31998D0570



Official Journal L 277 , 14/10/1998 P. 0036 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta’ Ottubru 1998

li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mit-Tuneżija

(notifikata bid-dokument numru C(1998) 2978)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(98/570/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi espert tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ spezzjoni fit-Tuneżija sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Billi d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tat-Tuneżija dwar spezzjonijiet tas-saħħa u monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fit-Tuneżija d-"Direction générale de la santé animale (DGSA) du ministère de l’agriculture" hija kapaċi li tivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi dwar il-lingwa(i) li biha għandu jkun abbozzat u l-grad tal-persuna li jkollha l-poter tiffirmah;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka ma’ pakketti ta’ prodotti tas-sajd li turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-kesħa jew friża jew bastiment tal-friża ta’ oriġini;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titħejja lista ta’ stabbilimenti approvati/irregistrati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-kesħa; billi għandha titħejja lista ta’ bastimenti tal-friża rreġistrati fit-tifsira tad-Direttiva 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom jiġu mħejjija skond il-bażi ta’ komunikazzjoni mingħand id-DGSA lill-Kummissjoni; billi huwa għalhekk f’idejn id-DGSA li tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet preskritti għal dak l-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi d-DGSA ipprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità mar-regoli preskritti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk preskritti minn dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti, bastimenti fabbriki, imħażen tal-kesħa jew bastimenti tal-friża ta’ oriġini;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

Id-‘Direction générale de la santé animale (DGSA) du ministère de l’agriculture’ għandha tkun l-awtorità kompetenti fit-Tuneżija sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

L- Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mit-Tuneżija għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konsenja għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat ta’ saħħa oriġinali enumerat, debitament mimli, iffirmat, datat u li jkun jinkludi karta waħda skond il-mudell fl-Anness A ta’ dan;

2. il-prodotti jridu jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbriki, imħażen tal-kesħa jew bastimenti rreġistrati tal-friża elenkati fl-Anness B ta’ dan;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi kwantitajiet kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ l-ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom il-kliem "TUNISIA" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-kesħa jew bastiment tal-friża ta’ oriġini f’ittri li ma jitħassrux.

L- Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jitħejjew mill-inqas b’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jitwettqu l-verifiki.

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom fuqhom l-isem, kariga u firma tar-rappreżentant tad-DGSA u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ endorsjar ieħor.

L- Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I. LISTA TA' STABBILIMENTI APPROVATI

Numru . | Isem | Indirizz |

1 | Jerba Aquaculture Tunisie (JAT) | Medenine |

3 | Le Dauphin | Ajim-Jerba |

10 | Medigel | Medenine |

12 | Ste' Ben Kalia et Fils | Medenine |

14 | Cotuprom | Medenine |

17 | Coprod | Medenine |

101 | Medi-Peche El Ghoul | Tunis |

105 | Mondher El Ghoul | Tunis |

106 | Kamexport | Tunis |

107 | Fishfarmer | Ariana |

112 | Equimar-Congelation | Tunis |

116 | Ste Ben Hamida Aux Poissons Mediterraneens | Tunis |

118 | Maristar | Tunis |

120 (Awtorizzat sal- 31.12.1998) | Maregel | Tunis |

134 | Mediterraneen Pesca | Tunis |

201 | Mohamed Aouadi | Bizerte |

203 | Jalta Export | Bizerte |

204 | Peche Export | Bizerte |

205 | Ste Trad des Produits de la Mer | Bizerte |

207 | Ste El Bouhaira | Bizerte |

208 | Horchani Madrague | Bizerte |

209 | Ste Mondher El Ghoul | Bizerte |

210 | Sitex | Bizerte |

215 | Sittep | Bizerte |

221 | STIC | Bizerte |

303 | La Prospere | Nabeul |

310 | Serimex Peche | Nabeul |

420 | Ste Calambo | Sfax |

423 | Ste Mohamed Sallem et Fils | Sfax |

426 | Promebar | Sfax |

427 | Produits congeles du Bassin mediterraneen (PCBM) | Sfax |

435 | La Perle des Mers | Sfax |

436 | La Reine des Mers | Sfax |

437 | Somopeche | Sfax |

438 | Fish Tunisie | Sfax |

439 | Frigomar | Sfax |

441 | Socepa | Sfax |

442 | Fruitumer | Sfax |

450 | Impex Tunisie | Sfax |

457 | Medifish | Sfax |

461 | Medifi | Sfax |

465 | Ste Ali Mezghani | Sfax |

501 | Aquaculture Hergla | Sousse |

602 | Zagnani Hassen-La Bonte de la Mer | Monastir |

603 | Scala | Monastir |

700 | Bennour et Cte-Kuriat | Mahdia |

751 | Frimar | Mahdia |

753 | Congelation Ben Messaoud | Mahdia |

754 | Ben Hassen Abdeljelil Export | Mahdia |

800 | Poisson d'Or | Tabarka |

II. LISTA TA' BASTIMENTI TAL-FRIŻA

Numru | Isem | Port: |

211 | La Galite I | Bizerte |

212 | La Galite II | Bizerte |

300 | El Bahri Omar | Nabeul |

308 | Ibn Ziad | Nabeul |

801 | Navire-usine Dhaker | Jendouba |

--------------------------------------------------