Official Journal L 101 , 01/04/1998 P. 0001 - 0016
ID-DIRETTIVA 98/4/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Frar 1998 li temenda d-Direttiva 93/38/KEE li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' l-entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 57(2), 66 u 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1), Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2), Filwaqt li jaġixxu b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 189b tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fis-26 ta' Novembru 1997, (1) Billi l-Kunsill, bid-Deċiżjoni 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 li tirrigwarda l-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fir-rigward ta' materji fil-kompetenza tiegħu, tal-ftehimijiet milħuqa fin-negozjati multilaterali tad-Dikjarazzjoni ta' l-Urugwaj (1986-94) (4), approva f'isem il-Komunità, inter alia, il-Ftehim dwar Akkwist mill-Gvern, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", li l-għan tiegħu huwa li jibni qafas ta' drittijiet u obbligi bilanċjati fir-rigward ta' akkwist mill-gvern bil-ħsieb li jikseb il-liberalizzazzjoni u l-espansjoni tal-kummerċ dinji; billi l-Ftehim ma għandu l-ebda effett dirett; (2) Billi d-Direttiva 93/38/KEE (5) ikkoordinat il-proċeduri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri ta' akkwist ta' l-entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, sabiex idaħħlu kondizzjonijiet ugwali ta' komptetizzjoni għal dawn il-kuntratti fl-Istati Membri kollha; (3) Billi l-entitajiet kontraenti koperti mill-Ftehim li jikkonformaw mad-Direttiva 93/38/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, u li japplikaw l-istess dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kuntratturi, il-fornituri u dawk li jipprovdu servizzi f'pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim huma għalhekk f'konformità mal-Ftehim; (4) Billi, minħabba d-drittijiet u l-impennji li jiddevolvu fuq il-Komunità b'riżultat ta' l-aċċettazzjoni tal-Ftehim, l-arranġamenti li jridu jiġu applikati fir-rigward ta' min jitfa' l-offerti u għall-prodotti mill-pajjiżi terzi firmatarji huma dawk definiti mil-Ftehim, li l-iskop tiegħu ma jinkludix kuntratti mogħtija mill-entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 93/38/KEE, il-kuntratti mogħtija mill-entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Annessi III, IV, V, VI u X ta' din id-Direttiva, il-kuntratti ta' servizzi elenkati fil-lista fl-Anness XVI B tagħha, il-kuntratti ta' servizzi ta' Riċerka u Żvilupp (R ... Ż) imsemmija fil-Kategorija 8 ta' l-Anness XVI A tagħha, il-kuntratti tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni msemmija fil-Kategorija 5 ta' l-Anness XVI A tagħha, li n-numri tal-Klassifika Komuni tal-Prodotti (KKP) tagħha huma 7524, 7525 u 7526 u l-kuntratti tas-servizzi finanzjarji msemmija fil-Kategorija 6 ta' l-Anness XVI A tagħha, fejn għandhom x'jaqsmu l-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment tal-garanziji jew ta' strumenti finanzjarji oħra, u s-servizzi tal-banek ċentrali; (5) Billi ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim idaħħlu kondizzjonijiet iktar favorevoli għal min jitfa' l-offerti minn dawk preskritti fid-Direttiva 93/38/KEE; (6) Billi meta l-kuntratti jiġu mogħtija mill-entitajiet kontraenti fis-sens tal-Ftehim, l-opportunitajiet ta' aċċess għal kuntratti tas-servizz pubbliku, il-provvista pubblika u x-xogħlijiet pubbliċi disponsibbli taħt it-Trattat għal impriżi u prodotti mill-Istati Membri jridu jkunu mill-inqas favorevoli daqs il-kondizzjonijiet ta' aċċess għall-kuntratti pubbliċi ġewwa l-Komunita mogħtija skond l-arranġamenti li jinsabu fil-Ftehim lil impriżi u prodotti minn pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-Ftehim; (7) Billi huwa għalhekk meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/38/KEE jiġu addattati u ssupplimentati; (8) Billi l-ħtieġa li jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u ta' bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli ta' akkwist f'dawn is-setturi tkompli teħtieġ illi l-entitajiet li jridu jkunu koperti jridu jiġu identifikati fuq bażi oħra għajr b'referenza għall-istatus legali tagħhom; (9) Billi l-emendi magħmula għad-Direttiva 93/38/KEE m'għandhomx jippreġudikaw it-trattament ugwali ta' l-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u fis-settur privat; (10) Billi, filwaqt li jinżamm l-Artikolu 222 tat-Trattat, irid jiġi żgurat illi r-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tal-pussess tal-proprjetà ma jridux jiġu preġudikati; (11) Billi l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/38/KEE trid tiġi simplifikata u jrid jinżamm kemm jista' jkun il-bilanċ li nkiseb fil-leġislazzjoni Komunitarja preżenti fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku f'dawn is-setturi; (12) Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi estiża l-applikabbilità ta' xi wħud mill-addattamenti tad-Direttiva 93/38/KEE għall-entitajiet kontraenti kollha u għas-setturi koperti minn din id-Direttiva; (13) Billi l-entitajiet kontraenti jistgħu ifittxu jew jaċċettaw pariri li jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta' l-ispeċifikazzjonijiet għal ksib speċifiku, sakemm dawn il-pariri ma' jkollhomx l-effett li jipprekludu l-kompetizzjoni; (14) Billi l-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju l-materjali ta' taħriġ u ta' informazzjoni li huma jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq mibdul ta' akkwist; (15) Billi l-ftuħ ta' kuntratti fis-setturi koperti minn din id-Direttiva jista' jkollu effetti negattivi fuq l-ekonomiji tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Portugiża, li jkollhom isofru strapazz konsiderevoli; billi huwa xieraq li dawn l-Istati Membri jingħataw perjodu addizzjonali ta' żmien sabiex jimplimentaw din id-Direttiva, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-impennji internazzjonali li jiddevolvu fuq il-Komunità b'riżultat ta' l-aċċettazzjoni tal-Ftehim, li jiddefinixxi l-arranġamenti li jridu jiġu applikati fil-konfront ta' min jitfa' l-offerti u għall-prodotti minn pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-Ftehim, li l-iskop presenti tagħhom ma jinkludix il-kuntratti mogħtija mill-entitajiet kontraenti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 93/38/KEE, il-kuntratti mogħtija mill-entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Annessi III, IV, V, VI u X ta' din id-Direttiva, il-kuntratti tas-servizzi elenkati fil-lista fl-Anness XVI B tagħha, il-kuntratti ta' servizzi ta' Riċerka u Żvilupp (R ... Ż) imsemmija fil-Kategorija 8 ta' l-Anness XVI A tagħha, il-kuntratti ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni msemmija fil-Kategorija 5 ta' l-Anness XVI A tagħha, li n-numri tagħhom tal-Klassifika Komuni tal-Prodotti (KKP) huma 7524, 7525 u 7526 u l-kuntratti ta' servizzi finanzjarji msemmija fil-Kategorija 6 ta' l-Anness XVI A tagħha, fejn għandhom x'jaqsmu l-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment tal-garanziji jew ta' strumenti finanzjarji oħra, u s-servizzi tal-banek ċentrali, id-Direttiva 93/38/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 14 (a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal: (a) il-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Anness X (1), sakemm il-valur stmat, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ma jkunx inqas minn: (i) 600 000 ECU fil-każ ta' kuntratti ta' provvista u ta' servizzi; (ii) 5 000 000 ECU fil-każ ta' kuntratti ta' xogħol; (b) kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX (2), sakemm il-valur stmat, nett mill-VAT, ma jkunx inqas minn: (i) l-ewkivalenti ta' 400 000 ECU fi drittijiet speċjali ta' ġbid (DSĠ) għall-kuntratti ta' provvista għall-kuntratti ta' servizzi elenkati fil-lista fl-Anness XVI A, għajr għas-servizzi ta' Riċerka u Żvilupp (R ... Ż) imsemmija fil-Kategorija 8 u l-Kategorija 5 tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, li n-numri tar-referenza tal-KKP tagħhom huma 7524, 7525 u 7526; (ii) 400 000 ECU fil-każ ta' kuntratti oħra ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-(1); (iii) l-ewkivalenti f'ECU ta' 5 000 000 DSĠ fil-każ ta' kuntratti tax-xogħol; (ċ) kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Annessi III, IV, V u VI (3), sakemm il-valur stmat, nett mill-VAT, ma jkunx inqas minn: (i) 400 000 ECU fil-każ ta' kuntratti ta' provvista u ta' servizzi; (ii) 5 000 000 ECU fil-każ ta' kuntratti ta' xogħol; (1) L-ANNESS X : l-entitajiet kontraenti fis-settur tat-telekomunikazzjoni. (2) L-ANNESS I: entitajiet fis-setturi li jkopru l-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' l-ilma tax-xorb. L-ANNESS II: entitajiet fis-setturi li jkopru l-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' l-elettriku. L-ANNESS VI: entitajiet fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji urbani, tal-linja tat-tram, tal-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku (trolleybus) jew ta' servizzi ta' karozzi tal-linja. L-ANNESS VIII: entitajiet fil-qasam tal-faċilitajiet ta' l-ajruporti. L-ANNESS IX: entitajiet fil-qasam tal-faċilitajiet tal-portijiet marittimi jew interni jew ta' terminals oħrajn. (3) L-ANNESS III: entitajiet fis-setturi li jkopru t-trasport jew id-distribuzzjoni tal-gass jew tas-sħana. L-ANNESS IV: entitajiet fis-setturi li jkopru l-esplorazzjoni għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass. L-ANNESS V: entitajiet fis-setturi li jkopru l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-faħam jew karburanti oħra. L-ANNESS VI: entitajiet fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji.''; (b) għandhom jiżdiedu l-paragrafu li ġejjin: "14. Il-valur fil-muniti nazzjonali tal-limiti stabbiliti speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom, bħala prinċipju, jiġu riveduti kull sentejn b'effett mill-1 ta' Jannar 1996. Il-kalkolu ta' dan il-valur għandu jkun ibbażat fuq il-valuri medji ta' kuljum ta' dawn il-muniti espressi f' ECU matul il-perjodu ta' 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta' Awissu ta' qabel ir-revizjoni b'effett mill-1 ta' Jannar. Dawn il-valuri għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-bidu ta' Novembru. 15. Il-valuri tal-limiti tal-Ftehim dwar Akkwist mill-Gvern, konkluż fil-qafas tan-negozjati multilaterali (*) tad-Dikjarazjzoni ta' l-Urugwaj, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim", espressi f'ECU għandhom bħala prinċipju jiġu riveduti kull sentejn b'effett mill-1 ta' Jannar 1996. Il-kalkolu ta' dawn il-valuri għandu jkun ibbażat fuq il-valuri medji ta' kuljum ta' l-ECU espressi bħala DSĠ matul il-perjodu ta' 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta' Awissu ta' qabel ir-revizjoni ta' l-1 ta' Jannar. Dawn il-valuri għandhom jiġu ppubblikati kif ipprovdut fil-paragrafu 14. 16. Il-metodi ta' kalkolu preskritti fil-paragrafi 14 u 15 għandhom jiġu eżaminati skond it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva 93/36/KEE. (*) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 li tirrigwarda l-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha, tal-ftehim milħuq fin-negozjati multilaterali tad-Dikjarazzjoni ta' l-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, tat-23.12.1994, p.1)."; 2. l-Artikolu 21(2)(ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "(ċ) l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta' informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt involut qabel il-bidu ta' l-għażla ta' dawk li jitfgħu l-offerti jew tal-parteċipanti fin-negozjati. L-informazzjoni għandha ta' mill-inqas tinkludi dan li ġej: (i) ix-xorta u l-kwantità, inklużi l-alternattivi kollha għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima ta' meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati; fil-każ ta' kuntratti rikorrenti x-xorta u l-kwantità u, fejn ikun possibbli, l-istima ta' meta jkunu sejrin iseħħu s-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jridu jiġu akkwistati; (ii) jekk il-proċedura tkunx ristretta jew negozjata; (iii) kull data tal-bidu jew tat-tmiem tal-kunsinna tal-provvisti jew tax-xogħol jew servizzi li jridu jsiru; (iv) l-indirizz u d-data finali għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni li fir-rigward tagħha tkun inħarġet sejħa għall-offerti, kif ukoll il-lingwa jew il-lingwi li fiha jew fihom trid tiġi sottomessa; (v) l-indirizz ta' l-entità li tagħti l-kuntratt u li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa sabiex jinkisbu l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra; (vi) kull rekwiżit ekonomiku u tekniku, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa mingħand il-fornituri, l-impriżi jew dawk li jipprovdu servizzi; (vii) l-ammont u t-termini ta' ħlas ta' kull somma pagabbli għad-dokumentazzjoni li għandha x'taqsam mal-proċedura ta' akkwist; u (viii) jekk l-entità tkunx qiegħda tagħmel sejħa għal offerti ta' xiri, kiri, jew xiri bin-nifs, jew iktar minn wieħed minn dawn il-metodi."; 3. l-Artikolu 22(1)(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "(b) fil-każ ta' kuntratti ta' xogħol, il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħlijiet li l-entitajiet kontraenti jkunu beħsiebhom jagħtu, li l-valur stmat tagħhom ma jkunx ta' inqas : mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(1)(a)(ii) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Anness X ikunu beħsiebhom jagħtu, mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(1)(b)(iii) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX ikunu beħsiebhom jagħtu, jew mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(1)(ċ)(ii) fir-rigward tal-kuntratti li l-entitajiet li jwettqu xi attività li għaliha ssir referenza fl-Annessi III, IV, V u VI ikunu beħsiebhom jagħtu."; 4. l-Artikolu 23(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal kompetizzjonijiet ta' disinn organizzati bħala parti mill-proċedura li twassal għall-għoti ta' kuntratt ta' servizzi li l-valur stmat tagħhom nett mill-VAT ma jkunx inqas : mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(1)(a)(i) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Anness X ikunu beħsiebhom jagħtu, mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(1)b)(i) jew (ii) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX ikunu beħsiebhom jagħtu, jew mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(1)(ċ)(i) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Annessi III, IV, V u VI ikunu beħsiebhom jagħtu. 2. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-kompetizzjonijiet kollha ta' disinnji li l-ammont totali tal-premjijiet u l-ħlasijiet tal-kompetizzjoni ma jkunx inqas : mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(1)(a)(i) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-Anness X ikunu beħsiebhom jagħtu, mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(1)b)(i) jew (ii) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX ikunu beħsiebhom jagħtu, jew mil-limitu preskritta fl-Artikolu 14(1)(ċ)(i) fir-rigward ta' kuntratti li l-entitajiet li jwettqu attività msemmija fl-fl-Annessi III, IV, V u VI ikunu beħsiebhom jagħtu."; 5. l-Artikolu 24 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "2. L-informazzjoni pprovduta taħt it-Taqsima I ta' l-Anness XV jew taħt l-Anness XVIII għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. F'din il-konnessjoni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni għalih meta jibagħtu din l-informazzjoni f'konnessjoni mal-punti 6, 9 u 11 ta' l-Anness XV."; 6. l-Artikolu 26 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 26 1. Fi proċeduri miftuħa l-limitu taż-żmien li matulu jiġu rċevuti l-offerti għandu jiġi ffissat mill-entitajiet kontraenti għal mhux inqas minn 52 jum mid-data ta' meta jintbagħat l-avviż. Dan il-limitu taż-żmien jista' jiġi sostitwit b'wieħed li jkun twil biżżejjed sabiex jippermetti lil dawk interessati li jissottomettu offerti validi u li, bħala regola ġenerali, m'għandux ikun inqas minn 36 ġurnata u, ikun xi jkun il-każ, mhux inqas minn 22 ġurnata mid-data li fiha jintbagħat l-avviż tal-kuntratt, jekk l-entitajiet kontraenti jkunu bagħtu lill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej avviż perjodiku indikattiv b'mod konformi ma' l-Artikolu 22(1), sakemm dan l-avviż ikun fih l-informazzjoni meħtieġa mit-Tieni u mit-Tielet Partijiet ta' l-Anness XIV, safejn u sakemm din l-informazzjoni tkun disponibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż li għalih issir referenza fl-Artikolu 22(1). Dan l-avviż perjodiku indikattiv għandu barraminnhekk ikun intbagħat lill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien minimu ta' 52 jum u massimu ta' 12-il xahar qabel id-data li fiha l-avviż tal-kuntratt ipprovdut fl-Artikolu 21(1)(a) jintbagħat lill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri negozjati b'sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni, għandu japplika dan li ġej: (a) il-limitu taż-żmien li fih jiġu rċevuti t-talbiet għall-parteċipazzjoni, bi tweġiba għal avviż pubblikat b'mod konformi ma' l-Artikolu 21(1)(a) jew bi tweġiba għal sejħa mill-entità kontraenti b'mod konformi ma' l-Artikolu 21(2)(ċ), għandu, bħala regola ġenerali, ikun ta' mill-inqas 37 jum mid-data tad-dispaċċ ta' l-avviż jew mis-sejħa u għandu f'kull każ ikun mhux inqas mil-limitu taż-żmien għall-pubblikazzjoni preskritt fl-Artikolu 25(3), b'żjieda ta' għaxart ijiem; (b) il-limitu taż-żmien li fih jiġu rċevuti l-offerti jista' jiġi ffissat bi ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, sakemm dawk kollha li jitfgħu l-offerti jingħataw żmien ugwali sabiex iħejju u jitfgħu offerti; (ċ) fejn ma jkunx possibbli li jintlaħaq ftehim dwar il-limitu taż-żmien fi fih jiġu rċevuti l-offerti, il-parti kontraenti għandha tiffissa limitu taż-żmien li, bħala regola ġenerali, għandu jkun ta' mill-inqas 24 jum u m'għandu fl-ebda każ ma jkun inqas minn għaxart ijiem mid-data tas-sejħa għall-offerti; iż-żmien preskritt għandu jkun twil biżżejjed fl-ambitu tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 28(3)."; 7. fl-Artikolu 28: (a) il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "5. It-talbiet għall-parteċipazzjoni f'kuntratti u sejħiet għall-offerti jridu jsiru bl-iktar mezz rapidu ta' komunikazzjoni possibbli. Meta t-talbiet għall-parteċipazzjoni jsiru b'telegramma, b'telex, bil-fax, bit-telefon jew b'kull mezz ieħor elettroniku, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn jiġu kkonfermati b'ittra mibgħuta qabel it-tmiem tal-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 26(2)."; (b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "6. L-offerti għandhom jiġu sottomessi bil-kitba, direttament jew bil-posta. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sottomissjoni ta' l-offerti b'kull mezz ieħor li jagħmilha possibbli li jiġi żgurat: illi kull offerta jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi evalwata, illi tinżamm il-kunfidenzjalità ta' l-offerta sakemm tiġi evalwata, illi, fejn ikun metieġ għal raġunijiet ta' prova legali, dawn l-offerti jiġu kkonfermati kemm jista' jkun maljar bil-kitba jew billi tintbagħat kopja attestata, illi l-offerti jinfetħu wara li jiskadi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tagħhom."; 8. l-Artikolu 30(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. L-awtoritajiet kontraenti li hekk jixtiequ jistgħu jistabbilixxu u joperaw sistema ta' kwalifikazzjoni ta' fornituri, kuntratturi u ta' dawk li jipprovdu servizzi. L-entitajiet li jistabilixxu jew joperaw sistema ta' kwalifikazzjoni għandhom jaċċertaw li l-fornituri, il-kuntratturi u dawk li jipprovdu servizzi jistgħu japplikaw għal kwalifikazzjoni f'kull ħin."; 9. l-Artikolu 35 (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. L-Artkolu 34(1) m'għandux japplika fejn Stat Membru jsejjes l-għoti ta' kuntratti fuq kriterji oħrajn, fil-qafas tar-regoli fis-seħħ fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, li jkunu intenzjonati li jagħtu preferenza lil ċerti persuni li jitfgħu l-offerti, sakemm r-regoli invokati jkunu kompatibbli mat-Trattat."; 10. l-Artikolu 38 għandu jiġi mħassar; 11. l-Artikolu 41 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 41 1. L-entitajiet kontraenti għandhom iżommu informazzjoni xierqa dwar kull kuntratt li għandu jkun biżżejjed sabiex jippermettilhom f'data iktar tard li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda fir-rigward : (a) tal-kwalifika u l-għażla tal-kuntratturi, tal-fornituri jew ta' dawk li jipprovdu servizzi u l-għoti ta' offerti; (b) tar-rikors għal derogi mill-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej b'mod konformi ma' l-Artikolu 18(6); (ċ) ta' l-l-użu ta' proċeduri mingħajr sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni skond l-Artikolu 20(2); (d) tan-nuqqas li jiġu applikati t-Titoli II, III u IV b'mod konformi mad-derogi pprovduti fit-Titolu I. 2. L-informazzjoni għandha tinżamm għal ta' mill-inqas erba' snin mid-data tal-konċessjoni tal-kuntratt sabiex l-entità kontraenti tkun tista', matul dan il-perjodu taż-żmien, tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni jekk din ta' l-aħħar titlob dan. 3. L-entitajiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX għandhom jgħarrfu fil-pront lill-fornituri, lill-kuntratturi jew lil dawk li jipprovdu servizzi li jipparteċipaw dwar id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-għoti tal-kuntratti, u dan għandu jsir bil-miktub fuq talba tagħhom. 4. L-entitajiet kontraenti li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Annessi I, II, VII, VIII u IX għandhom, fil-pront wara d-data li fiha jkunu rċevew t-talba, jgħarrfu lil kull wieħed mill-kandidati eliminati jew lil dak li jkun tefa' offerta u jkun ġie eliminat dwar ir-raġuni tar-rifjut ta' l-applikazzjoni jew l-offerta, u lil kull min ikun tefa' offerta ammissibbli dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi ta' l-offerta magħżula kif ukoll l-isem ta' min ikun rebaħ l-offerta. Madankollu, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt, li għaliha ssir referenza fl-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, tinżamm meta r-rilaxx ta' din l-informazzjoni jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew b'xi mod ieħor ikun kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi leġitttimi kummerċjali ta' intrapriżi pubbliċi jew privati partikolari, inklużi dawk ta' l-intrapriżi li jkunu rebħu l-kuntratt, jew li jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri, il-kuntratturi jew dawk li jipprovdu servizzi."; 12. il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 42: "1a. Fir-rigward ta' l-attivitajiet li għalihom jirreferu l-Annessi I, II, VII, VIII u IX, l-Istati Membri għandhom, b'mod konformi ma' l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 40(4) sa (8), jiżguraw illi, l-iktar tard sal-31 ta' Ottubru 1997 għas-sena preċedenti u wara din sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni tirċievi rapport statistiku dwar il-kuntratti mogħtija. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi verifikata l-applikazzjoni xierqa tal-Ftehim. L-informazzjoni meħtieġa taħt dan il-paragrafu m'għandhiex tinkludi informazzjoni li tirrigwarda kuntratti għas-servizzi mniżżla fil-lista fil-kategorija 8 ta' l-Anness XVI A, servizzi tat-telekomunikazzjoni elenkati fil-kategorija 5, in-numri ta' referenza KKP li huma 7524, 7525 u 7526, jew is-servizzi elenkati fl-Anness XVI.B."; 13. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 42a Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' kuntratti mill-entitajiet kontraenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw fir-relazzjonijiet tagħhom kondizzjonijiet favorevoli bħal dawk li huma jikkonċedu lil pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Għal dawn il-finijiet l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv tal-Kuntratti Pubbliċi dwar il-miżuri li jridu jittieħdu skond il-Ftehim."; 14. l-Annessi XII, XIII, XIV u XV għandhom jiġu sostitwiti bit-testi korrispondenti li jidhru fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-16 ta' Frar 1999. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih. 2. Madanakollu, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża jistgħu jipprovdu illi d-dispożizzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mhux iktar tard mis-16 ta' Frar 2000. 3. Meta l-Istati Membri jadottaw d-dispożizzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva, jew meta jiġu pubblikati uffiċjalment ma' din il-pubblikazzjoni għandha ssir ir-referenza imsemmija. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva flimkien ma' tabella ta' korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri nazzjonali adottati. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Frar 1998. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. GIL-ROBLES Għall-Kunsill Il-President J. CUNNINGHAM L-ANNESS "L-ANNESS XII A. IL-PROĊEDURI MIFTUĦA 1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, in-numru tat-telefon, in-numri tat-telex u tal-fax ta' l-entità kontraenti. 2. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi; fejn xieraq, iddikjara jekk huwiex ftehim qafas). Il-kategorija tas-servizz fis-sens ta' l-Anness XVI A jew XVI B u d-deskrizzjoni (klassifika tal-KKP). Fejn xieraq, iddikjara jekk l-offerti humiex mitluba għax-xiri, kiri, xiri bin-nifs jew kull kombinazzjoni ta' dawn. 3. Il-post tal-kunsinna, il-lok jew il-post fejn isir is-servizz. 4. Għall-provvisti u x-xogħlijiet: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattivi għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien meta s-sejħiet sussegwenti għall-kompetizzjoni għall-oġġetti li jridu jiġu akkwistati jew dwar in-natura u l-varjetà tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti u dwar in-natura ġenerali tax-xogħol; (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerta għal xi wħud mill-oġġetti meħtieġa u/jew għal kollha. Jekk, għall-kuntratti tax-xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jiġu sottodiviżi f'numru ta' lottijiet, l-ordni tal-kobor tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà li tintefa' offerta għal wieħed jew għal bosta lottijiet jew għal-lottijiet kollha; (ċ) għall-kuntratti ta' xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-għan tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan ta' l-aħħar jinvolvi t-tfassil ta' proġetti. 5. Għas-servizzi: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattivi għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien ta' meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien tas-sejħiet sussegwenti ta' kompetizzjoni għas-servizzi li jridu jiġu akkwistati; (b) indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riservat għal xi professjoni partikolari mil-liġi, minn xi regolament jew dispożizzjoni amministrattiva; (ċ) ir-referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva; (d) indikazzjoni dwar jekk persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali ta' l-impjegati responsabbli għat-twettiq tas-servizzi; (e) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerta għal parti mis-servizzi kkonċernati. 6. Awtorizzazzjoni li jiġu sottomessi varjanti. 7. Deroga mill-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, skond l-Artikolu 18(6). 8. Il-limiti taż-żmien tal-kunsinna jew tat-twettiq jew tat-tul taż-żmien tal-kuntratt ta' servizz u, sa fejn jista' jkun, id-data tal-bidu. 9. (a) L-indirizz minn fejn jistgħu jintalbu d-dokumenti tal-kuntratt u dokumenti addizzjonali. (b) Fejn xieraq, l-ammont u t-termini tal-ħlas tas-somma li trid titħallas biex jinkisbu dawn id-dokumenti. 10. (a) Id-data finali meta jistgħu jiġu sottemessi l-offerti. (b) L-indirizz fejn iridu jintbagħtu. (ċ) Il-lingwa jew lingwi li bihom iridu jinkitbu. 11. (a) Fejn xieraq, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ ta' l-offerti. (b) Id-data, il-ħin u l-post ta' dan il-ftuħ. 12. Fejn xieraq, kull depożiti u garanziji meħtieġa. 13. It-termini ewlenin li jirrigwardaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew riferenzi għad-dispożizzjonijiet relevanti. 14. Fejn xieraq, il-forma legali li trid tittieħed mill-aggruppament tal-fornituri, il-kuntratturi jew dawk li jipprovdu servizzi li lilhom jingħata l-kuntratt. 15. Il-kondizzjonijiet minimi ekonomiċi u tekniċi meħtieġa mill-fornitur, mill-kuntrattur jew mill-provveditur ta' servizzi li lilhom jiġi konċess il-kuntratt. 16. Il-perjodu taż-żmien li fih min jirbaħ l-offerta jkun marbut li jżomm l-offerta tiegħu miftuħa. 17. Il-kriterji għall-konċessjoni tal-kuntratt. Kriterji oħrajn għajr dak ta' l-inqas prezz għandhom jissemmew fejn ma jidhrux fid-dokumenti tal-kuntratt. 18. Informazzjoni oħra. 19. Fejn xieraq, ir-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-avviż perijodiku ta' informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li għaliha jirreferi l-kuntratt. 20. Id-data ta' meta l-avviż jintbagħat mill-entità kontraenti. 21. Id-data ta' meta l-avviż jiġi rċevut fl-Uffiċċji tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (li trid tiġi fornita minn dan l-Uffiċċju). B. PROĊEDURI RISTRETTI 1. Isem, indirizz, indirizz telegrafiku, numru tat-telefon, numru tat-telex u tal-fax ta' l-entità kontraenti. 2. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi; fejn xieraq, iddikjara jekk hux ftehim qafas). Il-kategorija tas-servizz fis-sens ta' l-Anness XVI A jew XVI B u d-deskrizzjoni (klassifikazzjoni tal-KKP). Fejn xieraq, iddikjara jekk l-offerti humiex mitluba għax-xiri, kiri, xiri bin-nifs jew kull kombinazzjoni ta' dawn. 3. Il-post tal-kunsinna, il-lok jew il-post fejn jitwettaq is-servizz. 4. Għall-provvisti u x-xogħlijiet: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattivi għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien meta jistgħu jiġu eżerċitati dawn l-alternattivi. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien meta s-sejħiet sossegwenti ta' kompetizzjoni dwar l-oġġetti li jridu jinkisbu jew dwar in-natura u l-varjetà tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti u dwar in-natura ġenerali tax-xogħol. (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerta għal xi wħud mill-oġġetti meħtieġa u/jew għal kollha. Jekk, għall-kuntratti tax-xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jiġu sottodiviżi f'numru ta' lottijiet, l-ordni tal-kobor tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà li tintefa' offerta għal wieħed jew għal numru mil-lottijiet jew għal-lottijiet kollha; (ċ) għall-kuntratti ta' xogħlijiet: informazzjoni dwar l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan ta' l-aħħar jinvolvi t-tfassil ta' proġetti. 5. Għal servizzi: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattiva għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien ta' meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien tas-sejħiet sussegwenti ta' kompetizzjoni għas-servizzi li jridu jiġu akkwistati; (b) indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riservat għal xi professjoni partikolari mil-liġi, minn regolamenti jew minn dispożizzjoniamministrattiva; (ċ) referenza għal-liġi, għar-regolament jew għad-dispożizzjoni amministrattiva; (d) indikazzjoni dwar jekk persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali ta' l-impjegati responsabbli għat-twettiq tas-servizzi; (e) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerti għal parti mis-servizzi inkwistjoni. 6. L-awtorizzazzjoni li jiġu sottomessi varjanti. 7. Deroga mill-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, b'mod konformi ma' l-Artikolu 18(6). 8. Il-limiti taż-żmien tal-kunsinna jew tat-tlestija jew tat-tul taż-żmien tal-kuntratt ta' servizz u, sa fejn ikun possibbli, tal-bidu. 9. Fejn xieraq, il-forma legali li trid tittieħed mill-aggruppament tal-fornituri, tal-kuntratturi jew ta' dawk li jipprovdu servizzi li lilhom jingħata l-kuntratt. 10. (a) Id-data finali ta' meta jiġu rċevuti t-talbiet għall-parteċipazzjoni. (b) L-indirizz fejn iridu jintbagħtu. (ċ) Il-lingwa jew lingwi li bihom iridu jinkitbu. 11. Id-data finali meta jistgħu jintbagħtu sejħiet għall-offerti. 12. Fejn xieraq, kull depożiti u garanziji meħtieġa. 13. It-termini ewlenin li jirrigwardaw l-iffinanzjar u l-ħlas u/jew ir-referenzi għat-test li fihom dawn ikunu jinsabu. 14. Informazzjoni li tirrigwarda l-pożizzjoni tal-fornitur, tal-kuntrattur jew tal-provveditur u l-kondizzjonijiet minimi ekonomiċi u tekniċi meħtieġa minnhom. 15. Il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt fejn dawn ma jissemmewx fis-sejħa għall-offerti. 16. Informazzjoni oħra. 17. Fejn xieraq, ir-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-avviż perjodiku ta' informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li għaliha jirreferi l-kuntratt. 18. Id-data ta' meta jintbagħat l-avviż mill-entitajiet kontraenti. 19. Id-data ta' meta l-avviż jiġi rċevut mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (li trid tiġi fornita minn dan l-Uffiċċju). Ċ. PROĊEDURI NEGOZJATI 1. Isem, indirizz, indirizz telegrafiku, numru tat-telefon, numru tat-telex u tal-fax ta' l-entità kontraenti. 2. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi; fejn xieraq, iddikjara jekk huwiex ftehim qafas). Il-kategorija tas-servizz fis-sens ta' l-Anness XVI A jew XVI B u d-deskrizzjoni (klassifika tal-KKP). Fejn xieraq, iddikjara jekk l-offerti humiex mitluba għax-xiri, kiri, xiri bin-nifs jew kull kombinazzjoni ta' dawn. 3. Il-post tal-kunsinna, il-lok jew il-post fejn jitwettaq is-servizz. 4. Għall-provvisti u x-xogħlijiet: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattiva għal akkwisi ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien ta' meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien tas-sejħiet ta' kompetizzjoni sossegwenti għall-oġġetti li jridu jiġu akkwistati jew dwar in-natura u l-varjetà tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti u dwar in-natura ġenerali tax-xogħol. (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerta għal xi wħud mill-oġġetti meħtieġa u/jew għal kollha. Jekk, fir-rigward ta' kuntratti tax-xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jiġu sottodiviżi f'numru ta' lottijiet, l-ordni tal-kobor tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà li tintafa' offerta għal wieħed jew għal numru mill-lottijiet jew għall-lottijiet kollha. (ċ) Għall-kuntratti ta' xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan ta' l-aħħar jinvolvi ukoll it-tfassil ta' proġetti. 5. Għas-servizzi: (a) in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti, inklużi kull alternattivi għal akkwist ulterjuri u, jekk possibbli, stima taż-żmien meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, jekk possibbli, stima taż-żmien tas-sejħiet sussegwenti ta' kompetizzjoni għas-servizzi li jridu jiġu akkwistati. (b) indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riservat għal xi professjoni partikolari minn xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, (ċ) referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva, (d) indikazzjoni dwar jekk persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali ta' l-impjegati li huma responsabbli għat-twettiq tas-servizzi, (e) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu offerti għal parti mis-servizzi involuti. 6. L-awtorizzazzjoni li jiġu sottomessi varjanti. 7. Deroga mill-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, b'mod konformi ma' l-Artikolu 18(6). 8. Il-limiti taż-żmien tal-kunsinna jew tat-twettiq jew tat-tul taż-żmien tal-kuntratt għas-servizz u, sa fejn jista' jkun, tal-bidu. 9. Fejn xieraq, il-forma legali li trid tittieħed mill-aggruppament ta' fornituri, kuntratturi jew dawk li jipprovdu servizzi li lilhom ikun ingħata l-kuntratt. 10. (a) Id-data finali ta' meta jiġu rċevuti t-talbiet għall-parteċipazzjoni. (b) L-indirizz ta' fejn iridu jintbagħtu. (ċ) Il-lingwa jew il-lingwi li bihom iridu jinkitbu. 11. Fejn xieraq, kull depożiti u garanziji meħtieġa. 12. It-termini ewlenin li jirrigwardaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew ir-riferenzi għat-testi li fihom dawn ikunu jinsabu. 13. Informazzjoni li tirrigwarda l-pożizzjoni tal-fornitur, tal-kuntrattur jew tal-provveditur u l-kondizzjonijiet minimi ekonomiċi u tekniċi meħtieġa minnu. 14. Il-kriterji għall-konċessjoni tal-kuntratt fejn dawn ma jissemmewx fis-sejħa għall-kuntratti jew fid-dokumenti tal-kuntratti. 15. Fejn xieraq, l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri, tal-kuntratturi jew tal-provvedituri tas-servizzi diġà magħżula mill-entità kontraenti. 16. Fejn japplika, id-data/i ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 17. Informazzjoni oħra. 18. Fejn xieraq, ir-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-avviż perijodiku ta' informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li għaliha jirreferi l-kuntratt. 19. Id-data ta' meta jintbagħat l-avviż mill-entità kontraenti. 20. Id-data ta' meta l-avviż jiġi rċevut fl-Uffiċċji tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (li trid tingħata minn dan l-Uffiċċju). L-ANNESS XIII L-AVVIŻ DWAR L-EŻISTENZA TA' SISTEMA TA' KWALIFIKAZZJONI 1. Isem, indirizz, indirizz telegrafiku, numru tat-telefon, numru tat-telex u tal-fax ta' l-entità kontraenti. 2. L-iskop tas-sistema ta' kwalifikazzjoni (deskrizzjoni ta' l-oġġetti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet jew tal-kategoriji tagħhom li jridu jiġu akkwistati permezz tas-sistema). 3. Il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-fornituri, kuntratturi u minn dawk li jipprovdu servizz sabiex huma jkunu kkwalifikati skond is-sistema u l-metodi li permezz tagħhom kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet trid tiġi vverifikata. Meta d-deskrizzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet u l-metodi tal-verifika huma voluminużi u msejsa fuq dokumenti disponibbli għall-fornituri, kuntratturi u dawk li jipprovdu servizzi li huma interessati, għandu jkun biżżejjed jekk isir sommarju tal-kondizzjonijiet u tal-metodi ewlenin kif ukoll referenzi għal dawn id-dokumenti. 4. Il-perjodu ta' validità tas-sistema ta' kwalifikazzjoni u l-formalitajiet għat-tiġdid tiegħu. 5. Referenza għall-fatt li l-avviż jaħdem bħas-sejħa għall-kompetizzjoni. 6. L-indirizz ta' fejn jistgħu jinkisbu iktar informazzjoni u dokumentazzjoni li jirrigwardaw is-sistema ta' kwalifikazzjoni (jekk differenti mill-indirizz imsemmi taħt 1). 7. Kull informazzjoni oħra relevanti. L-ANNESS XIV L-AVVIŻ PERJODIKU TA' INFORMAZZJONI I. L-INTESTATURI LI JRIDU JIMTLEW F'KULL KAŻ 1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, in-numru tat-telefon, in-numri tat-telex u tal-fax ta' l-entità kontraenti jew tas-servizz li minn għandhom tista' tinkiseb informazzjoni addizjonali. 2. (a) Għal kuntratti ta' provvista: in-natura u l-kwantità jew il-valur tas-servizzi jew tal-prodotti li jridu jiġu forniti. (b) Għall-kuntratti ta' xogħlijiet: in-natura u l-varjetà tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti, il-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol jew tal-lottijiet b'referenza għax-xogħol. (ċ) Għall-kuntratti ta' servizzi: l-akkwist totali maħsub f'kull waħda mill-kategoriji ta' servizzi mniżżla fil-lista fl-Anness XVI A. 3. Id-data ta' meta jintbagħat l-avviż mill-entità kontraenti. 4. Id-data meta l-avviż jasal fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (li trid tiġi fornita minn dan l-Uffiċċju). 5. Kull informazzjoni relevanti oħra. II. L-INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA META L-AVVIŻ JINTUŻA BĦALA MEZZ GĦAS-SEJĦA GĦALL-KOMPETIZZJONI JEW IKUN JIPPERMETTI T-TNAQQIS TA' L-GĦELUQ TAŻ-ŻMIEN SABIEX JIĠU RĊEVUTI L-KANDIDATURI JEW L-OFFERTI 6. Referenza għall-fatt illi l-fornituri interessati jridu jagħtu pariri lill-entità dwar l-interess tagħhom fil-kuntratt jew fil-kuntratti. 7. L-għeluq taż-żmien sa meta jistgħu jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet għas-sejħa għall-offerti. III. L-INFORAZZJONI LI TRID TINGĦATA, SAKEMM DIN L-INFORMAZZJONI TKUN DISPONIBBLI, META L-AVVIŻ JINTUŻA BĦALA MEZZ GĦAS-SEJĦA GĦALL-KOMPETIZZJONI JEW IKUN JIPPERMETTI T-TNAQQIS TA' L-GĦELUQ TAŻ-ŻMIEN SABIEX JIĠU RĊEVUTI L-KANDIDATURI JEW L-OFFERTI 8. In-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti li jridu jiġu forniti jew in-natura ġenerali tax-xogħol jew tal-kategorija tas-servizz fis-sens ta' l-Anness XVI A u d-deskrizzjoni (klassifika tal-KKP), li tiddikjara jekk huwiex previst xi ftehim qafas, inklużi kull alternattivi għal akkwist ulterjuri u stima taż-żmien meta dawn l-alternattivi jistgħu jiġu eżerċitati. Fil-każ ta' kuntratti rikorrenti, ukoll, stima taż-żmien għal sejħiet sussegwenti ta' kompetizzjoni. 9. Iddikjara jekk humiex meħtieġa offerti għax-xiri, kiri, xiri bin-nifs jew kull kombinazzjoni ta' dawn. 10. Il-limiti taż-żmien tal-kunsinna jew tat-twettiq jew tat-tul taż-żmien tal-kuntratt u, sa fejn jista' jkun, tal-bidu. 11. L-indirizz li fih l-impriżi interessati għandhom jibagħtu bil-miktub l-espressjonijiet ta' l-interess tagħhom. Id-data finali ta' meta jiġu rċevuti dawn l-espressjonijiet ta' interess. Il-lingwa jew il-lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni tal-kandidaturi jew ta' l-offerti. 12. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi jew finanzjarji, u l-garanziji finanzjarji u tekniċi meħtieġa mingħand il-fornituri. 13. (a) Id-data proviżorja, jekk magħrufa, għall-bidu tal-proċeduri sabiex jingħata kuntratt jew kuntratti. (b) It-tip ta' proċedura ta' għoti (ristretta jew negozjata). (ċ) Dettalji dwar l-ammont u l-ħlas ta' kull somma li trid titħallas biex jinkisbu d-dokumenti li jirigwardaw il-konsultazzjoni. L-ANNESS XV L-AVVIŻ DWAR KUNTRATTI KONĊESSI I. L-INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI FIL-ĠURNAL UFFIĊJALI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (1) 1. L-isem u l-indirizz ta' l-entità kontraenti. 2. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi; fejn xieraq, iddikjara jekk huwiex ftehim qafas). 3. Ta' mill-inqas indikazzjoni sommarja dwar in-natura u l-kwantità tal-prodotti, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi pprovduti. 4. (a) Il-forma tas-sejħa għal kompetizzjoni (avviż dwar l-eżistenza ta' proċedura ta' kwalifikazzjoni; avviż perjodiku ta' informazzjoni; sejħa għall-offerti). (b) Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. (ċ) Fil-każ ta' kuntratti mogħtija mingħajr sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni, indikazzjoni dwar id-dispożizzjoni relevanti fl-Artikolu 20(2), jew fl-Artikolu 16. 5. Il-proċedura ta' l-għoti (miftuħa, ristretta jew negozjata). 6. In-numru ta' offerti rċevuti. 7. Id-data ta' l-għoti tal-kuntratt. 8. Il-prezz imħallas għal xiri bl-irħis skond l-Artikolu 20(2)(j). 9. L-isem u l-indirizz tal-fornitur/i, kuntrattur/i jew provveditur/i tas-servizzi. 10. Iddikjara, fejn xieraq, jekk il-kuntratt ingħatax jew jistax jingħata lil sottokuntratturi. 11. Il-press imħallas jew il-prezzijiet ta' l-ogħla u l-inqas offerti meqjusa waqt l-għoti tal-kuntratt. 12. Informazzjoni volontarja: il-valur u s-sehem tal-kuntratt li jista' jingħata b'sottokuntratt lil partijiet terzi, il-kriterji ta' l-għoti. II. INFORMAZZJONI MHUX INTENZJONATA GĦALL-PUBBLIKAZZJONI 13. In-numru ta' kuntratti mogħtija (fejn konċessjoni tkun ġiet maqsuma bejn iktar minn fornitur wieħed). 14. Il-valur ta' kull kuntratt mogħti. 15. Il-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodott jew tas-servizz (oriġini Komunitarju jew mhux Komunitarju; jekk dan ta' l-aħħar, imqassam skond il-pajjiż terz). 16. Sar rikors għall-eċċezzjonijiet dwar l-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej pprovduti fl-Artikolu 18(6). Jekk iva, ta' liema tip? 17. Liema kriterji ta' għoti ġew użati (dawk l-iktar vantaġġużi ekonomikament; dawk ta' l-inqas prezz; il-kriterji permessi skond l-Artikolu 35)? 18. Il-kuntratt ġie konċess lil wieħed li għamel l-offerti u ssottometta varjanti, b'mod konformi ma' l-Artikolu 34(3)? 19. Kien hemm xi offerti li ġew esklużi minħabba li kienu baxxi b'mod abnormali, b'mod konformi ma' l-Artikolu 34(5) ? 20. Id-data ta' meta intbagħat l-avviż mill-entità kontraenti. 21. Fil-każ ta' kuntratti għas-servizzi mniżżla fil-lista fl-Anness XVI B, ftehim mill-entità kontraenti dwar il-pubblikazzjoni ta' l-avviż (l-Artikolu 24(3))." Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiġbdu l-attenzjoni għall-obbligu li jiġu kkomunikati l-karatteristiċi u l-vantaġġi relevanti ta' l-offerta magħżula kif ukoll l-isem ta' min ikun rebaħ l-offerta, b'mod konformi ma' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 41(4), ma jridx ikunu ta' ħsara għall-interessi leġittimi kummerċjali ta' intrapriżi pubbliċi jew privati, partikolarment permezz tal-ħruġ ta' informazzjoni sensittiva kummerċjali jew teknika. Jiġbdu l-attenzjoni wkoll għall-fatt li, skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, il-fornituri, il-kuntratturi jew dawk li jipprovdu servizzi, inkluż dak li jingħata l-kuntratt, jistgħu jesiġu li l-entità kontraenti, b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, tirrispetta n-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni li huma jagħmlu disponibbli. Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Il-Kummissjoni tiddikjara illi, filwaqt li tkompli taċċerta li jiġi osservat il-prinċipju ta' trattament indaqs bejn l-entitajiet pubbliċi u dawk privati, hija tillimita t-talba tagħha għall-istatistika skond l-Artikolu 42(2) għall-minimu strett meħtieġ sabiex tissodisfa l-obbligi internazzjonali li joħorġu mill-GPA sabiex tnaqqas il-piżijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' l-entitajiet kontraenti. Matul ir-reviżjoni presenti tal-GPA, il-Kummissjoni beħsiebha wkoll li tfittex simplifikazzjoni tar-rekwiżiti statistiċi fuq livell internazzjonali. Jekk jirnexxilha, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li dan jiġi meqjus fir-rekwiżiti interni ta' l-istatistika. (1) ĠU C 138, tat-3. 6. 1995, p. 49 u ĠU C 28, tad-29. 1. 1997, p. 4. (2) ĠU C 256, tat-2.10. 1995, p. 4 u ĠU C 212, tat-22. 7. 1996, p. 13. (3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996, p. 25), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1996 (ĠU C 111, tad-9.4.1997, p. 65) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Mejju 1997 (ĠU C 167, tat-2.6.1997, p. 53). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 1997 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997. (4) ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 1. (5) ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 84. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994. (1) L-informazzjoni fl-intestaturi 6, 9 u 11 hija meqjusa bħala informazzjoni mhux intenzjonata għall-pubblikazzjoni fejn l-entità li tagħmel l-għotja jidhrilha illi l-pubblikazzjoni tagħha tista' tkun ta' detriment għal interess kummerċjali sensittiv.