Official Journal L 276 , 13/10/1998 P. 0011 - 0012
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru, 1998, li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa u ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tlielaq, ġrajjiet kompetittivi u kulturali, wara esportazzjoni temporanja (notifikata bid-dokument numru K (1998) 2954) (Test b’rilevanza ŻEE) (98/567/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1990, dwar il-kondizzjonijiet veterinarji li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (1), kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 19(ii) tagħha, Billi, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/360/KE (3), id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tlielaq, ġrajjiet kompetittivi u kulturali, wara esportazzjoni temporanja, tgħodd għal żwiemel miżmuma għal inqas minn 30 jum f’pajjiż terz; Billi sabiex ikun eħfef għal żwiemel li joriġinaw fil-Komunità li jieħdu sehem fil-Melbourne Cup li ssir fl-Awstralja, dak il-perjodu għandu jittawwal għal inqas minn 90 jum; Billi l-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emedata kif ġej: 1) għandu jiżdied il-ħames inċiż bil-kliem li ġej fl-Artikolu 1: "— li jkunu ħadu sehem fil-Melbourne Cup u kienu skond il-ħtiġijiet stabbiliti f’ċertifikat ta’ saħħa skond il-mudell muri fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni". 2) l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness V. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 6 ta’ Ottubru, 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kumissjoni -------------------------------------------------- L-ANNESS “L-ANNESS V +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------