31998D0519



Official Journal L 232 , 19/08/1998 P. 0017 - 0018


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Ġunju, 1998

dwar Regolament tekniku komuni għal terminali ta' aperturi żgħar ħafna (VSATs) li jaħdmu fuq firxa ta' frekwenzi 11/12/14 GHz

(notifikata taħt dokument numru K(1998) 1612)

(Test b'relevenza għaż-ŻEE)

(98/519/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1],

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu;

Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

Billi r-Regolament tekniku komuni adottat minn din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita f li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Regolament tekniku komuni li jkopri terminali ta' aperturi żgħar ħafna (VSATs) li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 11/12/14 GHz.

Artikolu 2

1. Ir-Regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandards armonizzati mħejjija mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-referenza għall-istandards hija mniżżla fl-Anness.

2. It-tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3].

Artikolu 3

Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta' Ġunju, 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Referenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Stazzjonijiet Terrestri u Sistemi ta' Satelliti (SES);

terminali ta' aperturi żgħar ħafna (VSAT); Stazzjonijiet terrestri tas-satellita li jittrasmettu biss, jittrasmettu/jirċievu jew jirċievu biss li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 11/12/14 GHz

ETSI

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat ta' ETSI

TBR 28 — Diċembru ta' l-1997

(eskluża d-daħla)

Tagħrif addizzjonali:

L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-:

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F- 06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be.

[1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------