31998L0033



Official Journal L 204 , 21/07/1998 P. 0029 - 0036


Id-Direttiva 98/33/Ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta’ Ġunju 1998

li temenda l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE fuq il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Artikoli 2, 5, 6, 7, 8 ta’ u l-Annessi II and III tad-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE fuq rapport ta’ solvenza għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Artikolu 2 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE fuq l-adegwatezza tal-kapital ta’ impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw il-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

(1) Billi l-ewwel Direttiva tal-Kunsill (77/780/KEE) tat-12 ta’ Diċembru 1977 fuq il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu [4] tħalli l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ċerti awtoritajiet oħra jew korpi ġewwa Stat Membru jew bejn Stati Membri; billi d-Direttiva msemmija tħalli wkoll il-konkluzjoni minn Stati Membri ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni biex jipprovdi għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi; billi fuq il-bażi ta’ konsistenza, din l-awtorizzazzjoni biex ikunu konklużi ftehim fuq l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ terzi pajjiżi għandha tkun estiża biex tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ ċerti awtoritajiet oħra jew korpi f’dawk il-pajjiżi iżda l-informazzjoni murija tkun bla ħsara għall-garanziji xierqa ta’ segretezza professjonali;

(2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1989 fuq rapport ta’ solvenza għal istituzzjonijiet ta’ kreditu [5] jagħti piż l-assi u off-balance-sheet items skond il-grad ta’ riskju ta’ kreditu;

(3) Billi l-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi li, kostitwiti fil-forma ta’ persuna legali taħt id-dritt pubbliku, jiġbru t-taxxi skond il-liġijiet li jikkonferixxu dak id-dritt fuqhom jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu simili għal dak ta’ gvernijiet reġonali u awtoritajiet lokali; billi, għalhekk, huwa konsistenti li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-possibbiltà li jittrattaw pretensjonijiet fuq knejjes u komunitajiet reliġjużi bl-istess mod bħal pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali fejn dawn il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi jiġbru t-taxxi; billi, iżda, l-għażla li jkun applikat piż ta’ 0 % lil pretensjonijiet lill-gvernijiet reġonali u awtoritajiet lokali m’għandhiex testendi għall-pretensjonijiet fuq knejjes u komunitajiet reliġjużi biss fuq il-bażi tad-dritt li jinġabru t-taxxi;

(4) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/7/KE tal-15 ta’ Marzu 1994 li tadatta d-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE fuq rapport ta’ solvenza għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tad-definizzjoni teknika tal- "banek ta’ l-iżvilupp multilaterali" [6] inkludiet lill-Fond Ewropew ta’ l-Investiment f’dik id-definizzjoni; billi l-Fond jikkostitwixxi struttura ġdida u unika ta’ kooperazzjoni fl-Ewropa biex tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-suq intern, il-promozzjoni ta’ l-irkupru ekonomiku fl-Ewropa u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

(5) Billi fis-sens ta’ l-Artikolu 6(1)(d)(7) tad-Direttiva 89/647/KEE, piż ta’ 100 % għandu jkun applikat għas-sehem mhux imħallas tal-kapital sottoskritt lill-Fond Ewropew għall-Investiment mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(6) Billi l-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment riservat għas-sottoskrizzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji hu limitat għall-30 %, li minnu 20 % għandu jitħallas mill-bidu f’erba’ pagamenti annwali kull wieħed ta’ 5 %; billi, għalhekk, 80 % m’għandux jitħallas, u jibqa’ passiv kontinġenti fuq il-membri tal-Fond; billi, waqt li jkun ikkunsidrat l-għan mistqarr tal-Kunsill Ewropew meta kien maħluq il-Fond li jħeġġeġ il-banek kummerċjali li jipparteċipaw, dik il-parteċipazzjoni m’għandhiex tkun penalizzata u billi, għalhekk ikun aktar xieraq li jkun applikat piż ta’ 20 % lis-sehem mhux imħallas tal-kapital sottoskritt;

(7) Billi l-ANNESS I tad-Direttiva 89/647/KEE, li titratta fuq il-klassifikazzjoni ta’ l-off-balance-sheet items, jikklassifika ċerti oġġetti bħala ta’ riskju totali u, għalhekk, japplika piż ta’ 100 %; billi l-Artikolu 6(4) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi li "fejn off-balance-sheet items iġorru garanziji espliċiti, għandhom jingħataw piż bħallikieku nġarru għan-nom ta’ minn jagħti l-garanzija aktar milli mill-kontroparti. Fejn l-espożizzjoni potenzjali li toħroġ min-negożji off-balance-sheet hija għal kollox u kompletament assigurata, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, minn kull oġġett ta’ l-assi rikonoxxut bħala kollaterali fil-paragrafu 1(a)(7) jew 1(b)(11), piżijiet ta’ 0 % jew 20 % għandhom jgħoddu, jiddependi fuq il-kollaterali konċernat";

(8) Billi l-ikklerjar ta’ strumenti derivattivi over-the-counter (OTC) provdut mill-clearinghouses li jaġixxu bħala kontroparti ċentrali jilgħab rwol importanti f’ċerti Stati Membri; billi huwa xieraq li jkunu rikonoxxuti l-benefiċċji minn dan l-ikklerjar f’termini ta’ riduzzjoni ta’ riskju tal-kreditu u r-riskju sistemiku relatat fit-trattament prudenti tar-riskju tal-kreditu; billi jeħtieġ għall-espożizzjonjiet kurrenti u ġejjieni potenzjali li joħorġu minn kuntratti derivattivi OTC ikklerjati li jkunu kollateralizzati fis-sħiħ u biex ikun eliminat r-riskju ta’ tkabbir ta’ espożizzjonijiet tal-clearing houses lil hinn mill-valur tas-suq tal-kollaterali dikjarata biex derivati OTC ikklerjati jingħataw għall-perijodu transitorju l-istess trattament prudenzjali bħal derivattivi li jkunu nnegozjati fil-kambju; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti dwar il-livell tal-marġini inizjali u l-marġini ta’ varjazzjoni meħtieġa u l-kwalità ta’ u l-livell ta’ protezzjoni provduti mill-kollaterali dikjarata;

(9) Billi għandu jingħata kas ukoll ta’ l-istanza meta l-garanzija hija assigurata b’kollaterali reali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 6(1)(ċ)(1) fir-rigward ta’ off-balance-sheet items li huma malleveriji jew garanziji li jkollhom il-karattru ta’ sostituti tal-kreditu;

(10) Billi fis-sens tal-punti 2, 4 u 7 ta’ l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 89/647/KEE, piż azzerat ikun applikat lill-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali u banek ċentrali ta’ Żona A jew espliċitament garantiti minnhom u lill-assi garantiti minn kollaterali fil-forma ta’ garanziji ta’ gvernijiet ċentrali u banek ċentrali ta’ Żona A; billi, fis-sens ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet, japplikaw piż azzerat lill-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali tagħhom stess u għall-pretensjonijiet fuq terżi persuni u off-balance-sheet items miżmuma għan-nom ta’ terzi persuni u garantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;

(11) Billi l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 89/647/KEE jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 20 % lill-oġġetti ta’ l-assi li huma garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, bil-kollaterali fil-forma ta’ garanziji maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali taż-Żona A; billi kollaterali fil-forma ta’ garanziji maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu garantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew lokali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7(1) biex iħallu l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw piż azzerat lill-assi u lill-off-balance-sheet items garantiti minn din il-garanzija, ukoll bla ħsara għall-kondizzjonijiet mniżżla f’dak il-paragrafu;

(12) Billi l-Anness II tad-Direttiva 89/647/KEE jipprovdi t-trattament ta’ off-balance-sheet items komunement imsemmija bħala strumenti derivati ta’ l-OTC dwar l-imgħax u r-rati tal-kambju ta’ barra fil-kontest tal-kalkolu tal-ħtiġijiet kapitali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(13) Billi l-Artikoli 2(1)(a), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 2 (3)(b), u l-Artikolu 2(6) u l-Artikolu 3(1) and (2) ta’ din id-Direttiva u l-Anness tiegħu huma skond ix-xogħol ta’ forum internazzjonali ta’ superviżuri bankarji fuq trattament superviżorju raffinat u f’ċerti aspetti aktar strinġenti tar-riskji tal-kreditu inerenti fl-istrumenti derivati OTC, partikolarment l-estenzjoni ta’ kopertura obbligatorja ta’ kapital lil strumenti derivati OTC dwar privileġġi li mhumiex imgħax u rati tal-kambju barranin u l-possibbiltà li jkunu kkonsidrati l-effetti li jnaqqsu r-riskju ta’ netting agreements kontrattwali rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw il-ħtiġijiet kapitali għar-riskji potenzjali tal-ġejjieni inerenti fl-istrumenti OTC derivati;

(14) Billi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu internazzjonali attivi u gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu f’serje kbira ta’ pajjiżi, li jikkompetu ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Komunità, ir-regoli adottati fuq livell usa’ internazzjonali jirriżultaw f’trattament superviżorju raffinat ta’ l-istrumenti OTC derivati; billi dan ir-raffinament jirriżulta f’kopertura obbligatorja aktar xierqa li tieħu fil-konsiderazzjoni l-effetti tat-tnaqqis ta’ riskji ta’ netting agreements kuntrattwali rikonoxxuti b’mod superviżorju fuq riskji potenzjali tal-kreditu fil-ġejjieni;

(15) Billi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Komunità raffinament simili tat-trattament superviżorju ta’ l-istrumenti derivati OTC inkluż il-possibbiltà li jkunu kkunsidrati l-effetti tat-tnaqqis ta’ riskji ta’ netting agreements kuntrattwali fuq riskji potenzjali ta’ kreditu għall-ġejjieni jistgħu jintlaħqu biss billi tkun emendata d-Direttiva 89/647/KEE;

(16) Billi biex tkun żgurata l-ekwità bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi ta’ investiment li jikkompetu fil-Komunità, teħtieġ konsistenza fit-trattament superviżorju ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom fil-qasam ta’ l-istrumenti derivati ta’ l-OTC u tista’ tintlaħaq biss b’adattamenti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 fuq l-adegwatezza ta’ impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu [7];

(17) Billi din id-Direttiva hija l-aktar mezz xieraq li jintlaħqu l-għanijiet imfittxa u ma tmurx aktar milli meħtieġ biex tilħaq dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fid-Direttiva 77/780/KEE l-Artikolu 12(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni, biex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew awtoritajiet jew korpi ta’ pajjiżi terzi kif imfissra fil-paragrafi (5) u (5a) biss jekk l-informazzjoni mogħtija hija bla ħsara ta’ garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu għall-anqas ekwivalenti għal dawk msemmija f’dan l-Artikolu. Dan il-iskambju ta’ informazzjoni irid ikun għall-għan tat-twettiq tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet jew korpi msemmija.

Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, m’għandhiex tingħata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu tawha u, fejn xieraq, biss għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-ftehim tagħhom"

.

L-Artikolu 2

Id-Direttiva 89/647/KEE hija emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu (1) l-inċiż li ġej għandu jiżdied:

"— "bidliet rikonoxxuti" għandhom ifissru bidliet rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti li:

(i) jaħdmu regolarment,

(ii) ikollhom regoli, maħruġa jew approvati mill-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż oriġinali tal-kambju, li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-kambju, il-kondizzjonijiet għall-aċċess għal bdil kif ukoll il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti b’kuntratt qabel ma jkun jista’ ikun ittrattat effettivament fuq il-kambju,

(iii) ikollhom mekkaniżmu ta’ clearing li jipprovdi għall-kuntratti elenkati fl-Annessi III li jkun bla ħsara għall-ħtiġijiet ta’ marġini ta’ kuljum li jipprovdi protezzjoni xierqa fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti."

(b) Fil-paragrafu (2) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu ukoll fil-kunċett ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, knejjes u komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta’ persuna legali taħt id-dritt pubbliku, sakemm jiġbru t-taxxi skond il-leġislazzjoni li tikkonferixxi fuqhom il-jedd li jagħmlu hekk. Iżda, f’dan il-każ l-għażla msemmija fl-Artikolu 7 m’għandhiex tapplika".

2. Fl-Artikolu 5(3), l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

"3. . Fil-każ ta’ l-off-balance-sheet items msemmija fl-Artikolu 6(3), l-ispejjeż potenzjali li jinbidlu kuntratti fil-każ li l-kontroparti tkun moruża għandhom ikun ikkalkolati permezz ta’ metodu wieħed minn tnejn memmija fl-Anness II".

3. L-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu (2) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

"Is-sehem tal-kapital mhux imħallas sottoskritt lill-Fond tal-Bank ta’ Investiment Ewropew jista’ jingħata piż ta’ 20 %".

(b) Il-paragrafu (3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Il-metodi msemmija fl-Anness II għandhom ikunu applikati lill-off-balance-sheet items elenkati fl-Anness III ħlief għal:

- kuntratti nnegozjati fuq kambji rikonoxxuti,

- kuntratti ta’ kambju barrani (ħlief kuntratti dwar id-deheb) b’maturità oriġinali ta’ 14-il ġurnata kalendarja jew inqas.

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-metodi msemmija fl-Anness II kuntratti over-the-counter (OTC) ikklerjati minn clearing house fejn din taġixxi bħala kontroparti legali u l-parteċipanti kollha jikkollateralizzaw bi sħiħ fuq bażi ta’ kuljum l-esposizzjoni li jippreżentaw lill-clearing house, u għalhekk jipprovdu protezzjoni li tkopri kemm l-espożizzjoni kurrenti u l-espożizzjoni potenzjali futura. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l-kollaterali dikjarat jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni bħal kollaterali li jikkonforma mal-paragrafu 1(a)(7) u li jkun eliminat ir-riskju tat-tkabbir ta’ l-espożizzjonijiet tal-clearing house lil hinn mill-valur tas-suq ta’ kolaterali dikjarati. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bl-użu li jagħmlu ta’ din l-għażla."

(ċ) Fil-paragrafu (4) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"L-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 50 % għall-off-balance—sheet items li huma malleveriji jew garanziji li jkollhom il-karattru ta’ sostituti tal-kreditu u li huma għal kollox garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’ipoteki li jilħqu l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu (1)(ċ)(1), bla ħsara għal min jagħti l-garanzija li jkollu dritt dirett għal din il-kollaterali".

4. L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu (1) li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-kliem "awtoritajiet lokali":"jew garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti konċernati, b’kollaterali fil-forma ta’ garanziji minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali";

(b) fil-paragrafu (2) li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-kliem "ta’ l-aħħar":", inkluż kollaterali fil-forma ta’ garanziji".

5. L-Artikolu 8(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1) l-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 20 % lill-oġġetti ta’ l-assi li huma garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ awtoritajiet kompetenti konċernati, bi kollaterali fil-forma ta’ garanziji maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ Żona A, b’depożiti mqiegħda ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ Żona A li ma tkunx l-istituzzjoni tas-self, jew biċ-ċertifikati ta’ depożitu jew strumenti simili maħruġa minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu".

6. L-Annessi II u III għandhom ikunu emendati jew mibdula skond it-Taqsima A u B ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Id-Direttiva 93/6/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(10) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"10. "strumenti derivati over-the-counter (OTC)". għandha tfisser il-off-balance-sheet items li għalihom skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/647/KEE għandhom ikunu applikati l-metodi msemmija fl-Anness II ta’ l-imsemmija Direttiva".

2. L-Anness II, il-punt 5, għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Biex tkun ikkalkulata l-ħtieġa kapitali fuq l-istrumenti OTC derivati, istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Artikolu II tad-Direttiva 89/647/KEE. L-għoti ta’ piżijiet tar-riskju li għandhom ikunu applikati lill-kontroparti rilevanti għandu jkun determinat skond l-Artikolu 2(9) ta’ din id-Direttiva.

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-metodi msemmija fl-Anness II OTC kuntratti kklerjati minn clearing house fejn din taġixxi bħala l-kontroparti legali u l-parteċipanti kollha jikkolateralizzaw bis-sħiħ fuq bażi ta’ kuljum l-espożizzjoni li jippreżentaw lill-clearing house, u għalhekk jipprovdu protezzjoni li tkopri kemm l-espożizzjoni kurrenti u l-espożizzjoni potenzjali fil-ġejjieni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l-kollaterali dikjarata tagħti l-istess livell ta’ protezzjoni bħala kollaterali li tikkonforma ma’ l-Artikolu 6(1)(a)(7) tad-Direttiva 89/647/KEE u li r-riskju ta’ tkabbir ta’ l-espożizzjonijiet tal-clearing house il fuq mill-valur tas-suq tal-kollaterali dikjarati hija eliminata. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bl-użu li jagħmlu ta’ din l-għażla."

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 208, tad-19.7.1996, p. 8, u ĠU C 259, tas-26.8.1997, p. 1.

[2] ĠU C 30, tat-30.1.1997, p. 13.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ April 1997 (ĠU C 132, tat-28.4.1997, p. 234), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 135, tat-30.4.1998, p. 32) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 1998 (ĠU C 152, tat-18.5.1998). Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998.

[4] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/13/KE (ĠU L 66, tas-16.3.1996, p. 15).

[5] ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 14. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/32/KE (ara paġna 29 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[6] ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 17.

[7] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness II tad-Direttiva 89/647/KEE huwa emendat kif ġej:

1. L-intestatura hija mibdula b'dan li ġej:

"L-ANNESS II

IT-TRATTAMENT TA' OFF-BALANCE SHEET ITEMS'"

;

2. Punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Għażla tal-metodi

Biex jitqiesu r-riskji tal-krediti assoċjati mal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 ta' l-Anness III, istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jagħżlu, bla ħsara għall-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti, wieħed mill-metodi msemmi hawn taħt. Istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkonformaw ma' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/6/KEE għandhom jużaw metodu 1 msemmi hawn taħt. Biex jitqiesu r-riskji ta' kreditu assoċjati mal-kuntratti elenkati fil-punt 3 ta' l-Anness III l-istituzzzjonijiet ta' kreditu kollha għandhom jużaw metodu 1 msemmi hawn taħt";

3. Fil-punt 2, it-Tabella 1 tinbidel b'dan li ġej:

"TABELLA [1] [2]

Maturità residwa | Kuntratti ta' rata ta' imgħax | Kuntratti li jikkonċernaw rati tal-kambju u deheb | Kuntratti li jikkonċernaw l-ekwitajiet | Kuntratti li jikkonċernaw metalli prezzjużi ħlief id-deheb | Kuntratti li jikkonċernaw komoditajiet ta' xort' oħra minn metalli prezzjużi |

Sena jew inqas | 0 % | 1 % | 6 % | 7 % | 10 % |

Iktar minn sena, inqas minn ħames snin | 0,5 % | 5 % | 8 % | 7 % | 12 % |

Iktar minn ħames snin | 1,5 % | 7,5 % | 10 % | 8 % | 15 % |

Għall-għan li tkun ikkalkolata l-espożizzjoni potenzjali tal-ġejjieni skond il-pass (b) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu istituzzjonijiet ta' kreditu sal-31 ta' Diċembru 2006 li japplikaw il-persentaġġi li ġejjin minflok dawk preskritti fit-Tabella 1 iżda l-istituzzjoni tuża l-għażla msemmija fl-Artikolu 11a tad-Direttiva 93/6/KEE għall-kuntratti fis-sens tal-punt 3(b) u (ċ) ta' l-Anness III:

Tabella 1a

Maturità residwa | Metalli prezzjużi (ħlief id-deheb) | Metalli tal-bażi | Prodotti agrikoli (softs) | Oħrajn, inklużi prodotti ta' l-enerġija |

Sena jew inqas | 2 % | 2,5 % | 3 % | 4 % |

Iktar minn sena, inqas minn ħames snin | 5 % | 4 % | 5 % | 6 % |

Iktar minn ħames snin | 7,5 % | 8 % | 9 % | 10 %" |

4. Fit-Tabella 2, l-intestatura fl-ewwel linja tat-tielet kolonna tinbidel bi:

"Kuntratti dwar rati tal-kambju barrani u deheb".

5. Fil-punt 2 il-paragrafu li ġej jiżdied fl-aħħar:

"Għall-metodi 1 u 2 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammont nozzjonali li għandu jkun ikkonsidrat huwa parametru xieraq għar-riskju inerenti fil-kuntratt. Fejn, ngħidu aħna, il-kuntratt jipprovdi għall-multiplikazzjoni ta' flussi ta' kontanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun aġġustat biex ikunu ikkonsidrati l-effetti tal-multiplikazzjoni ta' l-istruttura tar-riskju ta' dak il-kuntratt".

6. Fil-punt (3)(b) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala li jnaqqsu r-riskju ftehim ta' contractual-netting li jkopru kuntratti dwar il-kambju barrani b'maturità oriġinali ta' 14-il jum kalendarju jew anqas għażliet miktuba jew off-balance-sheet items simili li għalihom ma japplikax dan l-Anness għaliex għandhom biss riskju ta' kreditu negliġibbli jew m'għandhomx xejn. Jekk, jiddependi fuq il-valur pożittiv jew negattiv tas-suq ta' dawn il-kuntratti, l-inklużjoni tagħhom fi ftehim netting ieħor jista jirriżulta f'żieda jew tnaqqis ta' ħtiġijiet kapitali, l-awtoritajiet kompetenti iridu jobbligaw l-istituzzjoni ta' kreditu tagħhom li jużaw trattament konsistenti."

7. Fil-punt (3)(ċ)(ii), l-ewwel paragrafu u l-kliem introduttorju u t-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż, huma mibdula b'dan li ġej:

"(ii) Ftehim netting ieħor

Fl-applikazzjoni tal-metodu 1:

fil-pass (a) l-ispiża ta' bdil kurrenti għall-kuntratti inklużi fi ftehim netting jistgħu jinkisbu billi jkun ikkunsidrat l-ispiża attwali ipotetika ta' bdil nett li tirriżulta mill-ftehim; fil-każ fejn in-netting iwassal għall-obbligazzjoni netta għall-istituzzjoni ta' kreditu li tikkalkola l-ispiża netta tal-bdil, l-ispiża kurrenti tal-bdil hija ikkalkulata bħala "0";

fil-pass (b) il-figura għall-espożizzjoni potenzjali fil-ġejjieni għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim netting tista' titnaqqas skond l-ekwazzjoni li ġejja:

PCEred = 0,4 * PCEgross + 0,6 * NGR * PCEgross

meta:

PCEaħmar = il-figura mnaqqsa għal espożizzjoni potenzjali ġejjiena ta' kreditu għall-kuntratti kollha ma' kontraparti inklużi fi ftehim legali validu bilaterali ta' netting,

PCEgross = is-somma tal-figuri għal espożizzjoni potenzjali ġejjiena ta' kreditu għall-kuntratti kollha ma' kontraparti li huma inklużi fi ftehim legali validu bilaterali ta' netting u huma kkalkolati bil-multiplikazzjoni ta' l-ammonti nozzjonali prinċipali tagħhom bil-perċentwali stabbiliti fit-Tabella 1,

NGR (i) kalkolu separat: il-kwozjent ta' l-ispiża netta ta' sostituzzjoni għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim legali bilaterali ta' netting ma' kontraparti (numeratur) u l-ispiża grossa ta' sostituzzjoni għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim legali validu bilaterali ta' netting ma dik il-kontraparti (denominatur), jew

(ii) kalkolu aggregat: il-kwozjent ta' l-ispiża netta ta' sostituzzjoni kkalkolata fuq bażi bilaterali għall-kontrapartijiet kollha b'kont meħud tal-kuntratti inklużi fi ftehim legali bilaterali ta' netting (numeratur) u l-ispiża grossa ta' sostituzzjoni għall-kuntratti inklużi fi ftehim legali validu ta' netting (denominatur).

Jekk l-Istati Membri jippermettu istituzzjonijiet għażla ta' metodi, il-metodu użat għandu jintuża konsistentement.

Għall-kalkolazzjoni ta' l-esposizzjoni potenzjali tal-kreditu fil-ġejjieni skond il-formula ta' hawn fuq kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fil-ftehim netting jistgħu jkunu kkonsidrati bħala kuntratt waħdieni bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għall-irċevuti netti. Kuntratti li jaqblu perfettament huma kuntratti ta' kambju barrani 'il quddiem jew kuntratti simili li fihom prinċipal nozzjonali huwa ekwivalenti mal-flussi ta' kontanti jew il-flussi ta' kontanti jimmaturaw fuq l-istess data ta' valur u għal kollox jew parzjalment fl-istess valuta.

Fl-applikazzjoni tal-metodu 2, fil-pass (a)

- kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fi ftehim netting jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kuntratt waħdieni bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għall-irċevuti netti, l-ammonti tal-prinċipal nozzjonali huma multiplikati bil-persentaġġi mogħtija fit-Tabella 2."

B. L-Anness III għad-Direttiva 89/647/KEE huwa mibdul b'dan li ġej:

"

ANNESS III

TIPI TA' OFF-BALANCE-SHEET ITEMS

1. Kuntratti dwar ir-rata ta' l-imgħax:

(a) bdil ta' valuta waħda tar-rata ta' l-imgħax,

(b) bdil bażilari,

(ċ) ftehim tar-rata bil-quddiem,

(d) il-ġejjieni tar-rati ta' l-imgħax,

(e) għażliet tar-rata ta' l-imgħax mixtrija,

(f) kuntratti oħra ta' natura simili.

2. Kuntratti dwar il-kambju barrani u kuntratti rigward id-deheb:

(a) bdil tar-rati ta' l-imgħax bejn il-valuti,

(b) kuntratti tar-rata tal-kambju barrani bil-quddiem,

(c) ġejjieni tal-valuti,

(d) għażliet tal-valuta mixtrija,

(e) kuntratti oħra ta' natura simili,

(f) kuntratti dwar id-deheb ta' natura simili għal (a) sa (e).

3. Kuntratti ta' natura simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) dwar oġġetti oħra ta' referenza jew indiċijiet dwar:

(a) ishma,

(b) metalli prezzjużi ħlief id-deheb,

(ċ) komoditajiet li mhumiex metalli prezzjużi,

(d) kuntratti oħra ta' natura simili.

"

.

--------------------------------------------------