31998D0238



Official Journal L 097 , 30/03/1998 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-kummissjoni

tas-26 ta' Jannar 1998

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Euro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra

(98/238/KE, KEFA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b' mod partikolari l-Artikolu 238, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) ta' l-istess Trattat,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b' mod partikolari l-Artikolu 95 ta' l-istess,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv u bil-kunsens tal-Kunsill,

Wara li kkunsidrat il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fis-17 ta' Lulju 1995, għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Euro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, il-Protokoll anness miegħu u d-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' l-Att Finali huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

It-testi tal-Ftehim, lista tad-Dikjarazzjonijiet u d-Dikjarazzjonijiet huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-posizzjoni li trid tiġi addottata mill-Komunità fil-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, f'kull każ skond id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

2. Il-President tal-Kunsill għandu skond l-Artikolu 79 tal-Ftehim, jippresiedi fuq il-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-President tal-Kunsill għandu jippresjiedi fuq il-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni, skond l-Artikolu 82 tal-Ftehim, u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jiddeposita l-Att ta' Notifika li għalih jipprovdi l-Artikolu 96 tal-Ftehim f'isem il-Komunitajiet Ewropej. Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddeposita dan l-att f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

J. Santer

Il-President

F'isem il-Kunsill

Il-President

R. Cook

--------------------------------------------------