Official Journal L 002 , 06/01/1998 P. 0012 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati bil-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (Test bir-rilevanza għaż-ŻEE) (98/8/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u ta’ spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali u ta’ laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 (1) u 18 (1) (a) u (b) tagħha, Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità jekk ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti f’dik id-Direttiva; Billi, skond l-Artikolu 4 (3) tad-Direttiva 72/462/KEE, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja bagħtet lista ta’ stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità. Billi, wara missjoni veterinarja tal-Komunità jidher li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ annimali fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja titqabbel b’mod favorevoli ma’ dik ta’ pajjiżi oħra fil-Komunità partikolarment fir-rigward ta’ mard trasmissibbli permezz tal-laħam; Billi spezzjonijiet fuq il-post mill-Komunità wrew li l-istandards ta’ iġjene ta’ dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għalhekk jistgħu jidħlu fl-ewwel lista ta’ stabbilimenti, magħmula mħejjija skond l-Artikolu 4 (1) ta’ dik id-Direttiva, li minnhom importazzjonijiet ta’ laħam frisk huwa awtorizzat; Billi l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istabbilimenti fuq il-lista fl-Anness hawn mehmus ikomplu jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet diġà preskritti, id-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u b’mod partikolari għar-regolamenti veterinarji l-oħra tal-Komunità partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa; Billi l-mizuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. l. L-istabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja elenkati fl-Anness huma b’dan approvati għall-għanijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità. 2. L-importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti għandhom jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet veterinarji tal-Komunità preskritti band’oħra, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28 -------------------------------------------------- ANNESS LISTA TA’ STABBILIMENTI Numru approvazzjoni | Stabbiliment/Indirizz | Kategorija | SR | SL | CP | CS | B | S/G | P | SP | 11 | Srem, Sid | × | | | × | | | | T | × | × | | | | × | | 63 | Mesokombinat, Leskovac | × | | | × | × | | | | 85 | MIP, Pozarevac | × | | | × | | | | T | × | × | | | | × | | --------------------------------------------------