31998D0420



Official Journal L 190 , 04/07/1998 P. 0059 - 0065


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 1998

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja

(notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1851)

(Test bir-relevanza ŻEE)

(98/420/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għal produzzjoni u tqegħid fis-suq għal prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi l-espert tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ l-ispezzjoni fin-Niġerja biex jivverifika l-kondizzjonijiet taħt liema l-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tan-Niġerja dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u s-sorveljar tal-prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fid-Dipartiment Federali tas-Sajd tan-Niġerja (DFS) tal-Ministeru Federali ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali huma kapaċi li jivverifikaw effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura għall-akkwist taċ-ċertifikat tas-saħħa referit fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni taċ-ċertifikat bħala kampjun, il-ħtiġiet minimi rigward il-lingwa(i) li fiha għandu jkun imfassal u l-grad tal-persuna bis-setgħa li tiffirmah;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha tkun imwaħħla mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapur fabbrika, maħżen tas-silġ u vapur ta’ l-iffriżar ta’ l-oriġini;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti approvati, vapur fabbrika jew imħażen tas-silġ għandha tkun imħejjija; billi lista tal-vapuri tal-friża rreġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [2] għandha tkun imħejjija; billi din il-lista għandha tkun imħejjija fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mid-DFS lejn il-Kummissjoni; billi huwa għalhekk għad-DFS biex tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak l-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi d-DFS ipprovdiet l-assikurazzjonjiet uffiċjali rigward il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u dwar il-ħarsien tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew għar-reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, vapuri fabbriki, imħażen tas-silġ jew vapuri tal-friża;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dipartiment Federali tas-Sajd (DFS) tal-Ministeru Federali ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali għandu jkun l-awtorità kompetenti fin-Niġerja biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fin-Niġerja għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konsenja għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat oriġinali tas-saħħa nnumerat, mimli kif meħtieġ, iffirmat, bid-data u jkollu folja waħda bi qbil mal-mudell fl-Anness A ta’ hawnhekk;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, vapuri fabbrika, imħażen tas-silġ jew vapuri tal-friża rreġistrati, kif elenkati fl-Anness B ta’ hawnhekk;

3. ħlief fil-każ tal-prodotti tas-sajd iffriżati fil-massa u intiżi għal manifattura ta’ l-ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom ikollhom fuqhom il-kelma ‘NIĠERJA’ u n-numru ta’ l-approvazzjoni-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapur fabbrika, imħażen tas-silġ jew vapur tal-friża ta’ l-oriġini, f’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati referiti fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu mħejjija mill-inqas f’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ fejn jitwettqu l-verifiki.

2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom fuqhom l-isem, il-pożizzjoni u l-firma tar-rappreżentant tad-DFS u t-timbru uffiċjali ta’ dik ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak tal-kitba l-oħra.

Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 24.

[2] ĠU L 187, 7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I. LISTA TA'L-ISTABBILIMENTI

Szám | Név | Cím |

FDF/E/01 | OCEAN FISHERIES LTD | IKORODU |

FDF/E/02 | UNIVERSAL ASSOCIATES COMPANY LTD | LAGOS |

FDF/E/03 | ORC FISHING AND FOOD PROCESSING LTD | LAGOS |

FDF/E/04 | OLOKUN (PISCES) LTD | LAGOS |

II. LISTA TA'L-IMĦAÆEN TAS-SILĠ

Szám | Név | Cím |

FDF/E/01 | OCEAN FISHERIES LTD | IKORODU |

FDF/E/02 | SAVANNAH SHIPPING COMPANY NIG. LTD | LAGOS |

FDF/E/03 | ORC FISHING AND FOOD PROCESSING LTD | LAGOS |

FDF/E/04 | BANARLY NIG. LTD | LAGOS |

FDF/E/06 | TARABAROZ FISHERIES LTD | LAGOS |

FDF/E/07 | BENGUELA FISHING INDUSTRIES LTD | LAGOS |

FDF/E/08 | UNITED FISHERIES LTD | LAGOS |

FDF/E/09 | OBELAWO FARCHA INDUSTRIES LTD | LAGOS |

III. LISTA TAL-BASTIMENTI

Szám | Név (tulajdonos) | Kikötő |

FDF/V/02-01 | ORC 1 | Olodi, Apapa |

FDF/V/02-02 | Freedom |

FDF/V/02-03 | Silver Streak |

FDF/V/02-04 | Petunia |

FDF/V/02-05 | Robin |

FDF/V/02-06 | Magnolia |

FDF/V/02-07 | Dahlia |

| (ORC Fishing and Food Processing Ltd) | |

FDF/V/03-01 | Susiah | Apapa, Lagos |

FDF/V/03-02 | Ti Oluwani |

FDF/V/03-03 | Oluwi |

| (Honeywell Fisheries Ltd) | |

FDF/V/04-01 | Banarly I | Apapa, Lagos |

FDF/V/04-02 | Banarly II |

FDF/V/04-03 | Banarly III |

| (Banarly Nigeria Ltd) | |

FDF/V/05-01 | HRV I | Ibafon, Apapa |

FDF/V/05-02 | HRV II |

FDF/V/05-03 | HRV III |

| (HR Ventures Ltd) | |

FDF/V/06-01 | Vaneesha | Apapa, Lagos |

FDF/V/06-02 | Sonia |

FDF/V/06-03 | Shiv |

FDF/V/06-04 | Sea Princess |

| (Ocean Fisheries Nig. Ltd) | |

FDF/V/07-01 | Lecon I | Island, Apapa, Lagos |

FDF/V/07-02 | Gloria |

FDF/V/07-03 | Theo |

FDF/V/07-04 | Taraba I |

FDF/V/07-05 | Hanatu |

| (Tarabaroz Fisheries Ltd) | |

FDF/V/08-01 | Kulak I | Apapa, Lagos |

FDF/V/08-02 | Kulak II |

FDF/V/08-03 | Kulak III |

FDF/V/08-04 | Kulak IV |

FDF/V/08-05 | Kulak V |

FDF/V/08-06 | Kulak VI |

| (Kulak Trades and Ind. plc) | |

FDF/V/09-01 | Magami I | Tincan Wharf, Lagos |

FDF/V/09-02 | Magami II |

| (Magami Trawlers Ltd) | |

FDF/V/10-01 | Oke-Oghene I | Apapa, Lagos |

FDF/V/10-02 | Oke-Oghene II |

| (Emosin General Ent. Ltd) | |

FDF/V/11-01 | Mountaha | Apapa, Lagos |

FDF/V/11-02 | Mustapha |

| (Dalia Farms Nig. Ltd) | |

FDF/V/12A-01 | Madam Tinubu | Apapa, Lagos |

FDF/V/12A-02 | Bisola |

FDF/V/12A-03 | M/Emotan |

FDF/V/12A-04 | Awele |

FDF/V/12A-05 | Dada |

FDF/V/12A-06 | Fatu |

FDF/V/12A-07 | Lady Anne |

FDF/V/12A-08 | Binta |

FDF/V/12A-09 | Omolara |

FDF/V/12A-10 | M/Asiya |

| (Intercontinental Fishing Nig. Ltd) | |

FDF/V/12B-11 | Tulip | Apapa, Lagos |

FDF/V/12B-12 | Chenny |

FDF/V/12B-13 | Pearl |

| (Savannah Shipping Company Nig. Ltd) | |

FDF/V/12C-14 | Lily I | Apapa, Lagos |

FDF/V/12C-15 | Lily II |

| (Intra Fisheries Nig. Ltd) | |

FDF/V/12D-16 | Lily III | Apapa, Lagos |

FDF/V/12D-17 | Lily IV |

FDF/V/12D-18 | Universal IV |

FDF/V/12D-19 | Universal V |

FDF/V/12D-20 | Queen Amina |

FDF/V/12D-21 | Silvermaid I |

FDF/V/12D-22 | Silvermaid II |

FDF/V/12D-23 | Lotus I |

FDF/V/12D-24 | Lotus II |

FDF/V/12D-25 | |

| (Atlantic Shrimpers Ltd) | |

FDF/V/12E-26 | Universal I | Apapa, Lagos |

| (Universal Fishing Company Nig. Ltd) | |

FDF/V/12F-27 | Lotus III | Apapa, Lagos |

FDF/V/12F-28 | Lotus IV |

| (Paramount Frozen Food Ltd) | |

FDF/V/12G-29 | Cosmos I | Apapa, Lagos |

FDF/V/12G-30 | Cosmos II |

FDF/V/12G-31 | Cosmos III |

FDF/V/12G-32 | Cosmos IV |

FDF/V/12G-33 | Cosmos V |

FDF/V/12G-34 | Cosmos VI |

FDF/V/12G-35 | Cosmos VII |

FDF/V/12G-36 | Cosmos VIII |

| (Cosmos Fishing Company Ltd) | |

FDF/V/12G-37 | Silvermaid III | Apapa, Lagos |

FDF/V/12G-38 | Silvermaid IV |

| (Nigeria Fishing Company Nig. Ltd) | |

FDF/V/12H-39 | Sea Queen | Apapa, Lagos |

| (Primlaks Frozen Food Products Ltd) | |

FDF/V/12J-40 | Rose I | Apapa, Lagos |

FDF/V/12J-41 | Rose II |

FDF/V/12J-42 | Rose III |

FDF/V/12J-43 | Rose IV |

| (Universal Associate Company Ltd) | |

FDF/V/13-01 | Benguela I | Apapa, Lagos |

FDF/V/13-02 | Benguela II |

| (Benguela Fishing Company Ltd) | |

FDF/V/14-01 | Unicorn I | Port Harcourt |

FDF/V/14-02 | Unicorn II |

FDF/V/14-03 | Unicorn III |

FDF/V/14-04 | Unicorn IV |

FDF/V/14-05 | Unicorn V |

FDF/V/14-06 | Kingfisher VII |

| (Offshore Trawlers Ltd) | |

--------------------------------------------------