31998D0213



Official Journal L 080 , 18/03/1998 P. 0041 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Marzu 1998,

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(98/213/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ ikun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hix kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa ta’ l-intervent għal dak il-għan ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;

Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tintwera fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu mplimentati, b’riferenza għal l-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 13(3)(a) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(b) jaqblu mas-sistemi msemmija fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-attestazzjoni ta’ konformità tal-prodotti u familji ta’ prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Anness II għandu jkollhom il-prova tagħhom ta’ konformità permezz ta’ proċedura li biha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkollu x’jaqsam fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera f’ordnijiet għal speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id-9 ta’ Marzu, 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna, b’materjali ta’ Euro-Klassijiet A [1], B [2], Ċ [3], A (mingħajr testijiet), D, E u F, maħsuba għal użu suġġett għal reazzjonijiet għal ħtiġijiet tan-nar.

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba biex in-nar jinqasam f’kompartimenti.

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu suġġett għal regolamenti dwar sustanzi perikoluzi.

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu suġġett għal regolamenti dwar "sigurtà fl-użu".

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna maħsuba għal użu ieħor.

[1] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar ma tinbidilx matul il-proċess ta’ produzzjoni.

[2] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar ma tinbidilx matul il-proċess ta’ produzzjoni.

[3] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar ma tinbidilx matul il-proċess ta’ produzzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna, b’materjali ta’ Klasssijiet-Euro A [1], B [2] u Ċ [3], maħsuba għal użu suġġett għal reazzjonijiet għal ħtiġijiet tan-nar.

[1] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar tinbidel matul il-proċess ta’ produzzjoni.

[2] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar tinbidel matul il-proċess ta’ produzzjoni.

[3] Materjali li r-reazzjoni tagħhom għan-nar tinbidel matul il-proċess ta’ produzzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ATTESTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Nota:

dwar kittijiet li jkollhom aktar minn użu wieħed maħsub għalihom kif imsemmi fil-familji li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, li joħorġu mis-sistemi rilevanti għall-attestazzjoni ta’ konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA’ PRODOTT:

KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA (1/5)

1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida rilevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:

Prodott(i) | Maħsub(in) għal-użu | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) ta’ ta’ attestazzjoni ta’ ta’ konformità |

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna | Għal użu suġġett għal reazzjoni għal ħtiġijiet tan-nar | A, B u Ċ | 1 |

A, B u Ċ | 3 |

A (mingħajr testijiet), D, E u F | 4 |

Prodott(i) | Maħsub(in) għal-użu | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna | Biex in-nar jinqasam f’kompartimenti | Liema jkun/u | 3 |

Prodott(i) | Maħsub(in) għal-użu | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna | Għall-użu suġġett għal regolamenti dwar sustanzi perikoluzi | — | 3 |

Prodott(i) | 3. Maħsub(in) għal-użu | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna | Għal użu li jista’ jkollu riskji ta’ ‘sigurtà fl-użu’ u suġġett għal regolamenti bħal dawk | — | 3 |

Prodott(i) | Maħsub(in) għal-użu | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

Kittijiet ta’ diviżjoni nterna | Għal użu ieħor barra dak imsemmi f’ 1/5, 2/5, 3/5 u 4/5 | — | 4 |

--------------------------------------------------