31998E0240



Official Journal L 095 , 27/03/1998 P. 0001 - 0003


POŻIZZJONI KOMUNI

tad-19 ta' Marzu 1998

definita mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea fuq miżuri ristrettivi kontra r-Repubblika Federali tal-Yugoslavja

(98/240/CFSP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra it-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu J.2,

Billi l-azzjonijiet li seħħew riċentement fir-Repubblika Federali tal-Yugoslavja(FRY) b'mod partikolari l-użu tal-forza kontra l-komunità Kosova Albaniża fil-Kosovo jirappreżentaw vjolazzjoni inaċċettabbli tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jimmajnaw is-sigurtà tar-reġjun.;

Billi l-Unjoni Ewropea tikkundanna bil-qawwa t-terroriżmu u l-atti vjolenti kommessi mill-Armata tal-Libertà tal-Kosovo jew minn kwalunkwe grupp jew individwu ieħor;

Billi l-Unjoni tikkundanna bil-qawwa kollha r-repressjoni vjolenta ta' l-espressjoni non-vjolenta ta' fehmiet politiċi;

Billi l-Unjoni approvat uffiċjalment fit-12 ta'Marzu 1998 il-prospett maħruġ mill-grupp ta' kuntatt fid-9 ta' Marzu 1998;

Billi l-Unjoni teżiġi illi l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja(FRY) jieħu l-passi effikaċi kollha sabiex tieqaf il-vjolenza u jintrabat li jilħaq soluzzjoni politika fuq il-kwistjoni tal-Kosovo bi djalogu paċifiku mal-komunità Kosova Albaniża u b'mod partikolari billi:

- jirtira l-unitajiet speċjali tal-pulizija u twaqqaf l-azzjoni tal-forzi tas-sigurtà fuq iċ-ċittadini.,

- jippermetti l-aċċess għall-Kosovo lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u organizzazzjonijiet umanitarji oħrajn kif ukoll lir-rappreżentanti ta' l -Unjoni u Ambaxxati oħrajn.

- pubblikament jikkommetti ruħu li jibda proċess ta' djalogu mat-tmexxija tal-Komunità Kosova Albaniża,

- jikopera b'mod kostruttiv sabiex tiġi implimentata l-azzjoni kkontemplata fil-paragrafu 6 tal-prospett tal-grupp ta' kuntatt

Billi l-miżuri ristrettivi fl-Artikoli 1 sa 4, inkluża r-riduzzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi u/jew finanzjarji huma meqjusa neċessarji; billi dawn il-miżuri jiġu riveduti immedjatament hekk kif il-Gvern Federali tal-Yugoslavja(FRY) jieħu l-passi msejħa fil-premessi preċedenti

Billi l-Unjoni ser tkabbar il-miżuri Internazzjonali u b'mod speċifiku f'l-insegwiment ta' l-iffriżar ta' l-assi miżmuma barra mill-iStat mill-Gvernijiet tar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja(FRY) u s-Serbja kemm il-darba il-passi hawn imsemmijja ma jittieħdux u titkompla r-repressjoni fil-Kosovo.,

IDDEFINIXXU DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Unjoni Ewropea tikkonferma l-embargo fuq l-esport ta' l-armi lill-pajjiżi ta' l-eks Yugoslavja stabbilit mill-pożizzjoni komuni 96/184/CFSP [1].

Artikolu 2

l-L-ebda apparat li jista' jintuża internament għar-repressjoni interna jew għal terroriżmu ma jkun provdut lir-Repubblika Federali tal-Yugoslavja.

Artikolu 3

Mortorju ser ikun implimentat fuq il-kreditu għall-esportazzjoni ffinanzjat mill-Gvern għal sostenn ta kummerċ u investiment, inkluż finanzjament tal-Gvern għall-privatizazzjoni, fis-Serbja.

Artikolu 4

1. L-ebda Viża m'hi ser tknu maħruġa lill-rappreżentanti għolja tal-Gvern Federali tal-Yugoslavja(FRY) u tas-Serbja responsabbli mill-azzjonijiet repressivi tal-Forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tal-Yugoslavja(FRY) fil-Kosovo.

2. Il-persuni mniżżla fl-Anness, li ġew identifikati bħala nies li għandhom responsibilitajiet fis-sigurtà, għandhom jiġu rrappurtati sabiex dawn ma jitħallewx jidħlu fl-Istati Membri.. Rappreżentanti għolja oħrajn tal-Gvern Federali tal-Yugoslavia responsabbli għall-azzjonijiet repressivi fil-Kosovo jiżdiedu mal-lista ta' l-anness f'każ illi l-Gvern Federali tal-Yugoslavja(FRY) jonqos milli jonora t-talbiet tal-Komunità Internazzjonali.. F'każijiet eċċezzjonali jista' jkun hemm xi eċċezzjonijiet f'każ li dawn jaġevolaw l-għanijiet ta' l-Unjoni Il-Kunsill ser jaġġorna l-lista fid-dawl ta' l-Iżviluppi fil-Kosovo.

Artikolu 5

Din il-pożizzjoni Komuni ser tiġi fis-seħħ dakinħar ta' l-adozzjoni.

Artikolu 6

Din il-pożizzjoni komuni ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Marzu 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Straw

[1] ĠU L 58, 7.3.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Vlajko Stojlkovic (Ministru ta' l-Intern, Serbja)

Vlastimir Djordjevic (Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika)

Dragisa Ristivojevic (Viċi-Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika

Obrad Stevanovic (Assistent Ministerjali ta' l-Intern)

Jovica Stanisic (Assistenta Ministerjali ta' l-Intern: Kap tas-Sigurtà ta' l-Istat tas-Serbja)

Radomir Markovic (Assistent Ministerjali ta' l-Intern DViċI Kap tas-Sigurtà)

Frenki Simatovic (Kap tal-Forzi Speċjail tas-Sigurtà Statali)

David Gajic (Kap tas-Sigurta' fil-Kosovo)

Lubinko Cvetic (Viċi-Kap tas-Sigurtà fil-Kosovo)

Veljko Odalovic (Viċi-Kap tal-Kosovo Okrug)

--------------------------------------------------