31998D0626



Official Journal L 301 , 11/11/1998 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-5 ta' Ottubru 1998

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-adattament ta' l-aspetti ta' kummerċ tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Rumanija, minn naħa l-oħra, li jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultati tan-negozjati agrikoli tal-Laqgħat ta' l-Uruguay, li jinkludi t-titjib fir-reġim preferenzjali eżistenti

(98/626/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Protokoll għall-addattament ta' l-aspetti ta' kummerċ tal-Ftehim Ewropew konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, minn hawn "il quddiem imsejjaħ" il-Protokoll', għandu jkun approvat bi ħsieb li jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultati tan-negozjati agrikoli tal-Laqgħat ta' l-Uruguay, li jinkludi t-titjib fir-reġim preferenzjali eżistenti;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tieħu miżuri biex timplimenta l-Protokoll, l-aktar fejn jidħlu prodotti agrikoli bażiċi u proċessati;

Billi r-Regolamenti (KE) Nru 1595/97 [1] u (KE) Nru 656/98 [2] ġabu 'l quddiem l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti agrikoli bażiċi u proċessati rispettivament; billi, għaldaqstant, miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jassiguraw transizzjoni bla problemi bejn l-arranġamenti preferenzjali applikati taħt dawk ir-Regolamenti u dawk imsemmija fil-Protokoll;

Billi l-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim Ewropa dwar kummerċ fi prodotti tat-tessuti bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Rumanija kien emendat b'Deċiżjoni 96/224/KE [3],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-addattament ta' l-aspetti ta' kummerċ tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Rumanija, minn naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultati tan-negozjati agrikoli tal-Laqgħat ta' l-Uruguay Round, li jinkludi titjib fir-reġim preferenzali eżistenti, minn hawn "il quddiem imsejjaħ" il-Protokoll', huwa hawn hekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 ta' Regolament (KEE) Nru 1766/92 [4] jew, kif inhu xieraq, id-dispożizzjonijiet relevanti ta' Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq, Regolament (KE) Nru 3448/93 [5] jew Regolament (KE) Nru 3066/95 [6].

2. Malli din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, kwalunkwe regoli adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 ta' Regolament (KE) Nru 3066/95 u ta' Regolament (KE) Nru 656/98, li jimplimentaw il-konċessjonijiet koperti mill-Protokoll, għandhom jitqiesu regolati minn paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti l-avviż imsemmi fl-Artikolu 6 tal-Protokoll.

Magħmula fil-Lussemburgu, 5 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Schüssel

[1] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1.

[2] ĠU L 90, tal-25.3.1998, p. 1.

[3] ĠU L 81, tat-30.3.1996, p. 264.

[4] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 923/96 (ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 37).

[5] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18.

[6] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1595/97.

--------------------------------------------------