separatament u jitħallat sew biex tinkiseb omogenizzazzjoni kompleta, in konformità mad-dispożizzjonijiet preskritti f'L-Anness II), - jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu ta' teħid ta' kampjuni deskritt hawn fuq minħabba l-konsegwenzi kommerċjali bħala riżultat ta' ħsara lil-lott (minħabba forom ta' imballaġġ, mezzi ta' trasport, eċċ) metodu alternattiv ta' teħid ta' kampjuni jista’ jiġi applikat sakemm ikun rappreżentattiv u jkun deskritt fis-sħiħ u dokumentat. 5.2.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott - Għall-karawett, il-lewż u l-frott imnixxef suġġett għall-għażil jew trattament ieħor fiżiku: - aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tas-sottokampjuni tikkonforma mal-limitu massimu, - Rifjut jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tas-sottokampjuni taqbeż il-limitu massimu, - għall-karawett, il-lewż, il-frott imnixxef u ċ-ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem: - aċċettazzjoni jekk ebda wieħed mis-sottokampjuni ma jaqbiżx il-limitu massimu, - rifjut jekk wieħed jew aktar mis-sottokampjuni jaqbeż il-limitu massimu, - fejn il-kampjun aggregat huwa taħt l-10 kg: - aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jikkonforma mal-limitu massimu, - rifjut jekk il-kampjun aggregat jaqbeż il-limitu massimu. 5.3. Lewż barra mill-karawett, il-pistaċċi u l-lewż tal-Brażil Frott imnixxef barra mit-tin Ċereali (lottijiet taħt il-50 tunnellata) 5.3.1. Proċedura ta' teħid ta' kampjuni Għal dawn il-prodotti, l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni preskritta fil-punt 5.2.1 tista’ tiġi applikata Iżda, meta wieħed jikkonsidra l-inċidenza baxxa ta' kontaminazzjoni għal dawn il-prodotti u/jew il-forom ġodda ta' imballaġġ li fih il-prodotti jistgħu jitqegħdu fil-kummerċ, metodi aktar sempliċi ta' teħid ta' kampjuni jistgħu jiġu applikati. Għal-lottijiet ta' ċereali taħt il-50 tunnellata, pjan ta' teħid ta' kampjuni li jikkonsisti, skond il-piż tal-lott, f'10 sa 100 kampjun inkrementali kull wieħed ta' 100 gramma, li jirriżulta f'kampjun aggregat ta' 1 sa 10 kg jista’ jintuża. Il-figuri fit-tabella li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta' kampjuni inkrementali li jrid jittieħed. Tabella 3: In-numru ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed skond il-piż tal-lott taċ-ċereali Piż tal-Lott (tunnellati) | Numru ta' kampjuni inkrementali | < 0,1 | 10 | > 1 - ≤ 3 | 20 | > 3 - ≤ 10 | 40 | > 10 - ≤ 20 | 60 | > 20 - ≤ 50 | 100 | 5.3.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott Ara punt 5.2.2. 5.4. Ħalib 5.4.1. Proċedura ta' teħid ta' kampjuni Teħid ta' kampjuni skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/180/KEE ta' l-14 ta' Frar 1991 li tippreskrivi ċerti metodi ta' analiżi u ttestjar ta' ħalib mhux proċessat u ħalib trattat bis-sħana [2]: - numru ta' kampjuni inkrementali: minimu 5, - piż tal-kampjun aggregat: minimu 0,5 kg jew litri. 5.4.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott - Aċċettazzjoni jekk il-kampjuni aggregat jikkonforma mal-limitu massimu, - rifjut jekk il-kampjun aggregat jaqbeż il-limitu massimu. 5.5. Prodotti dderivati u ikel kompost 5.5.1. Prodotti tal-ħalib 5.5.1.1. Proċedura ta' teħid ta' kampjuni Teħid ta' kampjuni skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/524/KEE tas-6 ta' Ottubru 1987 li tippreskrivi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi kimika għall-monitoraġġ ta' prodotti preservati tal-ħalib [3]: Numru ta' kampjuni inkrementali: minimu 5. Għall-prodotti l-oħra tal-ħalib jintuża metodu ekwivalenti ta' teħid ta' kampjuni. 5.5.1.2. Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott - Aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jikkonforma mal-limitu massimu, - rifjut jekk il-kampjun aggregat jaqbeż il-limitu massimu. 5.5.2. Prodotti oħra derivati b'piż baxx ħafna ta' partiċella, i.e. dqieq, pasta tat-tin, butir tal-karawett (distribuzzjoni omoġenea ta' kontaminazzjoni mill-aflatossiku) 5.5.2.1. Proċedura ta' teħid ta' kampjuni - numru ta' kampjuni inkrementali: 100. Għall-lottijiet ta' taħt 50 tunnellata n-numru ta' kampjuni inkrementali għandu jkun minn 10 sa 100, skond il-piż tal-lott (ara Tabella 3 f'punt 5.3.1 ta' dan l-Anness), - il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta'100 gramma bejn wieħed u ieħor. Fil-każ ta' lottijiet f'imballaġġ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi fuq il-piż ta' l-imballaġġ bl-imnut, - il-piż tal-kampjun aggregat = 1-10 kg imħallta sufiċjentement. 5.5.2.2. Numru ta' kampjuni li jridu jittieħdu - In-numru ta' kampjuni aggregati li jridu jittieħdu jiddependi fuq il-piż tal-lott. Id-diviżjoni ta' lottijiet kbar f'sublottijiet trid issir kif inhu definit għaċ-ċereali taħt punt 5.2. - kull sublott għandu jitteħidlu kampjun b'mod separat, 5.5.2.3 Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott - Aċċettazzjoni jekk il-kampjuni aggregat jikkonforma mal-limitu massimu, - rifjut jekk il-kampjun aggregat jaqbeż il-limitu massimu. 5.6. Prodotti oħra derivati b'qies ta' partiċella relativament kbira (distribuzzjoni eteroġenea ta' kontaminazzjoni ta' aflotossiku) Proċedura ta' teħid ta' kampjuni u aċċettazzjoni kif definita f'punti 5.2 u 5.3 ta' dan l-Anness għall-prodott agrikolu mhux ipproċessat. [1] Skond il-piż tal-lott — ara punt 4,3 jew 5,3 ta' dan l-Anness. [2] ĠU L 93, tat-13.4.1991, p. 1. [3] ĠU L 306, tat-28.10.1987, p. 24. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Preparazzjoni ta' kampjuni u kriterji għal metodi ta' analiżi użati fil-kontroll uffiċċjali tal-livelli ta' aflotossiċi f'ċerti oġġetti ta' l-ikel 1. Daħla 1.1. Prekawzjonijiet Id-dawl tax-xemx għandu jiġi eskluż kemm jista’ jkun matul il-proċedura, peress li l-aflotossiku bil-mod il-mod jiddekomponi taħt l-influwenza tad-dawl ultra-violet. Peress illi d-distribuzzjoni ta' l-aflotossiku hija estremament mhux omoġenea, il-kampjuni għandhom jiġu preparati — u speċjalment dawk omoġenizzati — b'kura kbira ħafna. Il-materjal li jirċievi l-laboratorju għandu jintuża għall-preparazzjoni tal-materjal tat-test. 1.2. Kalkolu tal-proporzjon tal-qoxra/għadma tal-lewż Il-limiti stabbiliti għall-aflotossiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1525/98 japplikaw għall-parti li tittiekel. Il-livell ta' aflotossiċi fil-parti li tittiekel tista’ tiġi ddeterminata billi: - tfarrak kampjuni ta' lewż "fil-qoxra" u l-livell ta' aflotossiċi huwa direttament determinat fil-parti li tittiekel, - tomoġenizza l-lewż "fil-qoxra" billi tgħaddihom mill-proċedura ta' preparazzjoni tal-kampjun. Il-teħid ta' kampjuni u l-proċedura analitika għandhom jikkalkolaw il-piż tal-għadma tal-lewża fil-kampjun aggregat. Il-piż ta' l-għadma tal-lewża fil-kampjun aggregat huwa kalkolat wara li jiġi stabbilit koeffiċjent xieraq għall-proporzjon ta' qoxra ma’ għadma fil-lewż sħih. Dan il-proporzjon jintuża biex taċċerta l-ammont ta' għadma fil-kampjun bil-grossa mgħoddi mill-preparazzjoni tal-kampjun u l-proċedura ta' analiżi. Bejn wieħed u ieħor jittieħdu 100 lewża sħiħa bl-addoċċ separatament mil-lott jew inkella għandhom jitwarrbu minn kull kampjun aggregat. Il-proporzjon, għal kull kampjun tal-laboratorju, jista’ jinkiseb billi wieħed jiżen il-lewż is-sħiħ, iqaxxru u jerġa’ jiżen il-porzjonijiet tal-qoxra u ta' l-għadma. Iżda, l-proporzjon ta' qoxra u għadma jista’ jiġi stabbilit mil-laboratorju minn numru ta' kampjuni u hekk wieħed jista’ jassumih għal xogħol analitiku ’il quddiem. Iżda jekk xi kampjun partikolari jinstab li qed jaqbeż xi limitu, il-proporzjon għandu jiġi determinat għal dak il-kampjun billi jintużaw dawk il-mitt lewża bejn wieħed u ieħor li twarrbu. 2. Trattament tal-kampjun kif wasal fil-laboratorju Itħan fin u ħallat sewwa kull kampjun tal-laboratorju billi tuża proċess li ġie ppruvat li bih tikseb omoġenizzazzjoni sħiħa. 3. Suddiviżjoni ta' kampjuni għall-għanijiet ta' dħul fis-seħħ u difiża Il-kampjuni replikati għall-għanijiet ta' dħul fis-seħħ, kummerċ (difiża) u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-materjal omoġenizzat sakemm dan ma jmurx kontra r-regoli ta' l-Istati Membri fuq il-teħid ta' kampjuni. 4. Metodi ta' analiżi li jridu jintużaw mil-laboratorju u ħtiġijiet ta' kontroll tal-laboratorju 4.1. Definizzjonijiet Numru ta' l-aktar definizzjonijiet komunement użati li l-laboratorju ser ikun meħtieġ juża jingħataw hawn taħt: Il-parametri ta' preċiżjoni l-aktar kwotati komunement huwa r-ripetibbilità u r-riproduċibbilità r = ripetibilita’, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli ta' test miksuba taħt kondizzjonijiet ta' ripetibilita (i.e. l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u intervall qasir ta' ħin) jista jiġi mistenni li jinsab bejn probabilta speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr Sr = devjazzjoni standard, kalkolata minn riżultati ġenerati taħt kondizzjonijiet ta' ripetibilita. RSDr = devjazzjoni standard relattiva, kalkolata minn riżultati ġenerati taħt kondizzjonijiet ta' ripetibilita È(Sr/x) × 100É, fejn x hija l-medja ta' riżultati mill-laboratorji kollha u l-kampjuni R = riproduċibilita, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati singoli ta' test miksuba taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilita (i.e. fuq materjal identiku miksub minn operaturi f’laboratorji differenti, li jużaw il-metodu ta' test standardizzat) jista’ jiġi mistenni li jinsab bejn ċerta probabilta (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR Sr = devjazzjoni standard, kalkolata minn riżultati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilta RSDR = devjazzjoni standard relattiva kalkolata minn riżultati ġenerati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilta È(S R/x) × 100É 4.2. Kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali Metodi ta' analiżi użati għall-għanijiet ta' kontroll ta' ikel għandhom jikkonformaw kemm jista’ jkun possibbli mad-dispożizzjonijiet ta' punti 1 u 2 ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 85/591/EEC. 4.3. Kundizzjonijiet meħtieġa speċifiċi Fejn ebda metodu speċifiku għad-determinazzjoni tal-livelli aflatossiċi fl-oġġetti ta' l-ikel mhux preskritt fuq livell Komunitarju, l-laboratorji jistgħu jagħżlu kull metodu sakemm il-metodu magħzul jissodisfa l-kriterji li ġejjin: Il-preċizjoni RSD r tista’ tiġi kkalkolata bħala 0,66 il-darba il-preċizjoni RSD R mal-konċentrazzjoni ta' interess. Kriterju | Raġġ ta' Konċentrazzjoni | Valur rakkomandat | Valur massimu permess | Vojt | Kollha | Negliġibbli | | Rikupru — Aflatossiku M1 | 0,01-0,5 μg/L | 60 to 120 % | | > 0,05 μg/L | 70 to 110 % | | Rkupru — Aflotossiċi B1, B2, G1, G2 | < 1,0 μg/L | 50 to 120 % | | 1-10 μg/L | 70 to 110 % | | > 10 μg/L | 80 to 110 % | | Preċiżjoni RSD R | Kollha | Kif idderivat mill-ekwazzjoni Horwitż | 2 x il-valur idderivat mill-ekwazzjoni Horwitz | Noti: - Il-valuri għandhom japplikaw kemm ma’ B1 kif ukoll mas-somma ta' B1 + B2 + G1 + G2, - jekk is-somma ta' l-aflotossiċi individwali B1 + B2 + G1 + G2 għandhom jiġu rapportati, allura r-reazzjoni ta' kull wieħed għas-sistema analitika trid jew tkun magħrufa jew ekwivalenti, - il-limiti ta' sensibbilità tal-metodi użati mhumiex mistqarra peress li l-valuri ta' preċiżjoni jingħataw fil-konċentrazzjonijiet ta' interess, - il-valuri ta' preċiżjoni huma kalkolati mill-ekwazzjoni Horwitz, i.e.: RSDR = 2 (1-0,5 logC) fejn: - RSDR hija d-devjazzjoni standard kalkolata mir-riżultati ġenerati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibbilità ġ(SR/x) × 100 ħ - C hija l-proporzjon ta' konċentrazzjoni (i. e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1000 mg/kg). Din hija ekwazzjoni ġeneralizzata ta' preċiżjoni li nstabet indipendenti mill-analiżi u matriċi iżda dipendenti biss fuq il-konċentrazzjoni għal bosta metodi ta' analiżi ta' rutina. 4.4. Kalkolu ta' rkupru Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rapportat korrett jew mhux korrett għall-irkupru. Il-metodu ta' rappurtar u l-livell ta' rkupru għandu jiġi rappurtat. 4.5. Standards ta' kwalita tal-laboratorju Il-laboratorji għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 93/99KEE. --------------------------------------------------