31998L0029



Official Journal L 148 , 19/05/1998 P. 0022 - 0032


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/29/KE

tas-7 ta' Mejju 1998

dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet prinċipali fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal transazzjonijiet b' kopertura għall-perjodu ta' żmien medju jew twil

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

(1) Billi l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' żmien twil u medju għandu rwol kruċjali fil-kummerċ internazzjonali u jikkostitwixxi strument ta' politiku kummerċjali maġġuri;

(2) Billi l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' żmien twil u medju għandha rwol kruċjali fil-kummerċ mal-pajjiżi illi għadhom qed jiżviluppaw u allura tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija dinjija, illi huwa għan ta' l-iżvilupp tal-politika tal-Komunità;

(3) Billi d-differenzi bejn is-sistemi uffiċjali ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni illi fil-preżent qegħdin jitħaddmu fl-Istati Membri fir-rigward tal-kostitwenti tal-koperatura, il-premium u l-polza tal-koperatura jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi fil-Komunità;

(4) Billi huwa xieraq illi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva m' għandhomx imorru lil hinn dak illi huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-armoniżazzjoni meħtieġa sabiex jiġi assigurat illi l-politika ta' l-esportazzjoni tiġi ibbażata fuq prinċipji uniformi u illi l-kompetizzjoni bejn l-impriżi fil-Komunità ma tkunx distorta;

(5) Billi sabiex titnaqqas id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, huwa mixtieq illi s-sistemi uffiċjali differenti ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni jiġu armoniżżati, kif huwa intiż fl-Artikolu 112 tat-Trattat fuq il-bażi tal-prinċipji uniformi u b' tali mod illi jiġu jiffurmaw parti integrali mill-politika kummerċjali komuni;

(6) Billi d-disposizzjonijiet mill-gvernijiet (jew l-istituzzjonijiet speċjali kontrollati mill-gvernijiet) tal-garanziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew programmi ta' assigurazzjoni b' rati ta' premium illi ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ispejjeż operattivi għall-perjodu twil u t-telf tal-programmi illi huma klassifikati bħala sussidju għall-esportazzjoni illi huma projbiti fil-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Dazju Kompensatorju milħuq fil-qafas tal-Laqgħat ta' l-Uruguay fuq in-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ (mill-1986 sa l-1994) [1], u partikolarment taħt l-Artikolu 3(1)(a) u l-paragrafu (j) ta' l-Anness I tiegħu;

(7) Billi l-premium mitlub mill-assiguraturi tal-kreditu għandha tikkorrispondi mar-riskju assigurat;

(8) Billi l-armonizzazzjoni tista' titlob koperazzjoni bejn l-assiguraturi tal-kreditu illi jkunu qegħdin jaġixxu f'isem l-Istati jew bl-appoġġ ta' l-Istat u b' koperazzjoni msaħħa fost l-impriżi fil-Komunità kif previst fl-Artikolu 130 tat-Trattat;

(9) Billi kemm l-armoniżazzjoni kif ukoll il-koperazzjoni huma fatturi maġġuri u kruċjali fil-kompetività ta' l-esportaturi tal-Komunità fis-swieq li mhumiex tal-Komunità;

(10) Billi l-Karta l-Bajda tal-Kummissjoni dwar it-tlestija tas-suq intern adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 1985 temfasiżża l-importanza ta' atmosfera illi twassal għall-koperazzjoni bejn l-impriżi tal-Komunità;

(11) Billi, b' Deċiżjoni datata s-27 ta' Settembru 1960 [2], il-Kunsill stabbilixxa Grupp ta' Politika Kordinata għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji;

(12) Billi fil-15 ta' Mejju 1991 l-imsemmi Grupp ta' Politika Kordinata dak iż-żmien qabbad esperti minn kull Stat Membru illi, bħala l-Grupp ta' Esperti tas-Suq Waħdieni 1992, issottomettew rapporti illi kien fihom sett ta' proposti fis-27 ta' Marzu, 1992, fil-11 ta' Ġunju 1993 u d-9 ta' Frar 1994;

(13) Billi bid-Deċiżjoni Nru. 93/112/KEE [3], il-Kunsill implimenta fil-liġi tal-Komunità l-Arranġament ta' l-OECD fuq il-Linji Gwida għall-Appoġġ Uffiċjali tal-Krediti għall-Esportazzjoni;

(14) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/509/KEE tas-27 ta' Ottubru 1970 dwar l-adozzjoni ta' politika ta' assigurazzjoni tal-kreditu komuni għat-transazzjonijiet ta' perjodu ta' żmien medju u fit-tul ma' xerrejja pubbliċi [4] u d-Direttiva tal-Kunsill Nru. 70/510/KEE tas-27 ta' Ottubru 1970 dwar l-adozzjoni ta' politika ta' assigurazzjoni tal-kreditu komuni għat-transazzjonijiet ta' perjodu ta' żmien medju u fit-tul ma' xerrejja privati [5] għandhom jiġu sostitwiti permezz ta' din id-Direttiva;

(15) Billi din l-armoniżazzjoni inizzjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għandha tiġi kunsidrata bħala pass lejn il-konverġenza tas-sistemi diversi ta' l-Istati Membri,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Applikabbilità

Din id-Direttiva tapplika għall-kopertura tat-transazzjonijiet illi jirrigwardaw l-esport tal-merkanzija u/jew servizzi illi joriġinaw fi Stat Membru, jekk kemm-il darba dan is-sostenn jiġi provdut direttament jew indirettament għal, jew bis-sostenn ta', wieħed jew aktar Stati Membri, illi jinvolvi perjodu totali ta' riskju ta' sentejn jew aktar, u ċioe', il-perjodu tal-ħlas lura jkun jinkludi l-perjodu tal-manifattura.

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-kopertura għal offerta, ħlas bil-quddiem, bonds ta' prestazzjoni jew ritenzjoni. Lanqas ma tapplika għall-kopertura tar-riskji illi jirrelataw ma' l-apparat tal-kostruzzjoni u l-materjal meta jkun użat lokalment għall-prestazzjoni tal-kuntratti kummerċjali.

Artikolu 2

Obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi kwalunkwe istituzzjoni illi tipprovdi kopertura direttament jew indirettament fil-forma ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, garanziji jew rifinanzjament għall-kont ta' l-Istati Membri jew bl-appoġġ ta' l-Istati Membri illi jirrappreżentaw lill-Gvern innifsu jew ikkontrollata minn u/jew illi taġixxi taħt l-awtorità tal-gvern illi jipprovdi l-kopertura, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "assiguratur", tkopri transazzjonijiet illi jirrigwardaw l-esportazzjoni tal-merkanzija u/jew servizzi skond id-disposizzjonijiet imniżżlin fl-Anness, meta jkunu destinati għall-pajjiżi barra mill-Komunità u finanzjati mill-kreditu ta' xerrej jew fornitur jew imħallas bi flus in kontanti.

Artikolu 3

Implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-punt 46 ta' l-Anness għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4.

Artikolu 4

Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat illi fih ikollha r-rappreżentanti ta' l-Istati Membri liema kumitat ikun presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'terminu ta' żmien illi l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwestjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat għandu jkollhom is-saħħa skond il-manjiera provduta f'dak l-Artikolu. Il-President m' għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li għandhom japplikaw fil-pront. Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ,

- il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri illi hija tkun iddeċidiet għal perjodu illi ma jistax jaqbeż xahar mid-data tal-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, filwaqt illi jaġixxi b' maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fit-terminu ta' żmien imsemmi fl-ewwel inċiż.

Artikolu 5

Rapport u reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2001 dwar l-esperjenza illi tkun ġiet miksuba u l-konverġenza milħuqa fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

Relazzjoni mal-proċeduri oħra

Il-proċeduri stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva jissupplimentaw dawk stabbilliti mid-Deċiżjoni 73/391/KEE [6].

Artikolu 7

Revoka

Id-Direttiva 70/509/KEE u d-Direttiva 70/510/KEE qegħdin jiġu hawnhekk imħassrin.

Artikolu 8

Trasposizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħluv fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva sa l-1 ta' April 1999. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b' dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.

Meta l-Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Direttiva qegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 7 May 1998.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Beckett

[1] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 156.

[2] ĠU C 66, tas-27.10.1960, p. 1339/60.

[3] ĠU L 44, tat-22.2.1993, p. 1. Id-deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 97/530/KE (ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 77).

[4] ĠU L 254, tat-23.11.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[5] ĠU L 254, tat-23.11.1970, p. 26. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[6] ĠU L 346, tas-17.12.1973, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 76/641/KEE (ĠU L 223, tas-16.8.1976, p. 25).

--------------------------------------------------

ANNESS

PRINĊIPJI KOMUNI GĦALL-ASSIGURAZZJONI TAL-KREDITU GĦALL-ESPORTAZZJONI

KAPITOLU I: KOSTITWENTI TAL-KOPERTURA

Taqsima 1 - Prinċipji ġenerali u definizzjonijiet

1. Applikabilità tal-prinċipji komuni

(a) Il-prinċipji komuni stabbiliti f'dan l-Anness għandhom igħoddu sabiex ikopru t-transazzjonijiet illi jsiru fuq kreditu tal-fornituri ma' xerrejja pubbliċi jew privati u sabiex ikopru t-transazzjonijiet illi jsiru fuq kreditu lix-xerrej ma' l-entitajiet pubbliċi jew privati illi jisselfu.

(b) Il-prinċipji komuni għandhom igħoddu sabiex ikopri r-riskji definiti fil-punt 4. Madankollu, l-assiguratur jista' jiddeċiedi f'kull każ individwali illi jillimita l-kopertura għal ċerti riskju biss.

(ċ) Meta l-obbligazzjonijiet ta' debitur privat huma garantiti bis-sħiħ jew inkondizzjonalment minn entità illi tkun kunsidrata pubblika skond il-punt 5 ta' dan l-Anness, il-prinċipji komuni għad-debituri pubbliċi għandhom igħoddu.

Meta użat f'dan l-Anness, il-kelma "debitur" tfisser kemm ix-xerrej kif ukoll l-entità illi tissellef msemmijin f'punt 1 (a), jew il-garanti tagħhom fir-riwgard tat-transazzjoni assigurata.

2. Il-karatteristiċi ta' kreditu tal-fornitur

(a) Il-kliema "kreditu tal-fornitur" għandu jgħodd għal kuntratt kummerċjali illi jipprovdi għall-esportazzjoni ta' merkanzija u/jew servizzi illi joriġinaw fi Stat Membru bejn fornitur wieħed jew aktar u xerrej wieħed jew aktar, fejn ix-xerrejja jintrabtu illi jħallsu l-fornitur bi flus in kontanti jew fuq termini ta' kreditu.

(b) Il-provvisti ta' kopertura għall-kreditu tal-fornitur għandhom japplikaw għall-kopertura mogħtija lill-impriża stabbilita fi Stat Membru skond l-Artikolu 58 tat-Trattat.

(ċ) Jekk kuntratt kummerċjali qiegħed jiġi iffinanzjat permezz ta' kreditu lix-xerrej jew kwalunkwe arranġament ieħor finanzjarju, il-kopertura mogħtija lill-esportatur għall-kuntratt kummerċjali innifsu għandu jsegwi d-disposizzjonijiet stabbiliti għall-kopertura tal-krediti ta' fornitura.

3. Il-karatteristiċi ta' kreditu lix-xerrej.

(a) Il-kliem "kreditu lix-xerrej" għandu japplika għall-ftehim ta' self bejn istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar u entità waħda jew aktar jiffinanzjaw kuntratt kummerċjali illi jipprovdi għall-esportazzjoni tal-merkanzija u/jew servizzi illi joriġinaw fi Stat Membru, fejn l-istituzzjoni (jiet) ta' self jintrabtu illi jħallsu lill-fornitur (i) taħt it-transazzjonijiet prinċipali in flus kontanti f'isem ix-xerrej(ja)/l-entità (jiet) illi tissellef (jissellfu), filwaqt illi x-xerrej/l-entità (jiet) illi tissellef (jissellfu) għandu jirrimborsa l-istituzzjoni(jiet) ta' self fuq termini ta' kreditu.

(b) Id-disposizzjonijiet dwar il-kopertura għall-kreditu lix-xerrej għandhom igħoddu fejn tingħata kopertura lill-istituzzjonijiet finanzjarji, irrispettivament mill-post tagħhom ta' stabbiliment jew reġistrazzjoni, jekk kemm-il darba l-kreditu lix-xerrej jikkostitwixxi obbligazzjoni inkondizzjonali ta' l-entità illi tissellef illi terġa' tħallas id-dejn tagħha, irrispettivament mill-prestazzjoni tal-kuntratt kummerċjali illi għandu jiġi finanzjat.

(ċ) Id-disposizzjonijiet dwar il-kopertura għall-kreditu lix-xerrej għandhom igħoddu għall-kopertura illi tingħata lill-istituzzjoni finanzjarja fir-rigward ta' l-istrumenti negozjabbli illi huma miżmuma korrettement minn dik l-istituzzjoni finanzjarja u illi jitħallsu mix-xerrej skond l-arranġament dwar il-finzanzjament ta' kuntratt kummerċjali.

4. Definizzjoni tar-riskji involuti

(a) Ir-riskju kummerċjali għad-debituri privati huwa determinat mill-punti 14, 15 u 16.

(b) Ir-riskju politiku għad-debituri privati huwa determinati mill-punti 17 sa 22, u għad-debituri pubbliċi mill-punti 15 sa 22.

(ċ) Ir-riskju għall-manifattur huwa determinat minn punt 6 (b).

(d) Ir-riskju tal-kreditu huwa determinat mill-punt 6 (ċ).

5. Status tad-Debitur

(a) Kwalunkwe entità illi, fi kwalunkwe forma, tirrappreżenta hija stess awtorità pubblika u illi ma tistax, kemm ġudizzjarjament jew amministrattivament, tiġi dikjara insolventi, għandha tiġi kunsidrata bħala debitur pubbliku. Dan jista' jkun kemm debitur sovran, ċioè, entità illi tirrappreżenta il-fiduċja u l-kreditu ta' l-Istat, per eżempju, l-Ministru tal-finanzja jew il-Bank Ċentrali, jew kwalunkwe entità pubblika oħra subordinata, bħall-awtoritajiet muniċipali jew parastatali jew istituzzjonijiet oħra pubbliċi.

(b) Meta l-assiguratur jagħmel stima ta' l-istatus tad-debitur, huwa għandu jqis:

- l-istatus tad-debitur,

- l-effettività reali ta' kwalunkwe azzjoni legali kontra d-debitur,

- l-għajn finanzjarja tad-debitur u l-introjtu; din għandha tqis l-fatt illi d-debitur pubbliku jista' jħallas id-djun tiegħu permezz ta' għejun illi ma jkunux relatati mal-fondi tal-gvern ċentrali, per eżempju permezz ta' l-introjtu mit-taxxa lokali, jew permezz tal-provviżjoni ta' servizzi pubbliċi,

- il-grad ta' influwenza jew kontroll fuq id-debitur illi tistsa' tiġi eżerċitata mill-gvern tal-pajjiż fejn jinsab id-debitur.

(ċ) Kwalunkwe debitur illi mhuwiex pubbliku, skond il-kriterji hawn fuq immsemmija, għandu, in prinċipju, jitqies bħala privat.

Taqsima 2: X'jaqa' taħt il-kopertura

6. Riskju kopert

(a) Ir-riskji koperti għandhom ikunu r-riskju ta' telf illi jista' jiġi mġarrab mill-manifattur u r-riskju tal-kreditu.

(b) It-telf illi jirriżulta mir-riskju tal-manifattur jimmaterjaliżża meta l-prestazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet kontrattwali tad-detentur tal-polza, jew il-fabbrikant tal-merkanzija ordnata, tkun ġiet sospiża għall-perjodu ta' sitt xhur konsekuttivi, jekk kemm-il darba din is-sospensjoni tkun kawżata direttament u esklussivament mill-okkorrenza ta' kawża waħda jew aktar imsemmijin fil-punti 14 sa 22.

(ċ) It-telf illi jirriżulta mir-riskju tal-kreditu jimmaterjaliżża meta d-detentur tal-poliza ma jkunx jista' jikseb il-ħlas ta' kwalunkwe ammont dovut lilu taħt il-kuntratt kummerċjali relevanti jew il-ftehim tas-self f'perjodu ta' tliet xhur wara d-data dovuta, jekk kemm-il darba dan in-nuqqas ta' ħlas ikun direttament u esklussivament kawżat mill-okkorrenza ta' kawża waħda jew aktar tat-telf imsemmi fil-punti 14 sa 22.

(d) Meta r-riskju jkun jirrigwarda kreditu lix-xerrej ikun inkondizzjonalment garantit illi l-assigurtur ikun ser isegwi l-prinċipji u proċeduri stabbiliti fil-punti 32, 33, u 46 (a).

7. Xitkun tkopri l-kopertura

(a) Il-kopertura tar-riskju għall-manifattur għandha tinkludi, fil-limitu ta' l-ammont tal-kuntratt, l-ispejjeż illi jkunu intefqu mid-detentur tal-polza jew fi prestazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet kontrattwali jew fil-manifattura tal-merkanzija illi tkun is-suġġett tal-kuntratt, jekk kemm-il darba dawn l-ispejjeż ikun korrettament attribwibbli lill-prestazzjoni tal-kuntratt.

Il-kopertura għar-riskju tal-manifattur m' għandhiex tinkludi:

- l-ispejjeż illi jkunu ntefqu fi-rigward tal-merkanzija u/jew is-servizzi illi għalihom il-kopertura tar-riskju tal-kreditu tkun diġa' għamlet tajjeb;

- l-ammonti mħallsin mid-detentur tal-polza wara s-sejħa għall-bonds maħruġa fir-rigward tal-kuntratt kopert; madankollu, dan ma jipprojbixxix lill-assiguratur milli jkopri dawn ir-riskju barra minn din id-Direttiva, u

- l-ammonti illi jikkorrispondu għall-penalitajiet u danni mħallsin mid-detentur tal-polza lid-debitur.

(b) Il-kopertura għar-riskju tal-kreditu għandu jinkludi l-ammont (il-kapital u l-imgħax) dovut mix-xerrej taħt kuntratt kummerċjali jew mill-entità illi tissellef taħt il-ftehim tas-self, liema ammont għandu jinkludi l-imgħax illi jinġema' wara d-data illi fiha d-dejn jiġi dovut (l-imgħax post-maturità).

Il-kopertura għar-riskju tal-kreditu għandu jeskludi l-ammonti illi jikkorrispondu għall-penalitajiet jew id-danni imħallsa mid-detenturi tal-polza lid-debitur.

8. Persentaġġ tal-kopertura

(a) Il-persentaġġ tal-kopertura u l-bażi sabiex jiġi stabbilit l-ammont massimu ta' l-indemnità illi għalih l-assiguratur jista' jsir responsabbli għandu jiġi stabbilit espressament fil-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-assiguratur.

(b) Jekk l-assiguratur jagħti l-persentaġġ tal-kopertura għola minn 95 %, għandu jsegwi l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-punti 32, 33 u 47 (a).

9. Persentaġġ illi ma jkunx assigurat.

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-punt 8(b), id-detentur tal-polza għandu jżomm għalih innifsu kwalunkwe persentaġġ illi ma jkunx assigurat. L-assiguratur jista' jiddeċiedi illi jħalli lid-detentur tal-polza jissospendi dan il-persentaġġ illi ma jkunx assigurat.

10. Kopertura għat-transazzjonijiet f'munita barranija.

Jekk it-transazzjonijiet jipprevedu ħlas jew finanzjament f'munita waħda jew aktar f'munita barranijeta, tkun tista' tingħata kopertura f'din il-minuri partikolari.

11. Fornituri minn barra

Is-subkuntratti mal-partijiet fi Stat Membri wieħed jew aktar huma awtomatikament inklużi fil-kopertura skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/854/KEE ta' l-10 Diċembru 1982 dwar ir-regoli applikabbli, fl-oqsma tal-garanziji ta' l-esportazzjoni u l-finanzjament ta' l-esportazzjoni, għal ċerti subkuntratti ma' partijiet fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi illi mhumiex membri [1].

12. Id-data effettiva tal-kopertura

(a) Fil-każ ta' kreditu lix-xerrej, il-kopertura għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self, jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet preċedenti stipulati fil-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu u l-ftehim tas-self ġew soddisfatti.

(b) Fil-każ tal-kreditu lill-fornitur, il-kopertura tar-riskju tal-manifattur għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt kummerċjali, jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet preċedenti stipulati fil-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu u fil-kuntratt kummerċjali ġew soddisfatti.

Il-kopertura tar-riskju tal-kreditu għandu jidħol fis-seħħ fid-data illi l-onoranza ta' l-obbligazzjonijiet kontrattwali tad-detentur tal-polza jintitolawh għall-ħlas, jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet preċedenti stipulati fil-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu u l-kuntratt kummerċjali jiġu soddisfatti. Madankollu, il-kopertura tar-riskju tal-kreditu jista' jidħol fis-seħħ fid-data ta' kull darba illi ssir konsenja parzjali jew trasmissjoni parzjali, jekk kemm-il darba, id-detentur tal-polza, taħt it-termini tal-kuntratt, ikun intitolat għall-pagament ta' ammont fiss u definittiv illi jikkorrispondi mal-valur tal-prodotti u/jew is-servizzi konsenjati u trasmessi.

Taqsima 3: Il-kawżi tat-telfa u l-esklużżjonijiet tar-responsabilità

13. Responsabilità ta' l-assiguratur

L-assiguratur għandu jkun responsabbli jekk it-telf ikun direttament u esklussivament attribwibbli għall-kawżi koperti tat-telf kopert stabbiliti mill-punti 14 sa 22.

14. Falliment

Il-falliment tad-debitur privat u, jekk ikun hemm, il-garanti tiegħu, kemm de jure kif ukoll de facto.

15. Nuqqas ta' ħlas

In-nuqqas ta' ħlas tad-debitur u, jekk ikun hemm, il-garanti tiegħu.

16. Repudjazzjoni arbitrarja jew rifjut

Id-deċiżjoni tax-xerrej illi jkun qiegħed jixtri taħt il-kreditu mill-fornitur illi jinterrompi jew jikkanċella l-kuntratt kummerċjali, jew illi jirrifjuta ili jaċċetta l-prodotti u/jew is-servizzi mingħajr ma jkollu d-dritt illi jagħmel dan.

17. Deċiżjoni ta' pajjiżi terzi

Kwalunkwe miżura jew deċiżjoni tal-gvern ta' pajjiż, barra mill-pajjiż ta' l-assiguratur, jew il-pajjiż tad-detentur tal-polza, inklużi l-miżuri u d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet pubbliċi illi huma meqjusa illi jikkostitwixxu l-intervenzjonijiet tal-gvern, illi ma jħallux il-prestazzjoni tal-ftehim tas-self jew il-kuntratt kummerċjali rispettivament.

18. Moratorium

Il-moratorium dekretatat kemm mill-gvern tal-pajjiż tad-debitur, jew minn dak ta' pajjiż terz illi permezz tiegħu għandu jsir il-ħlas fir-rigward tal-ftehim tas-self jew tal-kuntratt kummerċjali għandu jiġi effettwat.

19. Tfixkil jew dewmien fit-trasferiment tal-fondi

L-attivitajiet politiċi u d-diffikultajiet ekonomiċi jew il-miżuri leġislattivi u amministratitvi illi jiġru jew illi jittieħdu barra mill-pajjiż ta' l-assiguratur, u illi jkunu fixklu jew dewwmu t-trasferiment tal-fondi mħallsin fir-rigward tal-ftehim tas-self jew tal-kuntratt kummerċjali.

20. Disposizzjonijiet legali fil-pajjiż tad-debitur

Id-disposizzjonijiet legali adottati fil-pajjiż tad-debitur illi jkun qiegħed jiddikjara l-ħlasijiet magħmulin mid-debitur fil-munita lokali illi tkun ħelsien validu tad-dejn, minkejja l-fatt illi, bħala riżultat fil-bidliet fir-rati ta' skambju, dawn il-pagamenti, meta jinqalbu fil-munita tal-kuntratt kummerċjali jew ta' dak ta' ftehim tad-dejn, ma jkoprux aktar l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi.

21. Id-deċiżjoni tal-pajjiż ta' l-assiguratur jew tad-detentur tal-polza

Kwalunkwe miżura jew deċiżjoni tal-gvern tal-pajjiż ta' l-assiguratur jew tad-detentur tal-polza, inklużi l-miżuri u d-deċiżjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, fir-rigward tal-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, bħalma hija żamma ta' l-esportazzjoni, jekk kemm-il darba l-effetti tagħha ma jkunux koperti mill-gvern in kwestjoni.

22. Forza Maġġuri

Il-każijiet ta' forza maġġuri illi jinqalgħu fil-pajjiż ta' l-assiguratur, illi jistgħu jinkludu l-gwerra, inkluża l-gwerra ċivili, ċikluni, rivoluzzjonijiet, rewwixti, tħarbit ċivili, ċikluni, għargħar, terremoti, eruzzjonijiet vulkaniċi, tsunami, inċidenti nukleari, sakemm l-effetti tagħhom ma jkunux assigurati b' xi mod ieħor.

23. Esklużjoni ġenerali mir-responsabilità

L-assiguratur għandu jkun intitolat illi jirrifjura responsabilità għal kwalunkwe telf illi huwa direttamente jew indirettament attribwibbli lil dawn illi ġejjin:

(a) kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni mid-detentur tal-polza, jew minn kull persuna illi tkun qegħda taġixxi f'ismu;

(b) kwalunkwe disposizzjonijiet illi jirrestrinġu d-drittijiet tad-detentur tal-polza, illi hija inkluża fil-ftehim tas-self, il-kuntratt kummerċjali jew kwalunkwe dokument ieħor assoċjat, inkluż kwalunkwe dokument illi jirrigwarda l-garanzija jew l-arranġamenti dwar il-garanziji involuti.

(ċ) kwalunkwe ftehim ieħor ulterjuri bejn id-detentur tal-polza u d-debitur wara l-konklużjoni tal-ftehim tas-self jew il-kuntratt kummerċjali illi jkun fixkel jew dewwem il-ħlas tad-dejn;

(d) fil-każ ta' kreditu lill-fornitur, kwalunkwe nuqqas tas-subkuntratturi, ko-kuntratturi, jew fornituri oħra għall-prestazzjoni ta' l-obbligi tagħhom, jekk kemm-il darba dan in-nuqqas ma jkunx konsegwnza ta' avvenimenti politiċi deskritti fil-kawża tat-telf imsemmijin fil-punti 17 sa 22.

Taqsima 4: Disposizzjonijiet għall-indennizz tat-talbiet

24. Perjodu ta' stennija għat-talba

(a) Il-perjodu ta' stennija għat-talba għandu jikkorrispondi għat-tul ta' żmien stabbilit għall-materjalizazzjoni tar-riskju kopert, kif stabbilit fil-punti 6 (b) u (ċ).

(b) M' għandux japplika żmien ta' stennija għat-talba ta' indennizz:

- meta, fil-każ ta' debitur privat, in-nuqqas ta' ħlas ikun dovut għall-falliment tad-debitur, jew de jure jew inkella de facto,

- fil-każ ta' ftehim bilaterali illi jirristruttura d-dejn intergovernattiv.

25. Indennizz u assenjazzjoni

(a) Id-detentur tal-polza huwa intitolat għall-indennizz fit-tmiem tal-perjodu għall-istennija għat-talba kif definit fil-punt 24, jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet illi jippreċedu l-assigurazzjoni u l-indennizz ikunu ġew soddisfatti, it-talba tkun legalment valida, u d-detentur tal-polza tratta r-riskju bid-dovuta diliġenza.

(b) L-assiguratur huwa intitolat għall-assenjazzjoni tad-drittijiet tad-detentur tal-polza liema drittijiet joħorġu rispettivament mill-ftehim tas-self u mill-kuntratti kummerċjali.

26. Obbligazzjonijiet garantiti

Jekk l-obbligazzjonijiet tad-debitur lejn id-detentur tal-polza jkunu ġew assigurati permezz ta' garanzija jew xi tip ieħor ta' garanzija, id-detentur tal-polza jrid ikun ħa l-miżuri kollha meħtieġa kif mitlub fil-polza illi ma jassigurax biss illi l-garanzija jew il-garanzija l-oħra hija valida u inforzabbli, iżda wkoll sabiex tiġi verament infurzata l-garanzija.

27. Kalkolu tal-pretensjoni

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-punt 31, l-assiguratur għandu, fil-kalkolu tal-pagament tat-talba ta' indennizz, ma jħallasx lid-detentur tal-polza ammont illi jaqbeż l-ammont attwali tat-telf totali tiegħu, u/jew ammont illi jaqbeż l-ammont illi d-detentur tal-polza kien verament intitolat illi jirċievi minngħand l-entità illi tissellef taħt il-ftehim tas-self jew mix-xerrej taħt il-kuntratt kummerċjali, rispettivament.

28. Ħlas tat-talba ta' indennizz

It-talba ta' indennizz għandha tiġi mħallsa mingħajr dewmien, mhux aktar tard, madankollu, minn xahar mit-tmien tal-perjodu ta' stennija għat-talba, jekk kemm-il darba l-assiguratur jkun ġie notifikat minnufih bil-ġrajja tal-pretensjoni u jkun irċieva l-informazzjoni kollha meħtieġa, id-dokumenti u l-provi sabiex ikun hemm biżżejjed żmien sabiex tiġi determinata l-validità tat-talba ta' indennizz.

Fil-każ ta' kopertura għar-riskju tal-fabbrikant, it-talba ta' indennizz għandha tiġi soddisfatta fi żmien xahar jew fit-tmien tal-perjodu ta' stennija għat-talba, jew fid-data ta' l-irċevuta tar-rapport ta' espert, meta dan ikun relevanti, jew fid-data tal-ftehim bejn id-detentur tal-polza u l-assiguratur dwar l-ammont tat-talba ta' indennizz, liema minnhom tkun l-aktar tard.

29. Kwestjonijiet illi jirrigwardaw it-talba ta' indennizz

Jekk it-telf ikun suġġett għall-applikazzjoni għal indennizz mid-detentur tal-polza jirrigwarda d-drittijiet illi jkunu is-suġġett tal-kawża, l-assigurat jista' jiddiferixxi l-ħlas ta' talba ta' indennizzi sakemm il-kawża tiġi deċiża a favur tad-detentur tal-polza mill-qorti jew korp ta' arbitraġġ skond ma jkun ġie determinat fil-ftehim tas-self jew il-kuntratt kummerċjali rispettivament.

30. Ftehim bilaterali intergovernattiv għar-ristrutturar tad-dejn

(a) Jekk il-ftehim tas-self kopert jew il-kuntratt kummerċjali huwa suġġett għal ftehim bilaterali intergovernattiv għar-ristrutturar tad-dejn, id-detentur tal-polza għandu jsegwi l-kondizzjonijiet tal-ftehim tar-ristrutturar fir-rigward ta' kemm il-porzjoni assigurat u dak mhux assigurat tal-ftehim tas-self jew il-kuntratt kummerċjali, rispettivament. Id-detentur tal-polza għandu jagħti kwalunkwe assistenza meħtieġa lill-assiguratur għall-prestazzjoni tal-ftehim tar-ristrutturar.

(b) Jekk l-ammont assigurat ikun inkluż fi ftehim bilaterali intergovernattiv għar-ristrutturar tad-dejn, l-assiguratur jista' jirrinunzja għal perjodu ta' xahar previst f'punt 28 ġaladarba l-ftehim bilaterali jkun effettiv.

31. Spejjeż addizzjonali

L-ispejjeż addizzjonali illi jirriżultaw mill-azzjoni sabiex titnaqqas jew teħles mit-telf għandu jkun kopert proporzjonalment mal-persentaġġ tal-kopertura taħt il-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu, jekk kemm-il darba jkunu ġew approvati mill-assiguratur. L-ispejjeż addizzjonali jinkludu l-ispejjeż tal-proċeduri legali jew spejjeċ oħra legali sabiex jiġi minimiżżat it-telf iżda jekludu l-ispejjeż inkorsi fid-determinazzjoni tal-validità o meno tat-talba ta' indennizz.

Madankollu, jekk dawn l-ispejjeż jirrelataw għall-ammonti jew maturitajiet li ma jkunux koperti mill-assiguratur, huma għandhom jiġu attribwiti proporzjonalment lill-ammonti u maturitajiet assigurati u mhux assigurati.

IL-KAPITOLU II: PREMIUM

32. Prinċipji ġenerali sabiex jiġi stabbilit il-premium

Il-premium għandu jikkonverġi. Għal dan il-għan, il-premium illi jiġi mitlub għall-assigurazzjoni tal-kreditu għandu:

- jikkorrispondi mar-riskju (il-pajjiż, is-sovran, ir-riskju pubbliku u/jew privat) kopert,

- jirrifletti adegwatament il-mergħa u l-kwalità tal-kopertura mogħtija,

- ma tkunx inadegwata sabiex tkopri l-ispejjeż u t-telf fit-tul ta' l-operazzjoni.

33. Il-kwalità tal-kopertura

Meta tkun trid tiġi determinata l-kwalità tal-kopertura kif imsemmi fil-punt 32, l-assiguratur għandu debitament iqis il-persentaġġ tal-kopertura, u kwalunkwe kondizzjoni oħra illi teffettwa l-kwalità tal-koprtura.

34. Stima tar-riskju tal-pajjiż

Il-livell tal-valur tal-premium għal kull pajjiż jew kull kategorija ta' pajjiż għandu jkun ibbażat fuq stima xierqa tar-riskju tal-pajjiż.

35. Il-kapaċità tal-kreditu tad-debitur

Meta jiġu stabbiliti r-rati tal-premju, l-assiguratur għandu jqis il-kapaċità tal-kreditu ta' l-assiguratur inkluż l-istatus tiegħu kif stabbilit fil-punt 5.

36. Perjodu tar-riskju

Meta jkun qiegħed jikkalkula l-premium, l-assiguratur għandu jqis ir-riskjutotali tal-perjodu kif ukoll il-profil tal-ħlas lura u l-imgħax.

37. Ammont illi jkun ser jiġi addebitat

(a) Il-premium għandu jitħallas fuq l-ammont illi jkun irid jiġi addebitat għandu jkun ibbażat, kemm jista' jkun, fuq il-livelli minimi tal-premium. Dawn il-livelli għandu jiġu espressi f'persentaġġi b' valur ta' referenza bħallikieku il-premium tkun inġabret kompletament dakinar illi ssir l-assigurazzjoni jew tkun kostitwita l-garanzija; għar-riskju tal-kreditu, dan il-valur ta' referenza għandu jkun mill-anqas, rispettivament, l-ammont tal-kapital prinċipali tas-self jew il-portzjoni ir-ri-finanzjat tal-kuntratt kummerċjali, jew għar-riskju tal-manifattur il-valur totali tal-kuntratt illi minnu jkun ġie mnaqqas il-valur tad-depożitu.

(b) Fil-każ tar-riskju tal-manifattur, l-ammont illi jkun ser jiġi addebitat jista' jitnaqqas mit-telf massimu illi għalih tkun saret talba.

38. Ħlas tal-premium

(a) L-ammont tal-premium totali għandu jkun dovut fid-data tal-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu jew garanzija jew meta l-kuntratt jew il-ftehim tas-self isir pjenement effettiv.

(b) Il-premium jista' jitħallas f'rati jew billi togħla r-rata ta' l-imgħax, jekk kemm-il darba dan ikun jikkorrispondi, f'termini tal-valur nett tal-preżent, ma' l-ammont tal-premju imsemmi fil-punt 38 (a) hawn fuq.

IL-KAPITOLU III: POLZA TAL-KOPERTURA TA' PAJJIŻ

39. Determinazzjoni tal-polza illi tkopri pajjiż

(a) L-assiguratur għandu, fid-dawl tad-daqs u l-limitazzjonijiet strutturali ekonomiċi, jibbaża l-polza tal-kopertura tiegħu fuq l-istima tiegħu tar-riskju skond il-pajjiż, l-esposizzjoni tiegħu illi jkun għad għandu għal kull pajjiż, u l-komposizzjoni tal-portafoll tiegħu tar-riskju tal-pajjiż.

(b) Sabiex jistabbilixxi l-polza tiegħu tal-kopertura ta' pajjiz, l-assiguratur għandu jqis il-klassifikazzjoni ta' kull pajjiż debitur.

(ċ) Madankollu, l-assiguratur għandu jkun liberu illi jieqaf jew jillimita l-assigurazzjoni tan-negozju għall-pajjiż partikolari, indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż.

40. Definizzjoni ta' l-esposizzjoni totali illi tkun għadha ma ġietx konkluża

L-esposizzjoni totali illi tkun għadha ma ġietx konkluża għandha, fil-limiti tal-persentaġġ tal-kopertura, tkun determinata fuq il-bażi ta' l-ammonti għan-negozju f'perjodu ta' żmien medju u fit-tul, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva.

41. Riskju ta' pajjiż

(a) Fir-rigward tal-grupp ta' pajjiżi illi jikkostitwixxi l-aqwa riskju, l-assiguratur mgħandu, fil-prinċipju, jistabbilixxi l-ebda restrizzjonijiet fuq il-politika tiegħu ta' kopertura.

(b) Għall-pajjiżi l-oħra, l-assiguratur jista' jistabbilixxi xi restrizzjonijiet fuq il-politika tiegħu ta' kopertura.

(ċ) Assiguratur illi, fil-prinċipju, ma joffrix koprtura għal pajjiż jew grupp partikolari ta' pajjiżi, jista', madankollu, eċċezzjonalment ikopri ċerti transazzjonijiet għar-raġinijiet ta' politika bilaterali jew interess nazzjonali, jew meta jkun hemm biżżejjed munita għall-iskambju disponibbli għat-transazzjoni in kwestjoni.

(d) Fir-rigward tal-pajjiżi msejjħin fil-punt (b) hawn fuq, l-assiguraturi jistgħu jistabbilixxu l-limiti tar-riskju f'manjiera kumulattiva jew alternattiva, per eżempju:

- l-esposizzjoni total illi jkun għad baqgħalu dak il-pajjiż,

- il-valuri totali ta' l-offerti tal-kopertura,

- il-valur tal-kuntratti l-ġodda illi għandhom jipu koperti,

- l-ammont massimu kopert kull transazzjoni.

L-assiguraturi jistgħu wkoll iżidu l-premium applikabbli.

Taħt il-limiti tar-riskju għal pajjiż partikolari, mhu ser ikun hemm fil-prinċipju l-ebda limitu fuq il-politika tal-kopertura.

42. Kondizzjonijiet speċifiċi għall-kopertura tal-pajjiż

Fi kwalunkwe każ, l-assiguratur jista' japplika regolarment għal pajjiż partikolari, irrispettivament mill-kategorija korrispondenti tal-pajjiż, ċerti kondizzjonijiet tal-koeprtura, bħal per eżempju:

- il-garanziji tal-ħlas u/jew tat-trasferiment mill-Bank Ċentrali jew il-Ministru tal-Finanzi tal-pajjiż relevanti,

- ittra irrevokabbli tal-garanzija tal-kreditu jew tal-bank,

- l-estensjoni tal-perjodu ta' stennija għat-talba,

- tnaqqis fil-persentaġġ tal-kopertura,

- restrizzjonijiet fil-kopertura għal ċertu setturi ta' attività għal ċerti tipi ta' proġetti.

IL-KAPITOLU IV: PROĊEDURI TA' NOTIFIKA

43. Applikabilità tal-proċeduri ta' notifika

(a) L-assiguraturu għandhom jappplikaw il-proċeduri illi ġejjin għall-prinċipji komuni stabbiliti fil-Kapitolu 1, 11 u 111.

(b) Dawn il-proċeduri għandhom jissupplimentaw dawk stabbiliti taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 73/391/KEE tat-3 ta' Diċembru, 1973 dwar il-proċeduri tal-konsultazzjoni u ta' l-informazzjoni fi kwestjonijiet ta' assigurazzjoni tal-kreditu, il-garanzija tal-kreditu u l-krediti finanzjarji [2].

44. Tipi ta' proċeduri ta' notifika

Għandu jkun hemm erba' tipi ta' proċeduri ta' notifika, destinati lill-Kummissjoni u lill-assiguraturi l-oħra:

- notifika annwali għall-informazzjoni,

- notifika għad-deċiżjoni,

- notifika ex-ante għall-informazzjoni, u

- notifika ex-post għall-informazzjoni.

Id-data prevista m'għandhiex tkun żvelata lil terzi.

45. Notifika annwali għall-informazzjoni,

(a) Fl-aħħar ta' kull sena, mhux aktar tard madankollu mit-30 ta' April tas-sena ta' wara, kull assiguratur għandu jirrapporta lill-assiguraturi l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħha tas-sena ta' qabel fuq bażi retrospettiva. Dan ir-rapport għandu jkopri l-pajjiżi debituri u għandu jkollu, għal kull wieħed minn dawn il-pajjiżi:

- l-ammont totali tal-kopertura illi l-assiguratur ikun offra,

- l-esposizzjoni totali illi jkun għad baqa' kif definit fil-punt 40,

- il-premium illi jkun qala',

- l-ammont ta' rkupri illi jkun għamel, u

- l-ammont ta' talbiet għall-indenizz imġallsa.

(b) Fil-bidu ta' kull sena, mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar, kull assiguratur għandu jirrapporta lill-assiguraturi l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-politika tagħha ta' kopertura, inkluż it-tip u l-livell tal-limiti kif ukoll il-kondizzjonijiet illi l-assiguratur ħaseb illi jimponi kondizzjonijiet fuq il-kopertura, kif ikun ġie previst jew applikabbli għas-sena illi tkun ġejja.

46. Notifika ta' Deċiżjoni

(a) Fil-każ ta' offerti kompetenti mill-esportaturi tal-Komunità jew banek, l-assiguratur involut għandu jirrispondi minnufih għal kwalunkwe talba għal informazzjoni minn assiguratur ieħor involut dwar l-istatus tad-debitur tat-transazzjoni in kwestjoni – kif definit fil-punt 5.

(b) F'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar l-istatus tad-debitur, l-assiguraturi involuti għandhom jqiegħdu informazzjoni għad-disposizzjoni ta' l-assiguraturi l-oħra sabiex jissetiljaw fuq status illi jkun maqbul reċiprokament.

(ċ) Jekk l-assiguraturi ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-istatus tad-debitur fi żmien għaxart ijiem utli mit-talba għal informazzjoni, l-assiguraturi involuti jistgħu jqajmu l-kwestjoni bl-informazzjoni relevanti għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, illi għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva.

47. Notifika ex-ante għall-informazzjoni

(a) Assiguratur illi jkun jikkonsidra jidderoga mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness billi jagħtu kondizzjonijiet ta' kopertura aktar favorevoli kemm għal transazzjoni partikolari jew għal sett ta' transazzjonijiet, jew għal settur jew ċerti setturi, jew għal ċertu pajjiżi jew pajjiżi, jew għas-sistema globali tagħhom, għandhom jinnotifikaw l-assiguraturi l-oħra u l-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu mill-inqas sebat ijiem utli qabel id-deċiżjoni tiegħu ssir effettiv, filwaqt illi jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għad-deroga maħsuba, per eżempju, l-bżonn illi jlaħħaq mal-kompetizzjoni internazzjonali, u r-rata tal-premium korrispondenti illi tkun ser tiġi mitluba.

(b) Assiguratur illi jkun irid jitlob premium anqas minn dak stabbilit fin-notifika annwali skond il-punt 45 (b), għandu jinnotifika lill-assiguraturi l-oħrajn u l-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu mill-anqas sebat ijiem utli qabel ma d-deċiżjoni tiegħu ssir effettiva.

(ċ) Assiguratur illi, wara illi tkun saret in-notifika ta' assiguratur ieħor skond il-punti (a) u (b) hawn fuq, jaħseb biex jagħti kondizzjonijiet aktar favorevoli min-notifikatur inizjattiv, għandu jinnotifika lill-assiguraturi l-oħra u l-Kummissjoni ta' l-intenzjoni mil-anqas sebat ijiem utli qabel id-deċiżjoni ssir effettiva, filwaqt illi jiddikjara r-rata tal-premium illi huwa jkun qiegħed jaħseb illi jitlob.

(d) Assiguratur, illi, skond il-punt 41 (ċ), jaħseb illi jkopri t-transazzjonijiet mad-debituri f'pajjiżi, illi normalment huwa ma joffrix kopertura, għandu jinnotifika ‘l-assiguraturi l-oħrajn u ‘l-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu mill-anqas sebat ijiem utli qabel id-deċiżjoni tiegħu ssir effettiva, filwaqt illi jiddikjara r-rata tal-premium illi huwa jkun qiegħed jaħseb illi jitlob.

48. Notifika ex-post għal informazzjoni

(a) Assiguratur illi jiddeċiedi illi jidderoga mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness billi jagħti kondizzjonijiet ta' kopertura anqas favorevoli kemm għal transazzjoni partikolari jew għal sett ta' transazzjonijiet jew għal ċertu setturi jew ċerti setturi jew għal ċertu pajjiż jew ċerti pajjiżi, jew għas-sistemi sħiħ tiegħu, għandu jinnotifika sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar l-assiguraturi l-oħrajn u l-Kummissjoni b' dan għas-sena kalendarja preċedenti.

(b) Assiguratur illi jiddeċiedi illi jaġġusta wieħed jew aktar mill-elementi tal-polza tal-kopertura kif ikunu ġew notifikati fin-notifika tagħhom ta' kull sena skond il-punt 45 (b), għandu jinnotifika minnufih lill-assiguraturi l-oħra u l-Kummissjoni b' dan.

(ċ) Assiguratur illi, wara n-notifika skond il-punti 47 (a) u/jew (b), jiddeċiedi illi jagħti l-istess kondizzjonijiet lin-notifikatur inizzjatur, għandu minnufih jinnotifika lill-assiguraturi l-oħrajn u lill-Kummissjoni b' dan.

(d) Kull assiguratur għandu minnufih jagħti risposti dettaljati għal kull talba illi ssiru mill-assiguraturi l-oħra jew mill-Kummissjoni għall-kjarifiki jew informazzjoni dwar l-attività tiegħu.

49. Użu ta' sistema ta' posta elettronika.

In-notifiki għandhom isiru normalment permezz ta' sistema ta' posta elettronika, jew, jekk ikun meħtieġ, b' mezz ieħor xieraq ta' komunikazzjoni bil-miktub istantanea.

[1] ĠU L 357, tat-18.12.1982, p. 20.

[2] ĠU L 346, tas-17.12.1973, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bl-aħħar att ta' l-1994 ta' Adeżjoni.

--------------------------------------------------