31998L0042



Official Journal L 184 , 27/06/1998 P. 0040 - 0046


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/42/KE

tad-19 ta' Ġunju 1998

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta' vapuri li jużaw il-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-vapuri, għall-prevenzjoni ta' tniġġis u għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll portwali ta' l-Istat)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta' vapuri li jużaw il-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-vapuri, għall-prevenzjoni ta' tniġġis u għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll portwali ta' l-Istat) [1], kif emendata bid-Direttiva 98/25/KE [2], u partikolarment Artikolu 19 tagħha,

Billi huwa meħtieġ li jittieħed akkont ta' l-emendi li daħlu fis-seħħ fil-Konvenzjonijiet, Protokolli, Kodiċi u Riżoluzzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), u żviluppi u konsiderazzjonijiet miġbura fil-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi (MOU);

Billi sa mill-addozzjoni tad-Direttiva 95/21/KE aktar sforzi kienu saru biex jiżviluppaw sistema ta' immirar aħjar; billi s-sistema ta' fattur ta' immirar żviluppat fil-qafas tal-MOU ta' Pariġi għandha tkun inkorporata f'dik id-Direttiva;

Billi l-lista ta' ċertifikati u dokumenti li hemm referenza dwarhom fl-Anness II tad-Direttiva 95/21/KE għandhom ikunu immodifikati sabiex jittieħed akkont ta' l-emendi li daħlu fis-seħħ fil-leġislazzjoni internazzjonali;

Billi l-lista ta' "bażi aktar ċara" għal spezzjoni aktar dettaljata kif mogħtija fl-Anness III ta' l-imsemmija Direttiva għandha tkun emendata fid-dawl ta' lista aktar sħiħa kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.787(19);

Billi skond l-Anness IV ta' l-imsemija Direttiva, il-proċeduri u l-linji ta' gwida għal-kontroll tal-vapuri li għandhom ikun osservati minn spettur huma dawk deskritti fir-Riżoluzzjonijiet ta' l-IMO A.466(XII) kif emendati bi, A.542(13), MEPC.26(23) u A.742(18); billi l-imsemmi Anness IV irid ikun emendat sabiex jittieħed akkont tar-revoka ta' dawk ir-Riżoluzzjonijiet bir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.787(19); billi l-proċeduri deskritti fir-Riżoluzzjoni A.787(19) kienu ġew inkorporati fl-Anness I, "Proċeduri ta' Kontroll ta' l-Istat tal-Port" għal-MOU ta' Pariġi;

Billi sabiex jiddeċiedi jekk vapur għandux ikunu detenut jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterja stabbilita fl-Anness VI ta' l-imsemmija Direttiva; billi b'dana kollu mhux xieraq li jkun detenut vapur fuq il-bażi ta' ħsara mġarrba inċidentalment, basta li ċerti kondizzjonijiet ikunu ntlaħqu;

Billi l-imsemmi Anness VI għandu wkoll ikun emendat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet inklużi fir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.787(19), partikolarment f'dak li jirrigwarda ż-żoni taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal Baħħara (STCW) ta' 1978;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/34/KE [4],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 95/21/KE hi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 5(2) hu mibdul b'dan li ġej:

"2. Fl-għażla ta' vapuri għal spezzjoni l-awtorità kompetenti trid tagħti prijorità fuq kollox lejn il-vapuri li hemm referenza dwarhom fl-Anness I, il-Parti I. Biex jiddeterminaw l-ordni ta' prijorità għal spezzjoni tal-vapuri l-oħra elenkati fl-Anness I, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-fattur tal-mira ġenerali tal-vapur li hemm referenza dwaru fl-Anness I, il-Parti II.";

2. L-Annessi I, II, III, IV u VI huma emendati kif inhu pprovdut dwarhom fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sat-30 ta' Settembru 1998 l-aktar tard. Għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu adottati mill-Istati Membri, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura biex issir din ir-referenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1.

[2] ĠU L 133, tas-7.5.1998, p. 19.

[3] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

[4] ĠU L 158, tas-17.6.1997, p. 40.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. L-Anness I hu mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS I

VAPURI LI GĦANDHOM IKUNU KKUNSIDRATI GĦAL SPEZZJONI TA' PRIJORITÀ

(kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2))

I. Fatturi dominanti

Indipendentament mill-valur tal-fattur tal-mira, il-vapuri segwenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prijorità dominanti għal spezzjoni.

1. Vapuri li kienu rrapportati minn piloti jew awtoritajiet tal-port li għandhom defiċjenzi li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom (permezz tad-Direttiva 93/75/KEE u l-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva).

2. Vapuri li naqsu milli jkunu konformi ma' l-obbligazzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 93/75/KEE.

3. Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew notifika minn Stat Membru ieħor.

4. Vapuri li kienu s-suġġett ta' rapport jew ta' lment mill-kaptan, membru ta' l-ekwipaġġ, jew xi persuna jew organizzazzjoni b'interess leġittimu fl-operat b'sigurezza tal-vapur, għajxien u kondizzjonijiet tax-xogħol abbord jew il-prevenzjoni tat-tniġġis, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rapport jew l-ilment ikun manifestament mingħajr bażi; l-identità tal-persuna li tagħmel ir-rapport jew l-ilment m'għandhiex tkun żvelata lejn il-kaptan jew lejn is-sid tal-vapur ikkonċernat.

5. Vapuri li kienu:

- involuti f'ħabta, ħbit mal-qiegħ jew inkaljar fi triqthom lejn il-port,

- akkużati bi vjolazzjoni allegata tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi ta' sostanzi jew nixxiegħat li jagħmlu l-ħsara,

- immanuvrati f'manjiera erratika jew ta' periklu li bihom il-miżuri dwar ir-rotot, adottati mill-IMO, jew prattiki ta' navigazzjoni u proċeduri siguri ma kinux ġew segwiti, jew

- operati b'mod ieħor hekk li joħolqu periklu lejn persuni, proprjetà jew l-ambjent.

6. Vapuri li kienu sospiżi mill-klassi tagħhom għar-raġunijiet ta' sigurtà fil-korsa tas-sitt xhur preċedenti.

II. Fattur ta' mirar dominanti

Il-vapuri li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala prijorità għal spezzjoni.

| Fattur tal-valur tal-mira |

1.Vapuri li jzuru port ta' Stat Membru għall-ewwel darba jew wara defiċjenza ta' 12-il xahar jew aktar. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu akkont ta' dawk l-ispezzjonijiet li kienu ġew imwettqa mill-membri tal-MOU. Fin-nuqqas ta' tagħrif xieraq dwar dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jistrieħu fuq it-tagħrif Sirenac disponibbli u jispezzjonaw dawk il-vapuri li ma kinux ġew irreġistrati fis-Sirenac b'segwiment tad-dħul b'effett ta' dik id-database fl-1 ta' Jannar 1993. | +20 |

2.Vapuri li ma kinux ġew spezzjonati minn xi Stat Membru ma tul is-sitt xhur preċedenti. | +10 |

3.Vapuri li ċ-ċertifikati statutorji tagħhom dwar il-kostruzzjoni u l-apparat tal-vapur, maħruġa bi qbil mal-Konvenzjonijiet, u ċ-ċertifikati tal-klassifikazzjoni, kienu ġew maħruġa minn organizzazzjoni li m'hix rikonoxxuta permezz tat-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli komuni u l-istandards għall-ispezzjonar ta' vapuri u l-organizzazzjonijiet ta' stħarriġ u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi. | + 5 |

4.Vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat li jidher fit-tabella tal-medja ta' tliet snin segwenti ta' numru ta' detenzjonijiet aktar minn-norma u d-dewmien ippubblikati fir-rapport annwali tal-MOU: | |

-0 - 3 % aktar min-norma | + 3 |

-3,1 - 6 % aktar min-norma | + 4 |

-iżjed minn 6 % aktar min-norma | + 5 |

5.Vapuri li kellhom il-permess li jsalpaw minn port ta' Stat Membru b'ċerti kondizzjonijiet: | |

(a)għal kull defiċjenza li għandha tkun irrettifikata qabel ma jsalpa | + 1 |

(b)għal kull defiċjenza li għandha tkun irrettifikata fil-port li jmiss | + 1 |

(ċ)għal kull żewġ nuqqasijiet li għandhom ikunu rrettifikati fi żmien 14-il jum | + 1 |

(d)għal kull żewġ nuqqasijiet li dwarhom kondizzjonijiet oħra kienu ġew speċifikati | + 1 |

(e)jekk l-azzjoni rrelatata mal-vapur tkun ittieħdiet u n-nuqqasijiet kollha kienu ġew irrettifikati | − 2 |

6.Vapuri li d-defiċjenzi tagħhom kienu ġew irreġistrati matul l-ispezzjoni preċedenti, skond in-numru ta' defiċjenzi: | |

-0 | −15 |

-1 - 5 | 0 |

-6 - 10 | + 5 |

-11 - 20 | +10 |

-Aktar minn 20 defiċjenza | +15 |

7.Vapuri li kienu ġew miżmuma fil-port preċedenti | +15 |

8.Vapuri li jtajru l-bandiera ta' pajjiż li ma jkunx irratifika l-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti kolha li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva | + 1 |

9.Vapuri li jtajru l-bandiera ta' pajjiż fejn il-medja tan-nuqqasijiet tkun aktar min-norma | + 1 |

10.Vapuri b'nuqqasijiet ta' klassi aktar min-norma | + 1 |

11.Vapuri li huma f'kategorija li dwarha spezzjoni aktar miftuħa tkun ġiet deċiża (bis-saħħa ta' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva) | + 5 |

12.Vapuri oħrajn: | |

-bejn l-età ta' 13-il u 20 sena | + 1 |

-bejn l-età ta' 21 u 24 sena | + 2 |

-aktar minn l-età ta' 25 sena | + 3 |

Il-fattur tal-mira jfisser il-valur numeriku allokat lejn vapur individwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u muri fuq is-sistema ta' l-informazzjoni Sirenac.

Biex tiddetermina l-ordni ta' prijorità tal-vapuri elenkati hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tieħu akkont ta' l-ordni indikata fil-fattur tal-mira dominanti. Fattur ta' mira aktar għolji huwa indikattiv ta' prijorità aktar għolja. Il-fattur tal-mira huwa s-somma tal-valuri tal-fatturi tal-mira applikabbli kif indikati hawn fuq. L-unitajiet 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għal spezzjonijiet imwettqa matul l-aħħar 12-il xahar. Il-fattur tal-mira dominanti m'għandux ikun anqas mis-somma ta' l-unitajiet 4, 8, 9, 10, 11 u 12.

"

2. L-Anness II hu emendat kif ġej:

1. Id-dettall 13 huwa mibdul b'dan li ġej:

"13. Kopja tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' Amministrar ta' Sigurtà maħruġ, bi qbil mal-Kodiċi ta' Amministrazzjoni Internazzjonali għal Ħidma Sigura ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (SOLAS, il-Kapitolu IX)."

2. Dan li ġej għanu jkun miżjud wara d-dettall 14:

"15. Id-Dokument ta' konformità mal-ħtiġiet speċjali għal vapuri li jġorru oġġetti perikolużi.

16. Ċertifikat ta' sigurtà ta' dgħajsa ta' veloċità qawwija u permess biex tkun operata d-dgħajsa ta' veloċità qawwija.

17. Lista jew manifest speċjali ta' oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat ta' l-istivi.

18. Ir-reġistru tal-vapur (log book) f'dak li jirrigwarda r-reġistrar ta' testijiet u eżerċizzji u r-reġistru għar-reġistrar ta' spezzjoni u l-manteniment ta' l-apparat u l-arranġamenti għall-ħarsien tal-ħajja.

19. Ċertifikat ta' skop speċjali dwar is-sigurtà tal-vapur.

20. Ċertifikat ta' sigurtà ta' dettall mobbli għal tħaffir 'il barra mill-kosta.

21. Għal tankers taż-żejt, ir-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll ta' rimi ta' żejt għall-aħħar saborra tal-vjaġġ.

22. Il-lista tal-miġemgħa, impjant għall-kontroll tan-nar, u għal vapuri tal-passeġġieri, pjan ta' kontroll ta' ħsara.

23. Pjan abbord ta' emerġenza ta' tniġġis miż-żjut.

24. Files ta' rapporti dwar stħarriġ (fil-każ ta' vapuri li jġorru fil-massa u tankers taż-żejt).

25. Rapporti ta' spezzjonijiet preċedenti ta' kontroll ta' l-Istat tal-port.

26. Għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri, informazzjoni dwar il-relatività massima A/A.

27. Dokument ta' awtorizzazzjoni għat-trasport ta' qmuħ.

28. Manwal dwar is-sigurtà tat-tagħbija."

3. l-Anness III hu mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS III

EŻEMPJI TA' "BAŻIJIET ĊARI" GĦAL SPEZZJONI AKTAR DETTALJATA

(kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 6(3))

1. Vapuri identifikati fl-Anness I, il-Parti I u l-Parti II, il-paragrafi II-3, II-4, II-5b, II-5ċ, II-8 u II-11.

2. Il-ktieb tar-reġistrazzjoni taż-żejt ma jkunx inżamm sewwa.

3. Matul l-eżaminazzjoni taċ-ċertifikati u ta' dokumenti oħrajn, (ara l-Artikolu 6(1)(a) u (2)), ikunu żvelati nuqqasijiet.

4. Indikazzjonijiet li l-membri ta' l-ekwipaġġ ma jkunux kapaċi li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara [1].

5. Xhieda ta' tagħbija u operazzjonijiet oħrajn li ma twettqux b'mod sigur, jew bi qbil mal-linji ta' gwida ta' l-IMO, eż. il-kontenut ta' ossiġnu fil-forniment ewlieni ta' gass inert lejn it-tankijiet tat-tagħbija ikun aktar għoli mil-livell massimu preskritt.

6. Defiċjenza tal-kaptan fuq tanker taż-żejt biex jipproduċi r-reġistru ta' monitoraġġ u s-sistema ta' kontroll dwar ħruġ ta' żejt għall-aħħar vjaġġ b'saborra.

7. Defiċjenza ta' lista aġġornata tal-miġemgħa, jew membri ta' l-ekwipaġġ li ma jafux id-dmirijiet tagħhom fil-każ ta' nar jew ordni biex jabbandunaw il-vapur.

8. L-emissjoni ta' allarmi foloz dwar periklu li ma jkunux segwiti minn proċeduri xierqa ta' kanċellazzjoni.

9. Id-defiċjenza ta' tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-konvenzjonijiet.

10. Kondizzjonijiet mhux sanitarji b'mod eċċessiv abbord il-vapur.

11. Xhieda mill-impressjoni ġenerali ta' l-ispettur u osservazzjonijiet li deterjorazzjoni serja strutturali jew tal-buq jew nuqqasijiet jezistu li jistgħu joħolqu riskju għall-integrità strutturali, ta' trassis kontra t-tnixxija ta' ilma jew l-integrità tat-trassis tal-vapur.

12. Informazzjoni jew xhieda li l-kaptan jew l-ekwipaġġ ma jkunux familjari ma' l-operazzjonijiet essenzjali abbord li huma relatati mas-sigurtà tal-vapuri jew dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis, jew li l-operazzjonijiet bħal dawn ma jkunux saru.

"

4. L-Anness IV hu mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS IV

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

(kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 6(4))

1. Prinċipji ta' ekwipaġġar b'sigurtà (Ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.481(XII) u l-Annessi li huma l-kontenuti tad-Dokument ta' Ekwipaġġar Minimu ta' Sigurtà (l-Anness 1) u Linji ta' Gwida għall-Applikazzjoni tal-Prinċipji ta' Ekwipaġġar b'Sigurtà (l-Anness 2).

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Marittimi Internazzjonali dwar Oġġetti Perikolużi.

3. Il-pubblikazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) "Spezzjoni ta' Kondizzjonijiet tax-Xogħol abbord il-Vapur: Linji ta' gwida għal Proċeduri".

4. L-Anness I, "Proċeduri ta' Kontroll ta' l-Istat tal-Port' għall-MOU ta' Pariġi."

"

5. L-Anness VI hu emendat kif ġej:

1. Fl-introduzzjoni, il-paragrafu segwenti huwa mizjud:

"Fejn il-bazi għal detenzjoni hija r-riżultat ta' ħsara aċċidentali soffruta waqt il-vjaġġ tal-vapur lejn il-port, l-ebda ordni ta' detenzjoni m'għandha tkun maħruġa, basta li:

1. akkont xieraq ingħata lill-bżonnijiet kontenuti fir-Regolament I/11(ċ) tas-SOLAS 74 rigward notifika għal amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, is-surveyor innominat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat relevanti;

2. qabel ma jidħol f'port, il-kaptan jew il-propjetarju tal-vapur ikun issottometta lejn l-awtorità ta' kontroll ta' l-Istat tal-port dettalji dwar iċ-ċirkostanzi ta' l-inċident u l-ħsara soffruta u informazzjoni rigward in-notifika meħtieġa dwar l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera;

3. Azzjoni remedjali xierqa, għas-sodisfazzjon ta' l-Awtorità, tkun qiegħda tittieħed mill-vapur; u

4. L-awtorità tkun assigurat, u ġiet innotifikata bit-twettiq ta' l-azzjoni remedjali, li d-defiċjenzi li kienu biċ-ċar ta' periklu għas-sigurtà, għas-saħħa jew għall-ambjent kienu ġew irrettifikati."

2. Fid-dettall 3, dan li ġej hu miżjud:

"B'dana kollu, id-defiċjenzi li jikkawżaw detenzjoni fil-qasam tal-STCW 78 elenkati taħt id-dettall 3.8 t'hawn taħt ikunu l-uniċi bażi għal detenzjoni permezz ta' din il-Konvenzjoni."

3. Fid-dettall 3.2, dan li ġej hu mizjud:

"13. Defiċjenzi serji fil-ħtiġiet operazzjonali, kif deskritti fis-Sezzjoni 5.5 ta' l-Anness I għal MOU.

14. Numru, kompożizzjoni jew ċertifikazzjoni ta' l-ekwipaġġ li ma jikkorrispondix mad-dokument tal-persunal b'sigurtà."

4. Id-dettall 3.8 hu mibdul b'dan li ġej:

"1. Defiċjenza tal-baħrin li jkollhom ċertifikat, li jakkwistaw ċertifikat xieraq, li ikollhom dispensa valida jew biex jipprovdu prova dokumentata li applikazzjoni għal konferma kienet ġiet sottomessa lejn l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

2. Defiċjenza li jkunu konformi mal-ħtiġiet applikabbli b'sigurtà dwar il-persunal ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

3. Defiċjenza ta' arranġamenti tas-sahra tan-navigazzjoni jew ta' l-inġinerija biex ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera.

4. Assenza fis-sahra ta' persuna kkwalifikata biex topera apparat essenzjali għal navigazzjoni b'sigurtà, sigurtà ta' kommunikazzjoni bir-radju jew il-prevenzjoni ta' tniġġis marittimu.

5. Defiċjenza li jforni prova ta' profiċjenza prefessjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

6. Inabilità li jipprovdu għall-ewwel sahra fil-bidu tal-vjaġġ u għal sahrat ta' serħan sussegwenti persuni li jkunu straħu biżżejjed u li b'xi mod ieħor huma tajbin għal ħidma."

[1] ĠU L 139, tat-12.12.1994, p. 20.

--------------------------------------------------