31998D0360



Official Journal L 163 , 06/06/1998 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Mejju 1998

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE li għandhom x’jaqsmu ma’ ekwidi mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja

(notifikata taħt id-dokument numru C(1998) 1341)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/360/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’l-annimali li jirregolaw iċ-ċaqlieq u l-importazzjoni ta’ ekwidi minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata minn l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja, u partikolarment l-Artikoli 14, 15, 16, 18 u 19(ii) tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/736/KE [2] li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 79/542/KEE [3] awtorizzat l-importazzjoni ta’ ekwidi mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja;

Billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta’żwiemel reġistrati u l-importazzjoni ta’ ekwidi reġistrati u ekwidi għal tnissil u produzzjoni huma imniżżla rispettivament f’Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [4] u 93/197/KEE [5], it-tnejn kif emendati l-aħħar b’ Deċiżjoni 97/160/KE [6], għad-dħul mill-gdid ta’ żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja f’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [7], kif emendata l-aħħar b’Deċiżjoni 97/684/KE [8], u għall-importazzjoni ta’ekwidi għal qatla f’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [9] kif emendata l-aħħar b’ Deċiżjoni 97/36/KE [10];

Billi d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE iridu jiġu emendati sabiex jitniżżlu l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal tipi differenti ta’ importazzjoni ta’ ekwidi mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja; billi ċ-ċertifikati użati għal pajjiiżi oħra mill-Ewropa tal-lvant iridu jkunu applikabbli fejn jidħlu l-ekwidi mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja;

Billi, aktar minn hekk, biex tiġi evitata konfużjoni, t-Titolu ta’ ċertifikat D ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE irid jiġi emendat f’ konformità ma’ l-Anness I tagħha;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjoni Nru. 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness I, il-lista ta’ pajjiżi fi Grupp B hija mibdula b’:

"Awstralja (AU), Bożnija-Herżegovina (BA), il-Bulgarija (BG), Belarus (BY), Ċipru (CY), Ir-Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (EE), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), il-Litwanja (LI), il-Latvja (LV), l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (807), in-New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika tas-Slovakkja (SK), l-Islovenja (SL), l-Ukrajina (UA), ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (YU)."

2. Fl-Anness II, it- Titolu taċ-ċertifikat B huwa sostitwit b’:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Awstralja, l-Bożnija-Herżegovina, il-Bulgarija, l-Belarus, Ċipru, Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), ir-Repubblika Slovakka, l-Islovenja, l-Ukrajina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja għal perjodu ta’ anqas minn 90 jum."

3. Fl-Anness II it-tielet inċiż tal-paragrafu (d) tal-Kapitolu III ta’ ċertifikati A, B, C, D u E huwa sostitwit b’:

"— l-Awstralja (AU), Bożnija-Herżegovina (BA), il-Bulgarija (BG), Belarus (BY), il-Kanada (CA), l-Isvizzera (CH), Ċipru (CY), Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (EE), Greenland (GL), Hong-Kong (HK), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), Iżlanda (IS), il-Ġappun (JA), il-Litwanja (LI), il-Latvja (LV), ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (807), Macau (MO), Malasja (peninsula) (MY), in-Norveġja (NO), in-New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika Slovakkja (SK), Singapor (SG), l-Islovenja (SL), l-Ukrajina (UA), l-Istati Uniti ta’ l-Amerka (US), ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (YU)."

4. Fl-Anness II, it-Titolu taċ-ċertifikat D hu sostitwit b’:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Arġentina, Barbados, Bermuda, Bolivja, il-Brażil (1), Iċ-Ċili’, Kuba, il-Jamajka, il-Messiku, il-Paragwaj, l-Urugwaj għal perjodu ta’ anqas minn 90 jum."

Artikolu 2

Deċiżjoni Nru. 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness I il-lista ta’ pajjiżi fi Grupp B hija mibdula b’:

"l-Awstralja (AU), il-Bożnija-Herżegovina (BA), il-Bulgarija (BG), il-Belarus (BY), Ċipru (CY), it-Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (EE), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), il-Litwanja (LI), il-Latvja, (LV), l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (807), in-New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika Slovakkja (SK), l-Islovenja (SL), l-Ukraina (UA), ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (YU)."

2. Fl-Anness II, il-lista ta’ pajjiżi fi Grupp B fit-Titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa hija mibdula b’:

"l-Awstralja, l-Bożnija-Herżegovina, il-Bulgarija, il-Belarus, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), ir-Repubblika Slovakkja, l-Islovenja, l-Ukraina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja."

Artikolu 3

Fl-Anness II in-nota 3 fil-qiegħ tal-paġna tad-Deċiżjoni 93/196/KEE, il-lista ta’ pajjiżi fi Grupp B hija sostitwita b’:

"l-Awstralja, il-Bożnija-Herżegovina, il-Bulgarija, il-Belarus, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), Repubblika tas-Slovakkja, l-Islovenja, l-Ukraina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja."

L-Artikolu 4

Deċiżjoni Nru. 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness I, il-lista ta’ pajjiżi fi Grupp B hija sostitwita b’:

"l-Awstralja (AU), il-Bożnija-Ħerżegovina (BA), il-Bulgarija (BG), il-Belarus (BY), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (KEE), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), il-Lituwanja (LI), il-Latvja (LV), l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (807), in-New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika Slovakkja (SK), l-Islovenja (SL), l-Ukraina (UA), ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (YU)."

2. Fl-Anness II, it-titolu taċ-ċertifikat B hu sostitwit b’:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importazzjoni ta’ ekwidi reġistrati u ekwidi għal tnissil u produzzjoni fit-territorju tal-Komunità mill-Awstralja, Bożnija-Herżegovina, il-Bulgarija, il-Belarus, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), ir-Repubblika tas-Slovakkja, l-Islovenja, l-Ukraina, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja."

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul Brussel, 18 ta’Mejju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 37.

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[4] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[6] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 39

[7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[8] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 49

[9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[10] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 57.

--------------------------------------------------