Official Journal L 067 , 07/03/1998 P. 0048 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 1998 li tirrigwarda kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' ċertu skart ta' riskju (l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (98/184/KE) Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rapporti ta' l-istandardizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni rigward l-implimentzzjoni ta' ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent [1] u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart tar-riskju [2], Billi l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/7/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE; Billi dan ir-rapport għandu jkun stabbilit fuq bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni magħmul mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita f'Artiklu 6 tad-Direttiva 91/692/EEC; Billi l-ewwel rapport irid ikopri l-perjodu taż-żmien mis-sena 1998 sas-sena 2000 inklussivi; Billi l-miżuri previsti b'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni espressa mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija hawn fuq, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Huwa hawnhekk adottat il-kwestjonarju mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, li għandha x'taqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart tar-riskju. Artikolu 2 L-Istati Membri jridu jużaw dan il-kwestjonarju bħala bażi għalbiex jitfassal ir-rapport li huma meħtieġa li jissottomettu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/6/KE. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Frar 1998. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48. [2] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 34. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-KWESTJONARJU għar-rapport ta' l-Istati Membri dwar it-trasposizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/67/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart tar-riskju Ir-referenzi għandhom jiġu provvduti sabiex jidentifikaw it-tagħrif li jkun diġà ġie sottomess lill-Kummissjoni. I. IT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠIJIET NAZZJONALI 1. (a) Ġiet il-Kummissjoni pprovvduta bid-dettalji tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzonijiet amministrattivi adottati sabiex jikkonformaw mad-Diretiva? (Iva/le) (b) Jekk it-tweġiba għall-(a) hija "Le" iddikjara r-raġunijiet għal dan. II. L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETIVA 1. (a) X'miżuri b'mod ġenerali ttieħdu skond l-Artikolu 3(1) sabiex jipprevienu t-tniġġiż ta' l-ambjent li jirriżulta mid-disinn, it-tagħmir u l-ħidma ta' l-impjanti ta' l-inċinerazzjoni. (b) Jekk dan it-tagħrif huwa disponibbli, indika n-numru tal-permessi maħruġa skond l-Artikolu 3(1) u l-kapaċitajiet assoċjati tal-ħidma. 2. (a) Liema ħtiġiet b'mod ġenerali ġew imdaħħla għall-konċessjoni tal-permessi għall-ko-inċinerazzjoni skond l-Artikolu 3(4)? (b) Ġew konċessi eżenzjonijiet għall-perċentwal meħtieġ b'L-Artikolu 3(3) matul il-perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara l-bidu tal-ħidma skond l-Artikolu 3(4)? (Iva/le) (ċ) Jekk it-tweġiba għall-(b) hija "Iva" iddikjara r-raġunijiet għal dan. (d) Jekk dan it-tagħrif huwa disponibbli, indika n-numru tal-permessi u l-volum totali awtorizzat ikko-inċinerat skond l-Artikolu 3(3). 3. X'miżuri b'mod ġenerali ittieħdu skond l-Artikolu 4 sabiex jiżguraw l-aċċess pubbliku għat-tagħrif stabbilit f'dan l-Artikolu? 4. (a) X'miżuri b'mod ġenerali ttieħdu skond l-Artikolu 5 sabiex jipprevjienu jew inaqqsu l-effetti negattivi fuq l-ambjent mill-kunsinna u r-riċeviment ta' l-iskart? (b) Meta disponibbli indika n-numru ta' l-eżenzjonijiet mill-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 5 konċessi skond l-Artikolu 5(4). 5. (a) Il-ħtiġiet għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ġew awtorizzati skond l-Artikolu 6(4)? (Iva/le) (b) Jekk it-tweġiba għall-(a) hija "Iva" agħti dettalji tan-numru tal-każijiet u għal kull wieħed agħti l-kondizzjonijiet awtorizzati kif ukoll tar-riżultati tal-verifiki magħmula. (ċ) X'miżuri b'mod ġenerali ttieħdu għalbiex iħarsu l-Artikolu 6(3)? (d) X'miżuri b'mod ġenerali skond l-Artikolu 6(6) ittieħdu sabiex jiżguraw illi t-tniġġiż ta' l-arja fuq il-livell ta' l-art li jirriżulta mill-emissjonijiet mhux sinifikanti? 6. (a) X'miżuri ttieħdu b'mod ġenerali sabiex iħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(1) u 7(2)? (b) X'dispożizzjonijiet saru li jirrigwardaw il-perjodi taż-żmien massimi permissibbli għall-waqfien, id-disturbanzi jew in-nuqqasijiet tal-mezzi tat-tisfija jew il-mezzi tal-kejl skond l-Artikolu 12(2) kif ukoll li jirrigwardaw it-tagħrif mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 12(1), jekk inqabżu l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(2)? (ċ) Iddaħħlu l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet għal inkwinaturi oħra għajr dawk stabbiliti fir-regolamenti nazzjonali? (Iva/le) (d) Jekk it-tweġiba għaċ-(ċ) hija "Iva" agħti d-dettalji tar-raġunijiet u indika l-valur ta' l-emissjoni għal kull inkwinatur. (e) X'dispożizzjonijiet saru sabiex jiġu stabbiliti l-valuri approprjati tal-limiti ta' l-emissjonijiet jew il-valuri gwida skond l-Artikolu 7(4)? 7. X'miżuri b'mod ġenerali ttieħdu sabiex jimmininizzaw l-iskarigi ta' l-ilma ta' l-iskart skond l-Artikolu 8? 8. (a) X'miżuri ttieħdu b'mod ġenerali sabiex jiġi żgurat illi jitħarsu l-ħtiġiet tad-Direttivi 75/442/KEE u 91/689/KEE? (b) Meta dan it-tagħrif ikun disponibbli indika jekk tiġix irkuprata s-sħana prodotta mill-inċinerazzjoni, it-tip ta' l-irkupru u l-effiċjenzi. 9. X'miżuri ttieħdu b'mod ġenerali sabiex jiżguraw it-tħaris tal-ħtiġiet tal-kejl skond l-Artikolu 10 inklużi l-ħtiġet ta' l-Anness III? 10. Rigward l-Artikolu 13(2) indika n-numru riċevut tan-notifiki ta' l-għeluq għal kollox ta' l-istallazzjonijiet inklużi l-kapaċità ta' l-inċinerazzjoni, in-numru tas-sigħat u l-perjodu taż-żmien tat-tħaddim. --------------------------------------------------