31998L0046



Official Journal L 198 , 15/07/1998 P. 0022 - 0039


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/46/KE

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998

li temenda l-Annessi A, D (Kapitolu I) u F tad-Direttiva 64/432/KEE dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 16(1Xa) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Billi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/432/KEE il-Kummissjoni ġiet mitluba tagħmel proposti sabiex jiġu emendati l-Annessi A, D (Kapitolu I) u F tad-Direttiva msemmija, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-addattament tagħhom għal żviluppi teknoloġiċi;

Billi fl-istess Artikolu huwa stabbilit li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dawn il-proposti permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata qabel l-1 ta’ Jannar 1998;

Billi fi żmenijiet riċenti l-iżvilupp ta’ proċeduri amministrattivi veterinarji li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-merħla, il-kontroll tal-moviment ta’ l-annimali, l-identifikazzjoni ta’ l-annimali u l-immaniġġjar ta’ l-informazzjoni fir-rigward tal-kontroll tal-mard jeħtieġ emendi li għandhom isiru lil ċerti l-Annessi għad-Direttiva 64/432/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi A, D (Kapitolu I) u F għad-Direttiva 64/432/KEE huma hawnhekk issostitwiti bl-Annessi għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikolhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija ta’ liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha bħala d-destinazzjoni tagħha lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/12/KE (ĠU L 109, 25.4.1997, p. 1).

[2] ĠU C 266, 3.9.1997, p. 4, u ĠU C 337, 7.11.1997, p. 1.

[3] ĠU C 14, 19.1.1998, p. 58.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS A

I. Merħla bovina uffiċjalment libera mit-tuberkulożi

Għall-iskopijiet ta’ din is-sezzjoni annimali bovini’ tfisser l-annimali bovini kollha bl-eċċezzjoni ta’ annimali li jieħdu sehem f’eventi kulturali jew sportivi.

1. Merħla bovina hija uffiċjalment libera mit-tuberkulosi jekk:

(a) l-annimali kollha huma liberi minn sinjali kliniċi tat-tuberkolosi;

(b) l-annimali bovini kollha huma ta’ eta ta’ iktar minn sitt ġimgħat u rreaġixxew negattivament għal mill-inqas żewġ testijiet uffiċjali intradermala tuberkulini mwettqa skond l-Anness B; l-ewwel sitt xhur wara l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe infezzjoni mill-merħla u t-tieni sitt xhur wara jew, meta l-merħla ġiet komposta biss minn animali li joriġinaw f’merħliet uffiċjalment liberi mit-tuberkolosi, l-ewwel test għandu jitwettaq għal inqas 60 jum wara l-assemblaġġ u t-tieni m’għandux ikun meħtieġ;

(ċ) wara l-kompletezza ta’ l-ewwel test imsemmi f’(b), l-ebda annimal bovin ta’ iktar minn sitt ġimgħat ma ġie introdott fil-merħla sakemm ma rreaġixxiex negattivament għal test intradermali tuberkulin imwettaq u stmat skond l-Anness B u mwettaq jew fit-30 jum ta’ qabel, jew fit-30 jum ta’ wara d-data ta’ l-introduzzjoni tagħha fil-merħla; fil-każ ta’ l-aħħar l-annimal(i) għandu jiġi iżolat fiżikament mill-annimali l-oħra tal-merħla b’tali mod li jiġi evitat kull kuntatt dirett jew indirett ma’ l-annimali l-oħra sakemm jiġu ppruvati fin-negattiv.

Madanakollu, l-awtorita kompetenti ma tistax teħtieġ li dan it-test jitwettaq għal movimenti ta’ annimali fit-territorju proprju jekk l-annimal huwa minn merħla uffiċjalment libera mit-tuberkolożi, ħlief fi Stat Membru fejn, fl-1 ta’ Jannar 1998 u sakemm jintlaħaq l-istatus ta’ reġjun uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi, l-awtorita kompetenti talbet li dawn it-testijiet jitwettqu għal annimali li jkunu qed jiġu spustjati bejn merħliet li jkunu qed jipparteċipaw f’sistema ta’ netwerk imsemmija fl-Artikolu 14.

2. Merħla bovina żżomm uffiċjalment l-istatus ta’ libera mit-tuberkulożi jekk:

(a) il-kondizzjonijiet imsemmija f’1(a) u (ċ) ikomplu japplikaw;

(b) l-annimali kollha li jkunu qed jidħlu fl-azjenda jiġu minn merħliet ta’ status uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi;

(ċ) l-annimali kollha fl-azjenda, bl-eċċezzjoni ta’ għoġġiela ta’ età ta’ inqas minn sitt ġimgħat li twieldu fl-azjenda, huma soġġettati għal ittestjar tuberkulin ta’ rutina skond l-Anness B f’intervalli annwali.

Madankollu, l-awtorita kompetenti ta’ Stat Membru tista’, għall-Istat Membru jew parti mill-Istat Membru fejn il-merħliet kollha bovini huma soġġetti għal programm uffiċjali sabiex tiġi kkumbattuta t-tuberkulożi, taltera l-frekwenza tat-testijiet ta’ rutina kif ġej:

- jekk il-medja – iddeterminata fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena - tal-perċentwali annwali ta’ merħliet bovini kkonfermati bħala infettati bit-tuberkulożi mhijiex aktar minn 1 % tal-merħliet kollha fiż-żona ddefinita fl-aħħar żewġ perjodi ta’ sorveljanza annwali l-iktar riċenti, l-intervall bejn it-testijiet tal-merħliet ta’ rutina jista’ jiżdied għal sentejn u annimali maskili għat-tħaxxin f’unità epidemioloġikament iżolata jistgħu jiġu eżentati minn testjar ta’ tuberkulin sakemm jiġu minn merħliet uffiċjalment liberi mit-tuberkulożi u l-awtorita kompetenti tiggarantixxi li l-maskili għat-tħaxxin ma jintużawx għal tkabbir u jmorru direttament għall-qatla,

- jekk il-medja - iddeterminata fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena - tal-perċentwali annwali ta’ merħliet bovini kkonfermati bħala infettati bit-tuberkulożi mhijiex aktar minn 0,2 % tal-merħliet kollha fiż-żona ddefinita fl-aħħar żewġ perjodi ta’ sorveljanza biennali l-iktar riċenti, l-intervall bejn testijiet ta’ rutina jista’ jiżdied għal tliet snin u/jew l-età li fiha l-annimali għandhom jiġu ssoġgettati għal dawn it-testijiet tista’ tiżdied għal 24 xahar,

- jekk il-medja - iddeterminata fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena - tal-perċentwali annwali ta’ merħliet bovini kkonfermati bħala infettati bit-tuberkulożi mhijiex aktar minn 0,1 % tal-merħliet kollha fiż-żona ddefinita fl-aħħar żewġ perjodi ta’ sorveljanza triennali l-iktar riċenti, l-intervall bejn testijiet ta’ rutina jista’ jiżdied għal erba’ snin, jew, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti, l-awtorita kompetenti tista’ ma teħtieġx ittestjar tat-tuberkulin tal-merħliet:

(1) qabel l-introduzzjoni fil-merħla l-annimali bovini kollha huma soġġetti għal test intradermali tuberkulin b’riżultati negattivi;

(2) l-annimali bovini kollha maqtula huma eżaminati għal leżjoniijiet tat-tuberkulożi u kull leżjoni ta’ dan it-tip hija ssottomessa għal eżami istopatoloġiku u batterjoloġiku għal prova ta’ tuberkulożi.

L-awtorita kompetenti tista’ wkoll, fir-rigward ta’ l-Istat Membru jew parti minnu, iżżid il- frekwenza ta’ testjar tat-tuberkulin jekk il-livell tal-marda żdied.

3A. L-istatus uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi ta’ merħla għandu jiġi sospiż jekk:

(a) il-kondizzjonijiet li jinstabu fil-paragrafu 2 m’għadhomx jiġu sodisfatti;

jew

(b) annimal wieħed jew iktar jitqiesu li taw reazzjoni pożittiva għal test tuberkulin, jew każ ta’ tuberkulożi huwa ssospettat f’eżami ta’ l-awtopsja.

Meta annimal huwa kkunsidrat reattur pożittiv huwa għandu jitneħħa mill-merħla u jinqatel. Eżamijiet approprjati ta’ l-awtopsja, tal-laboratorju u epidemoloġiċi għandhom jitwettqu fuq ir-reattur pożittiv jew il-karkassa ta’ l-annimal issuspettat. L-istatus tal-merħla jibqa’ sospiż sa dak iż-żmien li fih l-eżamijiet kollha tal-laboratorju ġew ikkompletati. Jekk il-preżenza tat-tuberklożi mhijiex ikkonfermata, is-sospensjoni ta’ l-istatus uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi jista’ jitneħħa wara test ta’ l-annimali kollha ta’ età ta’ aktar minn sitt ġimgħat b’riżultati negattivi għall-inqas 42 ġurnata wara t-tneħħija ta’ l-annimal(i) reatturi;

Jew

(ċ) il-merħla tikkontjeni annimali ta’ status inċert kif deskritt fl-Anness B. F’ dan il-każ, l-istatus tal-merħla għandu jibqa’ sospiż sakemm l-istatus ta’ l-annimali ġie ċċarat. Dawn l-annimali għandhom jiġu iżolati mill-annimali l-oħra tal-merħla sakemm l-istatus tagħhom ikun ġie ċċarat, jew permezz ta’ test ieħor wara 42 ġurnata jew permezz ta’ awtopsja u eżami tal-laboratorju;

(d) madankollu, b’deroga mill-ħtiġiet tal-paragrafu (ċ), fi Stat Membru fejn l-awtorità kompetenti twettaq testijiet ta’ rutina tal-merħla bl-użu tat-test tuberkulin kumparattiv deskritt f’Anness B, u fil-każ tal-merħla fejn l-ebda annimali reatturi kkonfermati ma nstabu fl-aħħar tliet snin, l-awtorita kompetenti tista’ tiddeċidi li ma tillimitax il-moviment ta’ annimali oħra fil-merħla, sakemm l-istatus ta’ kwalunkwe reatturi inkonklużivi huwa riżolt b’test ieħor wara 42 ġurnata u li l-ebda annimali mill-azjenda ma huwa permess li jidħol f’kummerċ intra-Komunitarju sakemm l-istatus ta’ kwalunkwe reattur inkonklużiv ma jkun ġie riżolt. Jekk f’dan it-test sussegwenti kwalunkwe annimal jew jagħti reazzjoni pożittiva jew ikompli jagħti reazzjoni inkonklużiva, il-kondizzjonijiet tal-paragrafu (b) japplikaw. Jekk il-preżenza tal-marda hija sussegwentement ikkonfermata, l-annimali kollha li jħallu l-azjenda minn l-aħħar darba li kien hemm test tal-merħla u kien hemm riżultat ċar, għandhom jiġu rintraċċati u ttestjati.

3B. L-istatus uffiċjali liberu tal-merħla mit-tuberkulożi għandu jiġi rtirat jekk tkun ikkonfermata l-preżenza tat-tuberkulożi permezz ta’ l-iżolament ta’ M. bovis fuq eżami tal-laboratorju.

L-awtorità kompetenti tista’ tirtira status jekk:

(a) il-kondizzjonijiet iddettaljati fil-punt 2 mhumiex sodisfatti aktar, jew

(b) leżjonjiet klassiċi tat-tuberkulożi jinstabu fl-awtopsja, jew

(ċ) inkjesta epidemoloġika tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ l-infezzjoni,

(d) jew għal kwalukwe raġuni oħra kkunsidrata neċessarja għall-fini tal-kontroll ta’ tuberkulożi bovina.

L-intraċċar u l-kontroll għandhom isiru mill-awtorita kompetenti ta’ kull merħla kkunsidrata li għandha konessjoni epidemoloġika. L-istatus uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi ta’ merħla għandu jibqa’ rtirat sakemm ikun komplut it-tindif u d-diżinfettar tal-post u ta’ l-għodda u l-annimali kollha ta’ età ta’ aktar minn sitt ġimgħat ma rreaġixxew b’mod negattiv għall-inqas għal żewġ testijiet tuberkulini konsekuttivi, l-ewwel wieħed mhux inqas minn 60 jum u t-tieni wieħed mhux inqas minn erba’ xhur u mhux aktar minn 12-il xahar wara t-tneħħija ta’ l-aħħar reattur pożittiv.

4. A bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 8, Stat Membru jew parti minn Stat Membru jistgħu jiġu ddikjarati uffiċjalment liberi mit-tuberkulożi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-perċentwali ta’ merħliet bovini kkonfermati bħala infettati bit-tuberkulożi ma eċċediex 0,1 % kull sena tal-merħliet kollha għal sitt snin konsekuttivi u għall-inqas 99,9 % tal-merħliet ikunu ottenew l-istatus uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi kull sena għal sitt snin konsekuttivi, bil-kalkolu ta’ dan il-perċentwali li għandu jsir fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja;

(b) sistema ta’ identifikazzjoni li tagħmilha possibbli sabiex jiġu identifikati l-merħliet ta’ oriġini u t-transitu għal kull annimal bovin eżistenti skond ir-Regolament (KE) Nru 820/97 [1];

(ċ) l-annimali bovini maqtula kollha huma soġġetti għall-awtopsja;

(d) hemm konformità mal-proċeduri għal sospensjoni u rtirar ta’ status uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi.

5. L-Istat Membru jew parti minn Stat Membru jżomm l-istatus uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi jekk il-kondizzjonijiet 4(a) sa (d) jibqgħu jiġu sodisfatti. Madankollu, jekk hemm prova ta’ tibdil sinifikanti fis-sitwazzjoni fir-rigward tat-tuberkulożi fi Stat Membru jew parti minn Stat Membru li ġie rrikonoxxut bħala uffiċjalment liberu mit-tuberkulożi, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tieħu Deċiżjoni li tissospendi jew tirrevoka l-istatus sakemm il-ħtiġiet tad-Deċiżjoni ikunu ġew sodisfatti.

II. Merħliet, kif ukoll merħliet bovini, uffiċjalment liberi mill-bruċellożi.

Għall-iskopijiet ta’ din is-sezzjoni annimali bovini’ tfisser l-annimali bovini kollha bl-eċċezzjoni ta’ maskili għal tħaxxin sakemm jiġu minn merħliet uffiċjalment liberi mill-bruċellożi u l-awtorita kompetenti tiggarantixxi li l-maskili għal tħaxxin ma jintużawx għal tkabbir u jmorru direttament għall-qatla.

1. Merħla bovina hija uffiċjalment libera mill-bruċellożi jekk:

(a) ma tikkontjeni l-ebda annimali bovini li ġew ivvaċċinati kontra l-bruċellożi, ħlief femminili li ġew imlaqqma għall-inqas tliet snin qabel;

(b) l-annimali bovini kollha kienu liberi minn sinjali kliniċi ta’ bruċellożi għall-inqas għall-sitt xhur;

(ċ) l-annimali bovini kollha ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar ġew soġġetti għal wieħed mir-regimes ta’ testijiet li ġejjin b’riżultati negattivi skond l-Anness Ċ:

(i) żewġ testijiet seroloġiċi speċifikati fil-paragrafu 10 f’intervall ta’ aktar minn tliet xhur u inqas minn 12-il xahar;

(ii) tliet testijiet fuq kampjuni ta’ ħalib f’intervalli ta’ tliet xhur b’warajhom għall-inqas sitt ġimgħat wara test seroloġiku speċifikat fil-paragrafu 10;

(d) kwalunkwe annimal bovin li jidħol fil-merħla jiġi minn merħla bi status uffiċjalment libera mill-bruċellożi u, fil-kaz ta’ annimali bovini ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar, wera titre ta’ bruċella ta’ inqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml meta mogħti test ta’ serum agglutinazzjoni skond l-Anness Ċ jew irreaġixxa negattivament għal kull test ieħor approvat skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 17 fit-30 jum qabel jew it-30 jum wara d-data ta’ l-introduzzjoni tiegħu fil-merħla: fil-każ ta’ l-aħħar, l-annimal(i) għandhom jiġu iżolati fiżikament mill-annimali l-oħra tal-merħla b’ tali mod li jevitaw kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali oħrajn sakemm ippruvati negattivi.

2. Merħla bovina żżomm l-istatus uffiċjalment liberu mill-bruċellożi jekk.

(a) wieħed mir-reġimi ta’ test li ġejjin huwa mwettaq annwalment b’riżultati negattivi skond l-Anness Ċ:

(i) tliet milk ring tests imwettqa f’intervalli ta’ għall-inqas tliet xhur;

(ii) tliet milk ELISAs imwettqa f’intervalli ta’ għall-inqas tliet xhur;

(iii) żewġ milk ring tests imwettqa f’intervalli ta’ għall-inqas tliet xhur b’mill-inqas sitt ġimgħat wara test seroloġiku msemmi fil-paragrafu 10;

(iv) żewġ milk ELISAs imwettqa f’intervalli ta’ għall-inqas tliet xhur b’mill-inqas sitt ġimgħat wara test seroloġiku msemmi fil-paragrafu 10;

(v) żewġ testijiet seroloġiċi mwettqa f’intervalli ta’ mill-inqas tliet xhur u mhux aktar minn 12-il xahar.

Madankollu, l-awtorita kompetenti ta’ Stat Membru tista’, għall-Istat Membru jew parti mill-Istat Membru li mhuwiex uffiċjalment liberu mill-bruċellożi iżda meta l-merħliet bovini kollha huma soġġetti għal programm uffiċjali sabiex tiġi kkumbattuta l-bruċellożi, taltera l-frekwenza tat-testijiet tar-rutina kif ġej:

- meta mhux aktar minn 1 % tal-merħliet bovini huma nfettati, jista’ jkun suffiċjenti li jitwettqu kull sena żewġ milk ring tests jew żewġ milk ELISAs b’intervall ta’ għall-inqas tliet xhur, jew test wieħed seroloġiku,

- meta għall-inqas 99,8 % tal-merħliet bovini ġew irrikonoxxuti bħala uffiċjalment liberi mill-bruċellożi għall-inqas għal erba’ snin, l-intervall bejn il-verifiki jista’ jiġi estiż sa sentejn jekk l-annimali kollha ta’ eta ta’ aktar minn 12-il xahar huma ttestjati, jew l-ittestjar jista’ jkun ristrett għal annimali ta’ eta ta’ aktar minn 24 xahar jekk il-merħliet jibqgħu jiġu ttestjati kull sena. Il-verifiki għandhom jitwettqu bl-użu ta’ wieħed mit-testijiet seroloġiċi msemmija fil-paragrafu 10;

(b) l-annimali bovini kollha li jkunu qed jidħlu fil-merħla jiġu minn merħliet li għandhom status uffiċjalment liberu mill-bruċellożi u, fil-każ ta’ annimali bovini ta’ eta ta’ aktar minn 12-il xahar, urew titre ta’ bruċella ta’ inqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml meta mogħtija test serum ta’ agglutinazzjoni skond l-Anness Ċ jew irreaġixxew negattivament għal kwalunkwe test ieħor approvat skond il-proċedura fl-Artikolu 17 fit-30 jum ta’ qabel jew fit-30 jum ta’ wara d-data ta’ l-introduzzjoni tagħhom fil-merħla; fil-każ ta’ l-aħħar, l-annimal(i) għandhom jiġu iżolati fiżikament mill-annimali l-oħra tal-merħla b’tali mod li jiġi evitat kuntatt dirett jrew indirett ma’ l-annimali l-oħra sakemm ippruvati negattivi.

Madankollu, t-test deskritt fil-punt (b) m’għandux ikun meħtieġ fi Stati Membri, jew reġjuni ta’ Stati Membri, meta l-perċentwali ta’ merħliet bovini infettati bil-bruċellożi ma eċċediex 0,2 % għal mill-inqas sentejn u meta l-annimal jiġi minn merħla uffiċjalment libera mill-bruċellożi f’dak l-Istat Membru jew reġjun u li waqt it-trasportazzjoni ma ġiex f’kuntatt ma’ annimali bovini ta’ status aktar baxx;

(ċ) minkejja l-punt (b), annimali bovini minn merħla bovina libera mill-bruċellożi jistgħu jiġu introdotti f’merħla uffiċjalment libera mill-bruċellożi jekk għandhom għall-inqas 18-il xahar u, jekk imlaqqma kontra l-bruċellożi, it-tilqima twettqet aktar minn sena qabel.

Dawn l-annimali għandhom ikunu wrew, fit-30 jum qabel l-introduzzjoni, titre ta’ bruċella aktar baxx minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml u riżultat negattiv meta mogħtija test ta’ fissazzjoni komplimentarja, jew test ieħor approvat taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

Jekk, madanakollu, annimal bovin femminili minn merħla libera mill-bruċellożi huwa introdott f’merħla li hija uffiċjalment libera mill-bruċellożi, taħt id-disposizzjonijiet tal-paragrafu hawn fuq, dik il-merħla għandha tiġi kkunsidrata libera mill-bruċellożi għal sentejn mid-data li fiha l-aħħar annimal imlaqqam kien introdott.

3A. L-istatus uffiċjalment liberu mill-bruċellożi ta’ merħla għandu jiġi sospiż jekk:

(a) il-kondizzjonijiet iddettaljati fil-paragrafi 1 u 2 mhumiex sodisfatti aktar; jew

(b) bħala riżultat ta’ testijiet tal-laboratorju jew a bażi klinika annimal bovin wieħed jew iktar huwa ssuspettat li għandu l-bruċellożi u l-annimali ssuspettati ġew maqtula jew iżolati b’mod sabiex jiġi evitat kull kuntatt dirett jew indirett ma’ l-annimali l-oħra.

Meta l-annimal ġie maqtul u mhuwiex disponibbli aktar għall-ittestjar, is-sospensjoni tista’ titneħħa jekk żewġ testijiet serum ta’ agglutinazzjoni, imwettqa skond l-Anness Ċ fuq l-annimali bovini kollha fil-merħla li għandhom età ta’ aktar minn 12-il xahar, juru titre aktar baxx minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml. L-ewwel test għandu jitwettaq għall-inqas 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimal u t-tieni wieħed għall-inqas 60 jum wara.

Meta l-annimal ġie iżolat mill-annimali fil-merħla, huwa jista’ jiġi introdott mill-ġdid fil-merħla u l-istatus tal-merħla jista’ jerġa’ jingħata wara:

(a) test serum ta’ agglutinazzjoni li wera titre aktar baxx minn 30 IU ta’ agglutinazjoni għal kull ml u ta’ riżultat negattiv għal test ta’ fissazzjoni komplimentari, jew

(b) riżultat negattiv għal kwalunkwe kombinazzjoni oħra ta’ testijiet approvati għal dak l-iskop taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

3B. L-istatus uffiċjalment liberu mill-bruċellożi tal-merħla għandu jiġi rtirat jekk, bħala riżultat tat-testijiet tal-laboratorju jew investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, l-infezzjoni bruċella ġiet ikkonfermata fil-merħla.

L-isatus tal-merħla m’għandux jiġi rrestawrat sakemm jew l-annimali bovini kollha preżenti fil-merħla fiż-żmien tat-tfaqqiħ tal-marda, jew il-merħla ġiet soġġetta għal testing ta’ kontroll u l-annimali kollha ta’ aktar minn 12-il xahar taw riżultati negattivi għal żewġ testijiet konsekuttivi b’intervalli ta’ 60 jum, l-ewwel wieħed jitwettaq mhux inqas minn 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimal(i) pożittivi.

Fil-każ ta’ annimali bovini li kienu inċinti fiż-żmien tat-tfaqqiħ tal-marda, il-verifika finali għandha titwettaq għall-inqas 21 jum wara li l-aħħar annimal inċint fiż-żmien tat-tfaqqiħ tal-marda tkun, welldet.

4. Merħla bovina hija libera mill-bruċellożi jekk hija tikkonforma mal-kondizzjonijiet f’1(b) u (ċ) u meta t-tilqim twettaq kif ġej:

(i) annimali bovini femminili ġew imlaqqma:

- qabel l-età ta’ sitt xhur b’live strain 19 vaccine, jew

- qabel l-età ta’ 15-il xahar b’killed 45/20 adjuvant vaccine li ġiet spezzjonata u approvata uffiċjalment, jew

- b’ tilqim ieħor approvati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17;

(ii) annimali bovini taħt l-età ta’ 30 xahar li ġew imlaqqma b’live strain 19 vaccine jistgħu jagħtu riżultat ta’ test serum ta’ agglutinazzjoni akbar minn 30 IU iżda anqas minn 80 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull millilitru sakemm, fit-test ta’ fissazzjoni komplimentari, jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 unità KEE fil-każ ta’ femminili mlaqqma anqas minn 12-il xahar qabel jew inqas minn 20 unità KEE fil-każijiet l-oħrajn kollha.

5. Merħla bovina żżomm l-istatus tagħha libera mill-bruċellożi jekk:

(i) hija soġġetta għal waħda mir-reġimi ta’ ttestjar elenkati f’ 2(a);

(ii) annimali bovini li jidħlu fil-merħla jikkonformaw mal-ħtiġiiet ta’ 2(b); jew

- jiġu minn merħliet li l-istatus tagħhom huwa liberu mill-bruċellożi, u fil-każ ta’ annimali bovini ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar, urew, fit-30 jum ta’ qabel jew f’iżolazzjoni wara l-introduzzjoni fil-merħla, anqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml meta mogħtija test serum ta’ agglutinazzjoni u riżultat negattiv għal test ta’ fissazzjoni komplimentari skond l-Anness Ċ, jew

- jiġu minn merħliet li l-istatus tagħhom huwa liberu mill-bruċellożi, għandhom eta ta’ inqas minn 30 xahar u ġew imlaqqma b’live strain 19 vaccine jekk jagħtu riżultat ta’ test serum ta’ agglutinazzjoni akbar minn 30 IU iżda anqas minn 80 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull millilitru sakemm, fit-test ta’ fissazzjoni komplimentari, jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 unità KEE fil-każ ta’ femminili mlaqqma anqas minn 12-il xahar qabel jew inqas minn 20 unità KEE fil-każijiet l-oħra kollha.

6A. L-istatus ta’ merħla libera mill-bruċellożi għandu jiġi sospiż jekk:

(a) ma kienx hemm konformità mal-kondizzjonijiet iddettaljati fil-paragrafi 4 u 5; jew

(b) bħala riżultat ta’ testijiet tal-laboratorju jew fuq bażijiet kliniċi annimal bovin wieħed jew iktar ta’ età ta’ aktar minn 30 xahar huwa ssuspettat li għandu l-bruċellożi u l-annimal(i) ssuspettati nqatlu, jew ġew iżolati b’mod li ma jipermettix kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali oħra.

Meta l-annimal ġie iżolat, jista’ jiġi introdott mill-gdid fil-merħla u l-istatus tal-merħla jista’ jiġi rrestawrat, jekk huwa muri sussegwentement tire serum ta’ agglutinazzjoni aktar baxx minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml u ta’ riżultat negattiv lil test ta’ fissazzjoni komplimentari, jew test ieħor approvat taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

Meta l-annimali nqatlu u m’għadhomx disponibbli aktar għall-ittestjar, is-sospensjoni tista’ titneħħa jekk żewġ testijiet serum ta’ agglutinazzjoni, imwettqa skond l-Anness Ċ fq l-annimali bovini kollha fl-azjenda ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar, juru titre aktar baxx minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml. L-ewwel test għandu jitwettaq għall-inqas 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimal u t-tieni wieħed għall-inqas 60 ġurnata wara.

Jekk l-annimali li għandhom jiġu ttestjati fiż-żewġ subparagrafi preċedenti huma taħt l-età ta’ 30 xahar u ġew imlaqqma b’live strain 19 vaccine huma jistgħu jiġu kkunsidrati li huma negattivi jekk jagħtu riżultat ta’ test serum ta’ agglutinazzjoni akbar minn 30 IU iżda inqas minn 80 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull millilitru sakemm, fit-test ta’ fissazzjoni komplimentari, jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 unità KEE fil-każ ta’ femmini mlaqqma inqas mit-12-il xahar qabel jew inqas minn 20 unità KEE fil-każijiet l-oħra kollha.

6B. L-istatus tal-merħla libera mill-bruċellożi għandu jiġi rtirat, bħala riżultat ta’ testijiet tal-laboratorju ta’ investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, infezzjoni ta’ bruċella ġiet ikkonfermata f’merħla. L-istatus tal-merħla m’għandux jiġi rrestawrat sakemm jew l-annimali bovini kollha preżenti fil-merħla fiż-żmien tat-tfaqqiħ tal-marda ġew maqtula jew il-merħla kienet soġġetta għal testing ta’ kontroll u l-annimali kollha mhux imlaqqma ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar taw riżultati negattivi f’żewġ testijiet konsekuttivi b’intervalli ta’ 60 jum, l-ewwel wieħed jitwettaq mhux inqas minn 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimal(i) pożittivi.

Jekk l-annimali kollha li għandhom jiġu kkontrollati msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom età ta’ inqas minn 30 xahar u ġew imlaqqma b’live strain 19 vaccine, huma jistgħu jiġu kkunsidrati negattivi jekk juru titre ta’ bruċella ta’ aktar minn 30 IU iżda inqas minn 80 IU ta’ agglutinazzjoni għal kull ml, sakemm fit-test ta’ fissazzjoni komplimentari juru titre ta’ inqas minn 30 unità KEE fil-każ ta’ femmini mlaqqma anqas minn 12-il xahar qabel jew titre ta’ inqas minn 20 unità KEE fil-każijiet l-oħra kollha.

Fil-każ ta’ annimali bovini li kienu inċinti fiż-żmien li fih faqqgħet il-marda, il-verifika finali għandha tkun twettqet għall-inqas 21 jum wara li l-aħħar annimal inċint fiż-żmien tat-tfaqqigħ tal-marda ikun welled.

7. Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment liberu mill-bruċellożi skond il-proċedura li tinstab fl-Artikolu 17 jekk tissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ebda każ ta’ abort ikkawżat minn infezzjoni ta’ bruċella u l-ebda iżolamenti ta’ B. abortus ma ġie rreġistrat għal mill-inqas tliet snin u għall-inqas 99,8 % tal-merħliet ikunu ottenew status uffiċjalment liberu mill-bruċellożi kull sena għal ħames snin konsekuttivi, bil-kalkolu ta’ din il-perċentwali li għandu jseħħ fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja. Madankollu, meta l-awtorita kompetenti tadotta politika ta’ qtil tal-merħla kollha, inċidenti iżolati murija b’inkjesta epidemjoloġika li huma dovuti għall-introduzzjoni ta’ annimali minn barra l-Istat Membru jew parti mill-Istat Membru u l-merħliet li l-istatus tagħhom uffiċjalment liberu mill-bruċellożi ġie sospiż jew irtirat għal raġunijiet barra mis-suspett tal-marda, għandhom jiġu injorati għall-iskop tal-kalkolu fuq sakemm l-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat minn dawn l-inċidenti tagħmel reġistru annwali u tgħaddih lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8(2), u

(b) sistema ta’ identifikazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati merħliet ta’ l-oriġini u transitu għal kull annimal bovin hija in eżistenza skond ir-Regola (KE) Nru 820/97, u

(ċ) notifika tal-każijiet ta’ abort hija obbligatorja u huma investigati mill-awtoritajiet kompetenti.

8. Soġġett għall-paragrafu 9, Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru ddikjarat uffiċjalment liberu mill-bruċellożi għandu jżomm dan l-istatus jekk:

(a) il-kondizzjonijiet imposti mill-paragrafu 7(a) u (b) għadhom jiġu sodisfatti u notifika ta’ każijiet ta’ abort issuspettat bħala dovut għall-bruċellożi, hija obbligatorji u investigata mill-awtorità kompetenti;

(b) kull sena għall-ewwel ħames snin wara li jkun ingħata l-istatus, l-annimali bovini kollha ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar f’mhux inqas minn 20 % tal-merħliet ġew ittestjati u rreaġixxew negattivament għal test seroloġiku mwettaq skond l-Anness Ċ jew, fil-każ ta’ merħliet ta’ annimali li jipproduċu l-ħalib, b’eżami ta’ kampjuni tal-ħalib skond l-Anness Ċ;

(ċ) kull annimal bovin issuspettat li huwa infettat bil-bruċellożi huwa nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jiġi sottopost għall-investigazzjoni epidemjoloġika uffiċjali għall-bruċellożi li tinkludi għall-inqas żewġ seroloġiċi tad-demm, inklużi t-test ta’ fissazzjoni komplimentari, u eżami mikrobioloġiku ta’ kampjuni approprjati;

(d) waqt il-perjodu ta’ suspett, li għandu jkompli sakemm joħorġu riżultati negattivi minn testijiet previsti f’(ċ), l-istatus uffiċjalment liberu mill-bruċellożi tal-merħla ta’ l-oriġini jew transitu ta’ l-annimal bovin issuspettat u ta’ merħliet konnessi epidemjoloġikament magħha għandu jiġi sospiż;

(e) f’każ li tfaqqa’ bruċellożi li xterrdet, u l-annimali bovini kollha ġew maqtula. Annimali ta’ l-ispeċi rimanenti li huma suxxettibbli jkunu sottoposti għal testijiet approprjati u l-post u t-tagħmir jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat.

9. Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru ddikjarat bħala uffiċjalment liberu mill-bruċellożi għandu jirrapporta lill-Kummissjoni l-każijiet kollha ta’ bruċellożi. Jekk hemm prova ta’ bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni għal dak li jirrigwarda l-bruċellożi fi Stat Membru jew parti minn Stat Membru li ġie rrikonoxxut bħala uffiċjalment liberu mill-bruċellożi, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura li tinstab fl-Artikolu 17 tipproponi li l-istatus jiġi sospiż jew irrevokat sakemm il-ħtiġiet tad-Deċiżjoni jkunu ġew sodisfatti.

10. Għall-iskopijiet tas-sezzjoni II, test seroloġiku ifisser jew test serum ta’ agglutinazzjoni, buffered brucella antigen test, test ta’ fissazzjoni koplimentari, test plażma ta’ agglutinazzjoni, plasma ring test, test ta’ mikroagglutinazzjoni jew individual blood ELISA, kif deskritt fl-Anness Ċ. Kull test djanjostiku ieħor approvat taħt il-proċedura fl-Artikolu 17 u deskritt fl-Anness Ċ ikun aċċettat ukoll għall-iskopijiet tas-sezzjoni II. Test tal-ħalib ifisser milk ring test jew milk ELISA skond l-Anness Ċ.

“ANNESS D

KAPITOLU I

MERĦLIET UFFIĊJALMENT LIBERI MINN LEWKOŻI-BOVINA-ENŻOOTIKA; STATI MEMBRI U REĠJUNI

A. Merħla uffiċjalment libera minn lewkożi-bovina enżootika tfisser merħla li fiha:

(i) m’hemm l-ebda prova, kemm klinika jew b’riżultat ta’ test tal-laboratorju, ta’ kwalunkwe każ ta’ lewkożi bovina enżootika fil-merħla u l-ebda każ ta’ din ix-xorta ma ġie kkonfermat fis-sentejn ta’ qabel; u

(ii) l-annimali kollha ta’ eta ta’ aktar minn 24 xahar irreaġixxew negattivament fit-12-il xahar preċedenti għal żewġ testijiet li twettqu skond dan l-Anness, b’intervall ta’ għall-inqas erba’ xhur; jew

(iii) tissodisfa il-ħtiġiet ta’ (i) hawn fuq u tinstab fi Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalmet liberu minn lewkożi-bovina-enżootika.

B. Merħla għandha żżomm status uffiċjali liberu minn lewkożi bovina enżootika jekk:

(i) il-kondizzjoni f’A(i) tkompli tiġi sodisfatta;

(ii) kull annimal introdott fil-merħla jiġi minn merħla uffiċjalment libera minn lewkożi bovina enżootika;

(iii) l-annimali kollha ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar jibqgħu jirreaġixxu negattivament għal test imwettaq skond il-Kapitolu II f’intervalli ta’ tliet snin;

(iv) annimali għal tkabbir introdotti fil-merħla u li joriġinaw minn pajjiż terz ġew importati skond id-Direttiva 72/462/KEE.

C. L-istatus tal-merħla uffiċjalment libera mil-lewkożi għandu jiġi sospiż jekk il-kondizzjonijiet iddettaljati f’B mhumiex sodisfatti, jew meta b’riżultat ta’ testjiet tal-laboratorju jew fuq bażi klinika annimal bovin wieħed jew iktar huwa ssuspettat li għandu lewkożi bovina enżootika u l-annimal(i) ssuspettati huma immedjatament maqtula.

D. L-istatus għandu jibqa’ sospiż sakemm il-ħtiġiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

1. Jekk annimal singolu f’merħla uffiċjalment libera mil-lewkożi bovina enżootika ikun irreaġixxa pożittivament għal wieħed mit-testijiet imsemmija fil-Kapitolu II, jew meta infezzjoni hija ssuspettata xort’oħra f’annimal wieħed f’merħla:

(i) l-annimali li jkun irreaġixxa pożittivament, u, fil-każ ta’ baqra, kull għoġol li setgħet ipproduċiet, għandhom ikunu ħallew il-merħla għal qatla taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji;

(ii) l-annimali kollha fil-merħla li għandhom età ta’ aktar minn 12-il xahar irreaġixxew negattivament għal żewġ testijiet seroloġiċi (għall-inqas 4 xhur u separati b’inqas minn 12-il xahar) imwettqa skond il-Kapitolu II tliet xhur għall-inqas wara t-tneħħija ta’ l-annimal pożittiv u kull wild tiegħu possibbli;

(iii) inkjesta epidemoloġika saret b’riżultati negattivi u l-merħliet konnessi epidemoloġikament mal-merħla infettata ġew soġġettati għall-miżuri stabbiliti f’(ii).

Madankollu, l-awtorita kompetenti tista’ tikkonċedi deroga mill-obbligu tal-qatla ta’ l-għoġol ta’ baqra infettata meta kienet separata minn ommha immedjatament wara li welldet. F’dan il-każ, l-għoġol għandu jkun soġġett għall-ħtiġijiet previsti f’2(iii).

2. Meta iktar minn annimal wieħed minn merħla li hija uffiċjalment libera mil-lewkożi bovina enżootikament tkun irreaġixxiet pożittivament għal wieħed mit-testijiet imsemmija fil-Kapitolu II, jew meta l-infezzjoni tkun ġiet issuspettata f’aktar minn annimal wieħed f’merħla:

(i) kull annimal li jkun irreaġixxa pożittivament u, fil-każ ta’ baqar, l-għoġol tagħhom, għandhom jitneħħew għall-qatla taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji;

(ii) l-annimali kollha fil-merħla ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar għandhom jirreaġixxu negattivament għal żewġ testijiet imwettqa skond il-Kapitolu II f’intervall ta’ għall-inqas erba’ xhur u mhux aktar minn 12-il xahar;

(iii) l-annimali l-oħra kollha fil-merħla għandhom, wara identifikazzjoni, jibqgħu fl-azjenda sakemm ikollhom aktar minn 24 xahar u jkunu ġew ittestjati skond il-Kapitolu II wara li laħqu dik l-età, ħlief li l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li dawn l-annimali jmorru direttament għall-qatla taħt sorveljanza uffiċjali;

(iv) inkjesta epidemoloġika tkun ġiet kondotta b’riżultati negattivi u kwalunkwe merħla konnessa epidemoloġikament mal-merħla infettata ġiet soġġetta għall-miżuri stabbiliti f’(ii).

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-obbligu għall-qatla ta’ l-għoġla ta’ baqra infettata meta tkun ġiet isseparata minn ommha immedjatament wara li tkun welldet. F’dan il-każ għoġla għandha tiġi soġġetta għall-ħtiġiet previsti f’2(iii).

E. Skond il-proċedura fl-Artikolu 17 u abbażi ta’ informazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 8, Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi kkunsidrat uffiċjalment liberu minn lewkożi bovina enżootika jekk:

(a) il-kondizzjonijiet tal-paragrafu A huma sodisfatti u għall-inqas 99,8 % tal-merħliet bovini huma uffiċjalment liberi minn lewkożi bovina enżootika;

jew

(b) l-ebda każ ta’ lewkożi bovina enżootika ma ġiet ikkonfermata fi Stat Membru jew parti mill-Istat Membru għall-aħħar tliet snin, u l-preżenza ta’ tumuri ssuspettati bhala dovuti minn EBL hija notifikabbli obbligatorjament, bit-twettieq ta’ investigazzjonijiet tal-kawża, u

fil-każ ta’ Stat Membru, l-annimali kollha ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar f’mill-inqas 10 % tal-merħliet, magħżula saltwarjament, ġew ittestjati u kellhom riżultati negattivi skond Kapitolu II fl-24 xahar preċedenti, jew

fil-każ ta’ parti minn Stat Membru, l-annimali kollha ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar ġew sottoposti għal test previst fil-Kapitolu II b’riżultati negattivi skond il-Kapitolu 11 fl-24 xahar preċedenti;

jew

(ċ) kwalunkwe metodu ieħor li juri ratifika ta’ kunfidenza ta’ 99 % li inqas minn 0,2 % tal-merħliet kienu infettati.

F. Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru għandu jżomm status uffiċjalment liberu minn lewkożi bovina enżootika jekk:

(a) l-annimali kollha maqtula fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew reġjun huma ssottomessi għall-eżamijiet uffiċjali ta’ awtopsja li fihom it-tumuri kollha li jistgħu ikunu dovuti għall-viru EBL huma mibgħuta għall-eżami tal-laboratorju,

(b) l-Istat Membru jirrapporta lill-Kummissjoni l-każijiet kollha ta’ lewkożi bovina enżootika li jseħħu fir-reġjun,

(ċ) l-annimali kollha li jirreaġixxu pożittivament għal kwalunkwe testijiet previsti fil-Kapitolu II huma maqtula u l-merħliet tagħhom jibqgħu soġġetti għal restrizzjonijiet sar-ristabbiliment ta’ l-istatus tagħhom skond is-Sezzjoni D, u

(d) l-annimali kollha li għandhom età ta’ aktar minn sentejn ġew ittestjati, jew darba fl-ewwel ħames snin wara li l-istatus huwa konċess taħt il-Kapitolu II jew tul l-ewwel ħames snin wara il-konċessjoni ta’ l-istatus taħt kwalunkwe proċedura oħra li turi b’livell ta’ ċertezza ta’ 99 % li inqas minn 0,2 % tal-merħliet kienu infettati. Madankollu, meta l-ebda każ ta’ lewkożi bovina enżootika ma ġie rreġistrat fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru a proporzjon ta’ merħla waħda minn 10000 għal mill-inqas tliet snin, tista’ tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 li testijiet seroloġiċi ta’ rutina jistgħu jitnaqqsu sakemm l-annimali bovini kollha ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar f’għall-inqas 1 % tal-merħliet, magħżula saltwarjament kull sena, kienu soġġetti għal test imwettaq skond il-Kapitolu II.

G. L-istatus uffiċjalment liberu ta’ Stat Membru jew parti minn Stat Membru minn lewkożi bovina enżootika għandu jiġi sospiż, skond il-proċedura fl-Artikolu 17 jekk, bħala riżultat ta’ investigazzjonijiet imwettqa skond il-paragrafu F hawn fuq, hemm prova ta’ bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni għal dak li jirrigwarda lewkożi bovina enżootika fi Stat Membru jew parti minn Stat Membru li ġiet irrikonoxxuta bħala uffiċjalment libera minn lewkożi bovina enżootika.

L-istatus uffiċjalment liberu minn lewkożi bovina enżootika jista’ jiġi rrestawrat skond il-proċedura fl-Artikolu 17 meta l-kriterji stabbiliti bl-istess proċedura huma sodisfatti.

ANNESS F

Mudell 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Mudell 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta' April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini u li jirrigwarda l-ittikettar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga (ĠU L 117, 7. S. 1997, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Suġġett | Referenzi għall-Annessi fid-Direttiva 97/12/EC97/12/KE | Punti rrelatati ta' referenza fl-L-Annessi għad-Direttiva 97/12/K Ekif emendata Minn din id-Direttiva |

Artikolu 2 (definizzjonijiet) | | |

Tuberkolożi | | |

Merħla uffiċjalment libera | A 1 1, 2, 3 | A 1 1, 2, 3A, 3B |

Reġjun uffiċjalment liberu/MS | A 1 4, S, 6 | A 1 4, 5 |

Bruċellożi | | |

Merħla uffiċjalment libera | A II 1, 2, 3 | A II l, 2, 3A, 3B |

Reġjun uffiċjalment liberu | A 11 7, 8, 9 | A 11 7, 8, 9 |

Uffiċjalment liberu MS | A 11 10, 11, 12 | A 11 7, 8, 9 |

Merħla libera | A114,5,6 | A114,5,6A,6B |

Għall-kapitolu intier dwar il-bruċellożi | | Paragrafu 10 ġdid fuq ittestjar |

EBL | | |

Merħla uffiċjalment libera | D I A, B | D I A, B |

Reġjun uffiċjalment liberu/MS | D I E, F, G | D I E, F, G |

Artikolu 5 (Ċertifikazzjoni) | | |

Artikolu 5(1) | F | F Mudelli 1 u 2 |

Artikolu 5(2Xa), it-tieni inċiż | F | F Mudelli 1 u 2 |

Artikolu 5(2Xb), it-tieni inċiż | F | F Mudelli 1 u 2 |

Artikolu 5(4) | Part D, Anness F | Sezzjoni Ċ, Anness F, Mudelli 1 u2 |

Artikolu 5(5), it-tieni sentenza | Anness F (inkluża Sezzjoni D) | Anness F, Mudelli 1 u 2 (inklużi Sezzjoni Ċ ) |

Artikolu 5(5), it-tielet sentenza | Anness F | Anness F, Mudelli 1 u 2 |

--------------------------------------------------