Official Journal L 254 , 16/09/1998 P. 0032 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Settembru 1998 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' applikazzjoni ta' telefonija għal stazzjonijiet mobbli maħsuba biex ikunu wżati mal-fażi II ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjonijiet diġitali u ċellulari li jaħdmu fil-frekwenza 1800 DCS(edizzjoni 2) (notifikata taħt dokument numru K (1998) 2562) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (98/543/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u partikolarment l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tiegħu, Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika it-tip ta' tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu skond l-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet ta' dawn, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni; Billi biex tkun assigurata l-kontinwità ta' aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji li jirrigwardaw tagħmir approvat taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/529/KE [2]; Billi d-Deċiżjoni 97/529/KE għandha tkun revokata b'effett mit-tmiem tal-perjodu transitorju; Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-Kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2); Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jkun adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma' l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tagħmir terminali maħsub li jkun imqabbad ma' network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjon ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' l-applikazzjoni ta' telefonija għal tagħmir terminali għan-network tat-telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej li jikkomprendi modulazzjoni kostanti ċċirkondata u li jaħdem fil-firxa ta' frekwenza 1800 MHz b'separazzjoni ta' bejn il-kanali ta' 200 kHz u li ġġorr kanali tat-traffiku skond il-prinċipju TDMA. Id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll għal tagħmir terminali li kapaċi jaħdem kemm fil-frekwenza 900 MHz u kif ukoll fl-1800 MHz. Artikolu 2 1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(g) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness I. Il-partijiet applikabbli jinsabu fl-Anness II. 2. Tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jkun konformi mar-regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4]. Artikolu 3 Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, rigward it-tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu tal-partijiet applikabbli ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Id-Deċiżjoni 97/529/KE għandha tkun revokata b'effett mill-4 ta' Diċembru 1998. 2. Tagħmir terminali, approvat taħt id-Deċiżjoni 97/529/KE jista' jitkompla jitqiegħed fis-suq u jitqiegħed fis-servizz. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1. [2] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 65. [3] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [4] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS I Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa: Sistema ta' telekomunikazzjoni ċellulari diġitali (it-2 fażi); Applikazzjonijiet ta' telefonija; ħtiġiet ta' konnessjoni għal stazzjonijiet mobbli fil-frekwenza DCS 1800 u l-frekwenza addizzjonali GSM 900 ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni Segretarjat ETSI TBR 32 edizzjoni 2: Marzu ta' l-1998 (eskluża d-daħla) Tagħrif addizzjonali Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]. L-istandard armonizzat msemmi hawn fuq ġie pprodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva 83/189/KEE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat umsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-: Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650, Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200 B-1049 Brussels | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli milli tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinsab fuq l-Internet fi www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS II Partijiet applikabbli tat-TBR 32 Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | Ħtieġa TBR 32 | 14.4.3 | 30.1 | 30.2 | 30.3 | 30.4 | 30.5.1 | 30.6.2 | 30.7.1 | 32.2 | 32.3 | 32.4 | 32.7 | 32.8 | 32.9 | | | | | --------------------------------------------------