31997Y1209(01)



Official Journal C 372 , 09/12/1997 P. 0005 - 0013


Att tal-Kummissjoni

dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità

(97/K 372/03)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

I. INTRODUZZJONI

1. L-għan ta' dan l-att huwa illi jipprovdi gwida kif il-Kummissjoni għandha tapplika l-kunċett tal-prodotti rilevanti u s-suq ġeografiku fl-infurzar kontinwu tal-liġi dwar kompetizzjoni tal-Komunità, partikolarment l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru. 17 u (KEE) Nru 4064/89, l-ekwivalenti tagħhom f'applikazzjoni settorali oħra bhat-trasport, faħam u azzar, u Agrikoltura, u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim taż-ŻEE [1]. Mill-bidu sa tmiem ta' dan l-att, riferenzi għall-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat u tal-kontrolli ta' amalgamazzjoni għandhom ikunu miftehma illi jirreferu għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-Ftehim taż-ŻEE u fit-Trattat tal-KEFA.

2. Definizzjoni ta' suq hija mezz sabiex ikunu identifikati u mfissra l-konfini tal-kompetizzjoni bejn id-ditti. Qegħda hemm sabiex tistabbilixxi il-qafas f'liema ambitu il-policy tal-kompetizzjoni hija applikata mill-Kummissjoni. L-għan ewlieni ta' definizzjoni ta' suq hija sabiex ikun hemm identifikazzjoni b'mezz sistematiku, tar-ristrezzjonijiet kompetittivi illi jiffaċċjaw l-impriżi involuti [2]. L-għan tad-definizzjoni ta' suq kemm fil-prodotti tagħha u wkoll fid-dimensjonijiet ġeografiċi huwa illi tkun identifikata l-kompetizzjoni attwali tal-impriżi involuti illi huma kapaċi illi jikkonstrinġu l-imġieba ta' dawk l-impriżi u illi ma jħalluhomx joperaw indipendentament mill-pressjoni kompetittiva effettiva. Hija minn din il-perspettiva illi d-definizzjoni tas-suq tagħmel possibbli inter alia illi jkunu kkalkolati l-isħma fis-suq illi jagħtu informazzjoni sostanzjali dwar il-poter illi jkunu mqiegħda fis-suq għall-għanijiet ta' estimazzjoni ta' dominanza jew bl-għan illi jkun applikat l-Artikolu 85.

3. Isegwi illi mill-punt 2 il-kunċett ta' "suq rilevanti" hija differenti minn definizzjonijiet oħra ta' suq użati kemm il-darba f'kuntesti oħra. Per eżempju, kumpanniji kemm il-darba jużaw it-terminu "suq" sabiex jirreferu għall-lok fejn jbiegħu l-prodotti tagħhom jew sabiex jirreferu b'mod wiesa' għall-industrija jew għas-settur li jagħmlu parti minnu.

4. Id-definizzjoni ta' suq rilevanti kemm fil-prodotti tagħha kif ukoll fid-dimensjonijiet ġeografiċi tagħha kemm il-darba għandha influwenza fuq l-estimu ta' każ ta' kompetizzjoni. Billi tirrendi pubbliċi l-proċeduri illi huma segwiti mill-Kummissjoni meta tkun qed tikkonsidra definizzjoni ta' suq u bl-indikazzjoni tal-kriterja u evidenza illi tistrieħ fuqhom sabiex tasal għal deċiżjoni, il-Kummissjoni tistenna illi iżżid it-trasparenza fil-politika tagħha u fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kamp tal-politika tal-kompetizzjoni.

5. Trasparenza akbar tirriżulta wkoll fil-fatt illi kumpanniji u l-konsulenti tagħhom jkunu jistgħu jantiċipaw aktar il-possibilità illi l-Kummissjoni tista' turi t-tħassib tagħha dwar Kompetizzjoni f'każ individwal. Għalhekk, kumpaniji jistgħu jieħdu in konsiderazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet interni meta jkunu qed jikkontemplaw, per eżempju, akkwisti, il-bidu ta' joint ventures, jew l-istabbiliment ta' ċerti ftehim. Huwa wkoll maħsub illi l-kumpanniji jkunu f'pożizzjoni aħjar jekk ikunu jafu x'tip ta' informazzjoni hija kkonsidrata bħala rilevanti mill-Kummissjoni għall-għanijiet ta' definizzjoni tas-suq.

6. L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta' "suq rilevanti" hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista' tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

II. DEFINIZZJONI TA' SUQ RILEVANTI

Definizzjoni ta' suq ta' prodott rilevanti u ta' suq ġeografiku rilevanti

7. Ir-Regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat, partikolarment fit-taqsima 6 tal-Form A/B rigward ir-Regoament Nru 17, kif ukoll fit-taqsima 6 tal-Form CO rigward ir-Regolament (KEE) Nru 4064/89 fuq il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet li għandhom dimensjoni Komunitarja niżżlu dawn it-tifsiriet li ġejjin, ‘Swieq ta' prodotti rilevantiċ huma mfissrin kif ġejj:

"Suq ta' prodotti rilevanti hu magħmul minn dawk il-prodotti u/jew servizzi illi huma kkonsidrati bħala li kappaċi li jiġu mibdula jew jkunu sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-Prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom ċ."

8. "Swieq ġeografiċi rilevantiċ"

huma mfissra kif ġejj:

"Suq ġeografiku rilevanti hu magħmul minn żona fejn l-impriża kkonċernata hija involuta fil-fornitura u domanda ta' prodotti u servizzi, fejn il-kondizzjonijiet ta' Kompetizzjoni huma omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu ddistingwiti minn żoni ġirien minħabba illi l-kondizzjonijiet tal-Kompetizzjoni huma differenti sostanzjarjament f'dawk iż-żoniċ."

9. Is-suq rilevanti fejn se jkun se jiġi stabbilit xi kwistjoni hija għalhekk stabbiliti b'taħlita tas-swieq tal-prodotti u swieq ġeografiċi. Il-Kummissjoni tinterpreta t-tifsiriet f'paragrafi 7 u 8 (li jirreflettu l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim' Istanza kif ukoll l-prassi tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet) skond l-orientazzjonijiet mfissra f'dan il-att.

Il-kunċett ta' suq rilevanti u l-oġġettivi tal-politika tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni

10. Il-kunċett ta' suq rilevanti hija relatata mill-qrib mall-għanijiet segwiti taħt il-politika tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni. Per eżempju, taħt il-kontrolli tal-Komunità dwar l-amalgamar, l-għan illi jkunu kkontrollati tibdiliet strutturali fil-fornitura ta' prodotti/servizzi huwa li wieħed ma jitħallix jikkrea jew jirrinforza il-pożizzjoni dominanti illi r-riżultat tiegħu jkun fil-fatt illi l-kompetizzjoni effettiva tkun imxekkla sinjifikament f'parti sostanzjali tas-suq komuni. Taħt ir-regoli tal-Kompetizzjoni tal-Komunità, pożizzjoni dominanti hija meta ditta jew grupp ta' ditti jkunu f'pożizzjoni illi jaġixxu sa ċertu punt sostanzjalment indipendentament mill-kompetituri tagħhom, klijenti u fl-aħħar mill-aħħar mill-konsumaturi [3]. Din it-tip ta' pożizzjoni ġeneralment tkun preżenti meta ditta jew grupp ta' ditti huma responsabbli għal sehem kbir fil-fornitura ta' prodotti f'suq wieħed, kemm ‘il darba, fatturi oħra analizzati fl-istima (bħal restrizzjonijiet ta' dħul, il-kapaċità tal-klijenti illi jaġixxu, eċċ.) jħarsu fl-istess direzzjoni.

11. L-istess approċċ huwa segwit mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 86 tat-Trattat għal ditti illi jgawdu pożizzjoni dominanti waħidhom jew kollettivament Fit-tifsira tar-Regolament Nru. 17, il-Kummissjoni għandha l-poter illi tinvestiga u ġġib fix-xejn abbużi ta' pożizzjoni dominanti, li għandha wkoll tkun imfissra b'riferenza għas-suq rilevanti. Is-swieq jista' jkollhom il-bżonn ukoll illi jkunu mfissra fl-applikazzjoni tal-Artikolu 85 tat-Trattat, partikolarment, fejn ikun se jiġi stabbilit jekk restrizzjoni ta' ċerta mportanza ta' kompetizzjoni teżisti jew le jew meta se jkunu stabbiliti jekk il-kondizzjoni hijiex koperta skond l-artikolu 85(3)(b) għal eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 85(1).

12. Il-kriterja għat-tifsira tas-suq rilevanti hija ġeneralment applikata għall-analiżi ta' ċerti tipi ta' atteġġjament fis-suq u għall-analiżi ta' kambjamenti strutturali fil-fornitura ta' prodotti. Il-metodoloġija, pero', tista' twassal għal riżultati differenti li jiddependu fuq in-natura tal-kwistjoni tal-kompetizzjoni li tkun qed tiġi eżaminata. Per eżempju, l-iskop tas-suq ġeografiku jista' jkun differenti meta tkun qed tiġi analizzata konċentrazzjoni, fejn l-analiżi hija essenzalment prospettiva, minn analiżi ta' atteġġjament tal-passat. L-orizzont ta' ħin differenti kkunsidrat f'kull każ jista' jwassal għal riżultat illi swieq ġeografiċi differenti huma mfissra għall-istess prodott skond jekk il-Kummissjoni tkunx qed teżamina il-kambjament fl-istruttura tal-provvista, bħal konċentrament jew joint venture ta' kooperazzjoni, jew tkunx qed teżamina kwistjonijiet relatati ma' ċerti atteġġjamenti fil-passat.

Prinċipji bażiċi għat-tifsira ta' suq

Ġegħil kompetittittiv

13. Id-ditti huma soġġetti għall-tlett ejgħun jew ġegħil kompettittiv: it-tibdil fid-domanda, it-tibdil fil-provvista u kompetizzjoni potenzali. Minn lenti ekonomika, għal tifsira ta' suq rilevanti, sostituzzjoni ta' domanda tfisser il-forza dixxiplinarja l-aktar immedjata u effettiva fuq il-fornituri ta' prodott speċifiku vis-à-vis id-deċiżjonijiet dwar il-prezz tagħhom. Ditta jew grupp ta' ditti ma jistax ikollhom impatt sinjifikanti fuq il-kondizzjonijiet aqwa ta' bejgħ, bħal prezzijiet, jekk il-klijenti tagħhom huma f'pożizzjoni illi jistgħu jaqilbu faċilment għall-prodotti oħra disponibbli jew għal fornituri oħra li jkunu lokati x'imkien ieħor. Bażikament, l-eżerċizzju tat-tifsira ta' suq tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta' ejgħun alternattivi effettivi għall-fornitura lill-klijenti tal-impriża involuta, ai termini ta' prodotti/servizzi kif ukoll il-lokalità ġeografika tal-fornituri.

14. Il-rases tal-kompetizzjoni li joħorġu minn naħa ta' sostituzzjoni ta' fornitura minbarra dawk deskritti fil-paragrafi 20 sa 23 u minn kompetizzjoni potenzali huma ġeneralment inqas immedjati u f'kull każ jenħtieġu analiżi ta' fatturi addizzjonali. Bħala riżultat dawn il-ġegħil huma meħuda in konsiderazzjoni għall-istadju ta' assessjar f'analiżi ta' kompetizzjoni.

Sostituzzjoni ta' domanda

15. L-istima ta' sostituzzjoni ta' domanda tinvolvi determinazzjoni tal-medda ta' prodotti illi huma kkonsidrati bħala li sostituti mill-komsumatur. Mod wieħed kif tista' ssir din id-determinazzjoni tista' tidher bħala esperiment spekulattiv, billi jintalab kambjament ipotekali żgħir u illi jdum fil-prezzijiet relattivi u fl-evalwar tar-reazzjoni li x'aktarx ikun hemm mill-klijenti għall-dik il-żieda. L-eżerċizzju tad-definizzjoni ta' suq tiffoka fuq il-prezzijiet għal għanijiet ta' pjan operazzjonali u prattiċi, u aktar preċiżament fuq is-sostituzzjoni tad-domanda li toħroġ minn sostituzzjoni tad-domanda minn kambjamenti permanenti żgħar fil-prezzijiet relattivv. Dan il-kunċett jipprovdi indikazzjonijiet ċari għall-evidenza illi hija rilevanti fit-tifsira ta. swieq.

16. Konċettwalment, dan l-approċċ ifisser illi, meta tibda mit-tip ta' prodotti illi l-impriża involuta tbiegħ u ż-żona minn fejn tbiegħhom, prodotti addizzjonali se jkunu inklużi fi, jew esklużi minn, id-definizzjoni ta' suq tiddependi skond jekk il-kompetizzjoni minn dawn il-prodotti oħrajn u ż-żoni affetwati jew jirrestrinġux biżżejjed it-tqegħid ta' prezz fuq il-prodotti tal-partijiet fi żmien qasir.

17. Il-mistoqsija illi għandha tkun imwieġba hija jekk il-klijenti tal-partijiet ibiddlu għal sostituti li huma disponibbli faċilment jew għall-fornituri li qegħdin fl-lokalità oħra bħala risposta għal żieda ipotekalment żgħira (bejn il-5 % sal-10 %) iżda permanenti fil-prodotti u fiż-żoni li jkunu qed jiġu kkonsidrati. Jekk is-sostituzzjoni tkun biżżejjed illi tagħmel iż-żieda fil-prezz mhux profittabbli minħabba nuqqas fil-bejgħ, sostituzzjonijiet addizzjonali u żoni sostituzzjonali huma inklużi fis-suq rilevanti. Dan ikun magħmul sakemm il-grupp ta' prodotti and żoni ġeografiċi huma b'tali mod illi żidiet permanenti żgħar fil-prezzijiet relattivi jkunu kappaċi jagħmlu profitt. L-analiżi ekwivalenti hija applikata fil-każijiet li jikkonċernaw il-konċentrament ta' poter ta' xiri, fejn il-punt ta' bidu jkun għalhekk il-fornitur, u t-test tal-prezz iservi sabiex jiddentifika rotot oħra ta' distribuzzjoni jew outlets għal prodotti tal-fornitur. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji, wieħed għandhu jiehu in konsiderazzjoni b'ċertu għaqal ċerti sitwazzjonijiet partikolari kif deskritti fil-paragrafi 56 u 58.

18. Eżempju prattiku ta' dan it-test huwa billi tkun applikata għall-amalgamar, per eżempju ta' dawk illi jibbottiljaw il-luminata. Kwistjoni li għandha tkun eżaminata f'dan il-każ hija illi jkun hemm deċiżjoni dwar jekk it-togħmiet differenti tal-luminata jagħmlux parti mill-istess suq. Fil-prattika, il-mistoqsija illi wieħed għandhu jindirizza tkun jekk komsumaturi ta' togħma A jbiddlux għal togħmiet oħra meta jkunu ffaċjati b'żieda permanenti fil-prezzijiet ta' 5 % sa 10 % għat-togħma A. Jekk numru biżżejjed ta' konsumaturi jaqilbu għal, per eżempju, togħma B, b'tali mod u manjiera illi ż-żieda fil-prezzijiet għal togħma A ma tkunx profittabbli minħabba ir-riżultat ta' telf fil-bejgħ, mela hemmhekk is-suq jikkomprendi mill-inqas togħma A u B. Il-proċess jkollu jkun estiż ukoll għal togħmiet oħra fis-suq sakemm grupp ieħor ta' prodotti li fil-każ tagħhom żieda fil-prezzijiet ma twassalx għal sostituzzjoni suffiċjenti fid-domanda.

19. Ġeneralment, u partikolarment fl-analiżi ta' każijiet ta' amalgamar, il-prezz li għandhu jkun ikkonsidrat huwa dak illi għandhu prezz aqwa fis-suq. Dan jista' ma jkunx il-każ fejn l-aqwa prezzijiet ikunu ġew iddeterminati minn nuqqas ta' kompetizzjoni suffiċjenti. Partikolarment għall-investigazzjoni ta' abbużi ta' posizzjonijiet dominanti, il-fatt illi l-aqwa prezzijiet jistgħu jkunu diġa ġew miżjuda sostanzjarjament għandhu jittieħed in konsiderazzjoni.

Sostituzzjoni ta' provvista

20. Sostituzzjonalità da parti tal-fornitura tista' tkun ukoll meħuda in konsiderazzjoni fid-definizzjoni ta' suq f'dawk is-sitwazzjonijiet illi l-effetti tagħha huma ekwivalenti għal dawk tas-sostituzzjoni tad-domanda ai termini ta' effettività u immedjalità. Dan ifisser illi l-fornituri huma kaħaċi illi jbiddlu prodott ma prodott rilevanti u jinnegozjawhom fit-terminu qasir [4] mingħajr ma jirrikorru nefqa addizzjonali sinjifikattiva jew riskji bħala risposta għal bidla żgħira permanenti fil-prezzijiet relattivi. Meta dawn il-kondizzjonijiet jkunu milħuqa, l-prodotti addizzjonali li jkunu ġew imqegħda fis-suq ikollhom effett dixxiplinarju fuq l-atteġġjament ta' kompetizzjoni mill-kumpanniji involuti. Dan l-impatt ai termini ta' effettività u immedjalità hija ekwivalenti għall-effett tas-sostituzzjoni tad-domanda.

21. Dawn is-sitwazzjonijiet tipikament jiġru meta kumpanijji jqegħdu fis-suq medda wiesa ta' kwalitajiet jew gradi ta' prodott wieħed, anke jekk, għall-konsumatur wieġed jew għal grupp ta' konsumaturi, il-kwalitajiet differenti ma jistgħux ikunu sostitwiti, il-kwalitajiet differenti jkunu imqeħda fi gruppi f'suq wieġed tal-prodott, iżda l-maġġoranza tal-fornituri huma kapaċi illi joffru u jbiegħu il-kwalitajiet varji immedjatament u mingħajr żieda sinjifikattiva fil-prezz deskritt aktar ‘il fuq. F'dawn il-każijiet, is-suq tal-prodott rilevanti jinkorpora l-prodotti kollha illi huma kapaċi ta' sostituzzjoni fid-domanda u fil-provvista, u l-bejgħ kurrenti ta' dawk il-prodotti ikun aggregat sabiex jingħata valur totali jew volum totali tas-suq. L-istess raġonament jista' jwassal għall-għaqda fiż-żoni ġeografiċi differenti.

22. Eżempju prattiku tal-approċċ ta' sostituzzjoni min naħa ta' fornitura fit-tifsira ta' swieq tal-prodotti tista' tinstab fil-każ tal-karti. Il-karta hija ġeneralment fornita f'diversi tipi ta' kwalitajiet differenti, minn karti standard għall-kitba sa karti ta' kwalità tajba ħafna li jintużaw, per eżempju, sabiex ikunu ippubblikati l-kotba tal-arti. Mill-lenti tad-domanda, kwalitajiet differenti tal-karta ma jistgħux ikunu wżati għall-użu partikolari, i.e. ktieb tal-arti jew pubblikazzjoni ta' kwalità ogħlja ma jistgħux ikunu magħmula minn karta ta' kwalità baxxa. Madankollu, impjanti tal-karta huma ppreparati sabiex jimmanifatturaw il-kwalitajiet differenti, u l-produzzjoni tista' tkun aġġustata bi spiża negliġibbli u f'tul ta' żmien qasir. Fl-assenza ta' diffikultajiet partikolari fid-distribuzzjoni, manifatturi tal-karta, għalhekk jistgħu, jikkompetu għall-ordnijiet ta' kwalitajiet diversi, partikolarment jekk l-ordnijiet huma magħmula bi żminijiet suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu mmodifikati l-impjanti tal-produzzjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni, ma tagħtix tifsira oħra għal suq separat għal kull kwalità ta' karta u l-użu tagħha rispettiva. Il-kwalitjiet differenti tal-karta huma inklużi fis-suq rilevanti, u l-bejgħ tagħhom huma magħ duda sabiex ikun stmat il-valur totali tas-suq u l-volum.

23. Fejn sostituzzjoni min naħa ta' fornitura tinvolvi il-bżonn illi jkun hemm aġġustament sinjifikattiv f'assi tanġibbli u mhux tanġibbli, diġa eżistenti, investiment addizzjonali, deċiżjonijiet strateġiċi jew dewmien fiż-żmien, ma jkunx ikkonsidrat għall-istadju ta' definizzjoni ta' suq. Eżempji fejn sostituzzjoni min naħa ta' fornitura ma jġiegħelx lill-Kummissjoni sabiex tkabbar is-suq huma offruti fiż-żona ta' prodotti għall-konsumatur, partikolarment fix-xorb ta' marka. Għalkemm impjanti tal-bbottiljar jistgħu fil-prinċipju jibbottiljaw xorb differenti, hemm infieq u ħinijiet importanti involuti (ai termini tar-rikklamar, ittestjar u distribuzzjoni tal-prodotti) qabel ma' l-prodott ikun jista' jinbiegħ. F'dawn il-każijiet, l-effetti tas-sostituzzjoni min naħa ta' fornitura u forom oħra ta' kompetizzjoni potenzali jkunu eżaminati fi stadju aktar tard.

Kompetizzjoni potenzali

24. It-tielet egħjun ta' ġegħil kompetittiv, kompetizzjoni potenzali, mhuwiex meħud in konsiderazzjoni meta jkun se tingħata tifsira għas-suq, billi l-kondizzjonijiet taħt liema l-kompetizzjoni potenzali tkun fil-fatt tirrapreżenta ġegħil ta' kompetizzjoni effettiv jiddependi mill-analiżi tal-fattur speċifiku u ċ-ċirkostanti relatati mal-kondizzjonijiet tad-dħul. Jekk meħtieġ, din l-analiżi hija magħmula fi stadju aktar sussegwenti, ġeneralment ġaladarba l-pożizzjoni tal-kumpaniji involuti fis-suq rilevanti kien diġa żgurat, u meta din il-pożizzjoni tagħti lok għal interess mill-lenti tal-kompetizzjoni.

III. EVIDENZA LI FUQĦA TISTRIEĦ ID-DEFINIZZJONI TA' SUQ RILEVANTI

Il-proċess għad-definizzjoni tas-suq rilevanti fil-prattika

Dimensjoni tal-prodott

25. Hemm spektrum ta' evidenza li tippermetti assessjar sa fejn is-sostituzzjoni tista' ssir. F'każijiet individwali, ċerti tipi ta' evidenza jista' jkun ta' determinanza, jiddependi ħafna fuq il-karatteristiċi u l-ispeċjalita tal-industrija u l-prodotti jew servizzi li se jkunu eżaminati. L-istess tip ta' evidenza tista' ma tkun ta' l-ebda importanza f'każijiet oħra. F'ħafna każijiet, deċiżjoni jkollha tkun ibbażata fuq il-konsiderazzjoni ta' numru ta' kriterja u punti differenti ta' evidenza Il-Kummissjoni issegwi approċċ miftuħ għall-evidenza empirikali, intiża sabiex tagħmel użu effettiv tal-informazzjoni kollha disponibbli illi tista' tkun rilevanti għall-każijiet individwali. Il-Kummissjoni ma ssegwix ġerarkija riġida ta' egħjun ta' informazzjoni differenti jew tipi ta' xiehda.

26. Il-proċess tad-definizzjoni tas-swieq rilevanti tista' tkun imqassra kif ġejj: a bażi ta' informazzjoni preliminari li hija disponibbli jew informazzjoni mogħtija mill-impriżi involuti, il-Kummissjoni ġeneralment tkun f'pożizzjoni illi tistabbilixxi vagament is-swieq rilevanti li probabbilment ikun fihom, per eżempju, il-konċentrazzjoni jew ristrezzjoni tal-kompetizzjoni li se tkun assessjata. Ġeneralment, u għall-għanijiet prattiċi kollha meta jkunu qed jiġu kkonsidrati każijiet individwali, il-mistoqsija ġeneralment tkun dwar deċiżjoni fuq ftit swieq alternattivi possibbli. Per eżempju, rigward suq ta' prodott, il-kwistjoni kemm il-darba tkun sabiex ikun stabbilit jekk prodott A u prodott B jaqgħux jew le taħt l-istess suq ta' prodott. Kemm il-darba jkun il-każ jekk l-inklużjoni ta' prodott B tkunx biżżejjed sabiex tneħħi kwalsiasi interessi ta' kompetizzjoni.

27. F'dawn is-sitwazzjonijiet mhuwiex neċessarju illi tikkonsidra jekk is-suq jinkludix prodotti addizzjonali, jew sabiex tasal għall-konklużjoni definittiva dwar is-suq tal-prodott preċiż. Jekk taħt id-definizzjonijiet ta' swieq alternattivi konċepibbli l-operazzjoni in kwistjoni ma tqajjimx interess ta' kompetizzjoni, il-mistoqsija dwar id-definizzjoni ta' suq titħalla miftuħa, u b'hekk tnaqqas ix-xkiel tal-kumpaniji illi jipprovdu l-informazzjoni.

Dimensjoni ġeografika

28. L-approċċ tal-Kummissjoni għad-definizzjoni ta' suq ġeografiku tista' tkun imqassra kif ġejj: tieħu opinjoni preliminari dwar l-iskop tas-suq ġeografiku fuq bażi ta' indikazzjonijiet wiesa fuq id-distribuzzjoni ta' isħma fis-suq bejn il-partijiet u l-kompetituri tagħhom, kif ukoll analiżi preliminarja tal-ipprezzar u d-differenzi fil-prezzijiet fuq livell nazzjonali u tal-Komunità jew fuq livell ta' EEA. Din l-opinjoni tal-bidu hija wżata bażikament bħala ipotesi li taħdem sabiex ikun hemm fokus fuq l-inkjesti tal-Kummissjoni sabiex tasal għal definizzjoni preċiża ta' suq ġeografiku.

29. Ir-raġunijiet wara l-konfigurazzjoni partikolari tal-prezzijiet u tal-isħma fis-suq għandhom bżonn ikunu esplorata. Kumpanniji jistgħu jkunu qed igawdu isħma fis-suq għolja fis-suq domestiku tagħhom minħabba biss il-piż tagħhom tal-passat, u bil-maqlub, preżenza omoġenja tal-kumpanniji li qegħdin fil-medda tal-EEA jistgħu jkunu konsistenti mas-swieq nazzjonali u reġjonali ġeografikament. L-ipoteżi tal-bidu illi treġi għalhekk tkun iċċekjata kontra analiżi tal-karatteristiċi tad-domanda (importanza ta' preferenzi nazzjonali, mudelli kurrenti ta' xiri mill-klijenti, differenza fil-prodott/marki, oħrajn) sabiex ikun stabbilit jekk kumpanniji f'żoni differenti verament jikkonstitwixxu alternattiva reali bħala għajn ta' provvista għall-konsumaturi. L-esperiment teoretiku għal darb'oħra huwa bbażat fuq is-sostituzzjoni li toħroġ minn kambjamenti fil-prezzijiet relattivi, u l-mistoqsija li għandha tkun imwieġba terġa' tkun jekk il-klijenti tal-partijiet humiex lesti illi jbiddlu l-ordnijiet tagħhom għal kumpaniji li qegħdin postijiet oħra f'ħin qasir u b'nefqa negliġibbli.

30. Jekk ikun neċessarju, għandhu jsir ċekk ieħor fuq il-fatturi ta' fornitura sabiex ikun assigurat illi dawk il-kumpaniji illi jkunu allokati post ieħor ma jiffaċċjawx impedimenti fl-iżvilupp tal-bejgħ tagħhom ai termini ta' kompetizzjoni tul is-suq ġeografiku kollu. Din l-analiżi tinkludi eżiminazzjoni tar-rekwiżiti għal preżenza lokali sabiex tbiegħ f'dik iż-żona, il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni gġal rotot distributorji, infieq assoċjat mall-istabbiliment ta' sistemi distributorja, u l-preżenza u l-assenza ta' barrieri regolarorji li joħorġu minn prokuramenti pubbliċi, regolamenti ta' prezzijiet, kwoti u tariffi li jimponu limitu għan-negozju u produzzjoni, standards tekniċi, monopolji, ħelsien mill-istabbilimenti, rekwiżiti għall-awtorizzazzjonijiet administrattivi, regolamenti għall-ippakkettar, eċċ. Fil-qosor, il-Kummissjoni tiddentifika ostakoli li jistgħu jkunu possibbli u barrieri li jisolaw kumpanniji li jkunu f'żona partikolari mill-pressjoni tal-kompetizzjoni ta' kumpanniji li qegħdin barra dik iż-żona, sabiex tistabbilixxi grad preċiż tal-interpretazzjoni ta' suq fuq livell nazzjonali, Ewropew jew globali.

31. Il-mudell attwali u l-evoluzzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ joffru indikazzjonijiet supplimentari bżonnjużi dwar l-importanza ekonomika ta' kull fattur ta' domanda jew fornitura imsemmija aktar ‘il fuq, u sa fejn jistgħu jew ma jistgħux jikkonstitwixxu barrieri attwali li jikkreaw swieq ġeografiċi differenti. L-analiżi taċ-ċirkolazzjoni tan-negozju ġeneralment jindirizzaw il-mistoqsija tan-nefqa tat-trasport u sa fejn dawn jistgħu ixekklu n-negozju bejn iż-żoni differenti, wara illi jieħdu in konsiderazzjoni in-nefqa fil-produzzjoni u l-livelli ta' prezzijiet relattivi.

Integrazzjoni tas-suq fil-Komunità

32. Finalment, il-Kummissjoni tieħu in konsiderazzjoni wkoll il-proċess kontinwu tal-integrazzjoni tas-suq, partikolarment fil-Komunità, meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq ġeografiċi, speċjalment fiż-żona ta' konċentrazzjonijiet u joint ventures strutturali. Il-miżuri addottati u implimentati fil-programm tas-suq intern sabiex ineħħu l-barrieri għall-kummerċ u jintegraw aktar is-swieq tal-Komunità' ma jistgħux ikunu injorati meta wieħed ikun qed jagħmel assessar tal-effetti tal-kompetizzjoni fuq il-konċentrazzjonijiet u joint ventures strutturali. Sitwazzjoni fejn swieq nazzjonali kienu isolati artfiċjalment minn xulxin minħabba l-eżistenza ta' barrieri leġislattivi li issa ġew imneħħija ġeneralment iwasslu sabiex ikun hemm assessar bil-għaqal ta' evidenza tal-passat rigward prezzijiet, isħma fis-suq u mudelli ta' negozju. Proċess ta' integrazzjoni tas-suq li fi żmien qasir, jwassal għal swieq ġeografiċi aktar wiesa għalhekk jista' jittieħed in konsiderazzjoni meta tkun qed issir id-definizzjoni ta' suq ġeografiku bil-għan illi jkunu assessjati il-konċentrazzjonijiet u joint ventures strutturali.

Il-proċess ta' ġbir ta' evidenza

33. Meta definizzjoni preċiża ta' suq hija neċessarja, il-Kummissjoni kemm il-darba tikkuntatja lill-klijenti ewlenin u lill-kumpanijji ewlenin fl-industrija sabiex titlob l-opinjoni tagħhom dwar il-konfini tal-prodott u s-suq ġeografiku u sabiex tieħu evidenza fattwali neċessarja sabiex tasal għall-konklużjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntatja l-assoċċjazzjonijiet professjonali rilevanti, u kumpanijji attivi fis-swieq upstream, sabiex tkun tista' tagħti definizzjoni, sakemm ikun neċessarju, prodott separat u swieq ġeografiċi, għal livelli differenti ta' produzzjoni jew distribuzzjoni tal-prodott/servizz in kwistjoni. Tista' wkoll titlob informazzjoni addizzjonali għall-impriżi nvoluti.

34. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tindirizza talba bil-miktub għall-informazzjoni lill-players tas-suq imsemmija aktar ‘il fuq. Dawn it-talbiet ġeneralment jinkludu mistoqsijiet dwar il-perċezzjoni tal-kumpanniji dwar reazzjonijiet għal żidiet ipotetiċi fil-Prezzijiet u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-konfini tas-suq. Huma jsaqsu għad-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni fattwali illi l-Kummissjoni tqies neċessarji sabiex tasal għal konklużjoni dwar sa fejn jasal is-suq rilevanti. Il-Kummissjoni tista' tiddiskuti wkoll mad-diretturi tar-riklamar jew uffiċjali oħra ta' dawk il-kumpanniji sabiex tiġbor aktar tagħrif dwar kif jiżvolġew in-negozjati bejn il-fornituri u l-klijenti u tifhem aktar il-kwistjonijiet relatati mad-definizzjooni tas-suq rilevanti. Fejn xieraq, huma jistgħu wkoll jagħmlu viżiti u inspezzjonijiet fil-bini tal-partijiet, tal-klijenti tagħhom u/jew il-kompetituri tagħhom, sabiex jifhmu aktar kif il-prodotti ikunu mmanifatturati u mibjugħa.

35. It-tip ta' evidenza rilevanti sabiex wieħed jasal għall-konklużjoni dwar is-suq tal-prodott jista' jkun kategorizzat kif ġejj:

Evidenza sabiex ikun hemm definizzjoni ta' swieq – dimensjoni tal-prodott

36. Analiżi ta' karatteristiċi tal-prodotti u l-użu intiż tagħhhom iħallu lill-Kummissjoni, bħala l-ewwl ħaġa, tillimita l-oqsma ta' investigazzjoni ta' sostituzzjonijiet possibbli. Madankollu, il-karatterstiċi tal-prodotti u l-użu intiż tagħhhom mhumiex suffiċjenti sabiex juri illi ż-żewġ prodotti huma sostituzzjoni tad-domanda. Tibdil funzjonarju jew similarità fil-karatteristiċi m'għandhomx, waħidhom jipprovdu kriterja biżżejjed, għaliex ir-risposta tal-klijenti għall-kambjamenti fil-prezzijiet tista' tkun stabbilita minn konsiderazzjonijiet oħra wkoll. Per eżempju, jista' jkun hemm ġegħil ta' kompetizzjoni differenti fis-suq oriġinali ta' l-apparat għall-partijiet ta' karozzi u spare parts, li b'hekk iwasslu għal delineazzjoni separata taż-żewġ swieq rilevanti., differenzi fil-karatteristiċi tal-prodott mhumiex per se biżżejjed sabiex jeskludu s-sostituzzjoni tad-domanda, peress illi dan jiddependi sa ċertu punt fuq kif il-klijenti jaraw il-karatteristiċi differenti.

37. It-tip ta' evidenza illi l-Kummissjoni tikkonsidra bħala rilevanti sabiex tassessja jekk żewġ prodotti huma sostituzzjonijiet għal domanda tista' tkun kategorizzata kif ġej:

38. evidenza ta' sostituzzjoni fil-passat riċenti. F'ċerti każijiet, huwa possibbli illi wieħed janalizza l-evidenza relatata ma' affarijiet li ġraw fil-passat riċenti jew xokks fis-suq illi joffru eżempji attwali fis-sostituzzjoni bejn iż-żewġ prodotti. Meta disponibbli, din it-tip ta' informazzjoni normalment tkun fundamentali għad-definizzjoni ta' suq. Jekk ikunu saru xi kambjamenti fil-prezzijiet relattivi fil-passat (b'kollox jibqa' l-istess), ir-reazzjoni ai termini ta' kwantitajiet mitluba ikunu determinati sabiex tkun stabbilita s-sostituzzjonalità. Il-ħruġ ta' prodotti ġodda fil-passat tista' toffri wkoll informazzjoni bżonnjuża, meta jkun possibbli illi issir analiżi preċiża ta' liema prodotti jkunu naqqsu fil-bejgħ minħabba l-prodott il-ġdid.

39. Hemm numru ta' testijiet kwantitattivi illi kienu ġew iddisenjati speċifikament bil-għan illi jkun hemm delinear tas-swieq. Dawn it-testijiet jikkonsistu approċċ differenti ekonometriċi u statistikali, estimazzjonijiet ta' elastiċitajiet u elastiċitajiet cross-price [5] għad-domanda ta' prodott, testijiet ibbażati fuq is-similarità ta' moviment fil-prezzijiet matul iż-żmien, l-analiżi tal-kawżalità bejn is-serje ta' prezzijiet u s-somiljanza tal-livelli ta' prezzijiet u/jew il-konverġenzi tagħhom. Il-Kummissjoni tieħu in konsiderazzjoni l-evidenza kwantitattiva dispożibbli li hija kapaċi illi żżomm skrutinju rigoruż bil-gġan illi tistabbilixxi mudelli ta' sostituzzjoni fil-passat.

40. Opinjonijiet tal-klijenti u kompetituri. Il-Kummissjoni kemm-il dabra tikkuntattja lill-klijenti u l-kompetituri ewlenin tal-kumpanniji involuti fil-investigazzjonijiet tagħha, tiġbor l-opinjonijiet tagħhom dwar il-konfini tal-prodotti fis-suq kif ukoll ħafna mill-informazzjoni fattwali illi hija tenħtieġ sabiex tasal għal konklużjoni dwar l-iskop tas-suq. Risposti rraġonati tal-klijenti u tal-kompetituri dwar x'jista' jiġri jekk il-prezzijiet relattivi għall-prodotti kandidati kellhom jiżdiedu bi ftit fiż-żona ġeografika kandidata (per eżempju b'5 % sa 10 %) jittieħdu in konsiderazzjoni meta jkunu koperti biżżejjed b'evidenza fattwali.

41. Priferenzi tal-konsumatur. Fil-każ ta' merkanzija għall-konsumatur, tista' tkun diffiċli għall-Kummissjoni illi tiġbor opinjonijiet diretti ta' konumaturi rigward prodotti ta' sostituzzjoni. Studji tal-kummerċ illi kumpanniji kienu kkommissjonaw fil-passat u li huma wżati mill-kumpanniji fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-ipprezzar tal-prodotti u/jew azzjonijiet ta' tqeghid fis-suq jistgħu jkunu informazzjoni utili għad-delineazzjoni tal-Kummissjoni tas-suq rilevanti. Stħarriġ tal-konsumatur dwar mudelli ta' użu u attitudnijiet, data mill-mudelli ta' kif jixtru l-konsumaturi, l-opinjonijiet espressi minn bejjiegħa bl-imnut u aktar ġenerali, riċerka tas-suq mogħtija mill-partijiet u mill-kompetituri tagħhom huma mittieħda in konsiderazzjoni sabiex ikun stabbilit jekk proporzjon sinjifikanti ekonomikament jinkkonsidrax żewġ prodotti bħala li jistgħu jkunu sostitwibbli, wara li jieħdu wkoll in konsiderazzjoni l-importanza tal-marka tal-prodott in kwistjoni. Il-metodoloġija segwita minn spezzjonijiet tal-konsumatur magħmula ad hoc mill-impriża involuta jew mill-kompetituri tagħha bil-għan ta' xi proċedura ta' amalgamazzjoni jew proċedura skond ir-Regolament Nru 17 ġeneralment tkun skrutinizzata b'ħafna għaqal. Differenti mill-istudji li diġa jeżistu, ma kinux ippreparati fil-kors normali tal-kummerċ għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet tal-kummerċ.

42. Barrieri u nefqiet assoċjati ma' bidla minn domanda għal sostituti potenzali. Hemm numru ta' barrieri u nefqiet illi jżommu lill-Kummissjoni milli tikkonsidra prima facie żewġsostituti tad-domanda bħala li jaqgħu taħt suq wieħed ta' prodott. Mhuwiex possibbli illi tkun ipprovduta lista li teżawrixxi il-barrieri kollha possibbli għas-sostituzzjoni u n-nefqiet ta' tibdila. Dawn il-barrieri jew ostakoli jistgħu jkollhom spetru wiesa ta' oriġini, u fid-deċiżjonijiet tagħha l-Kummissjoni kienet iffaċċjata minn barrieri regolatorji u forom oħra ta' intervenzjoni mill-Istat, xkiel li joħorġu minn swieq downstream, bżonn illi jinkorru investiment kapitali speċifiku, jew telfien fil-output kurrenti sabiex ikun hemm il-bidla għall-inputs alternattivi, il-lokalità tal-klijent, investiment speċifiku fil-proċess tal-produzzjoni, investiment fit-tagħlim u kapitali uman, nefqa ta' xiri ta' għodda ġdida jew investimenti oħra, inċertezza dwar il-kwalità u r-reputazzjoni ta' fornituri mhux magħrufa, u oħrajn.

43. Kategoriji differenti ta' klijenti u diskriminazzjoni fil-prezzijiet. Safejn is-suq tal-prodott jista' jkun imnaqqas fil-presenza ta' gruppi distinti ta' klijenti. Grupp distint ta' klijenti għall-prodott rilevanti jista' jikkonstitwixxi suq ta' prodott idjaq meta dak il-grupp ikun soġġett għal diskriminazzjoni fil-prezz. Ġeneralment dan ikun il-każ meta żewġ kondizzjonijiet ikunu preżenti: (a) huwa possibbli illi tiddentifika kjarament taħt liema grupp klijent individwali jaqa' fil-mument illi jinbiegħ lilu l-prodotti rilevanti, u (b) kummerċ bejn il-klijenti jew arbitraġġ minn terzi ma jkunx viabbli.

Evidenza sabiex ikun hemm definizzjoni tas-swieq – dimensjoni ġeografika

44. It-tip ta' evidenza illi l-Kummissjoni tikkonsidra rilevanti sabiex tasal għall-konklużjoni dwar suq ġeografiku tista' tkun kategorizzata kif ġej:

45. Evidenza tal-passat ta' diverżjoni ta' ordnijiet f'żoni oħra. F'ċerti każijiet, evidenza ta' kambjamenti fil-prezzijiet bejn żoni differenti u r-reazzjoni konsegwenti tagħhom tista' tkun disponibbli. Ġeneralment, l-istess testijiet kwantitattivi użati fi-definizzjoni ta' suq tal-prodott jistgħu wkoll ikunu wżata fid-definizzjoni ta' suq ġeografiku, bil-ħsieb illi l-komparazzjonijiet internazzjonali tal-prezzijiet tista' tkun iżjed kumplessa minħabba numru ta' fatturi bħal movimenti fir-rati tal-kambju, taxxa u differenzi fil-prodott.

46. Karatteristiċi bażiċi ta' domanda. In-natura tad-domanda gġall-prodott rilevanti tista' minnha nfisha tistabbilixxi l-iskop tas-suq ġeografiku. Fatturi bħal priferenzi nazzjonali jew priferenza ta' marka nazzjonali, lingwa, kultura u stil ta' ħajja, u l-bżonn ta' presenza lokali għandhom potenzal qawwi illi jillimitaw l-iskop ġeografiku tal-kompetizzjoni.

47. Opinjnijiet tal-klijenti u kompetizzjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tikkuntatja l-klijenti u l-kompetituri ewlenin tal-partiijiet, fl-investigazzjonijiet tagħha, sabiex tiġbor l-opinjonijiet tagħhom dwar il-konfini tas-suq ġeografiku kif ukoll il-maġġoranza ta' nformazzjoni fattwali li hija għandha bżonn sabiex tasal għall-konklużjoni dwar l-iskop tas-suq meta huma koperti biżżejjed minn evidenza fattwali.

48. Mudelli ġeografiċi kurrenti ta' nfieq. Eżaminazzjoni ta' mudelli ġeografiċi kurrenti ta' klijenti tipprovdi evidenza bżonnjuża għall-iskop tas-suq ġeografiku. Meta klijenti jixtri minn kumpanniji li jkunu jinstabu xi mkien fil-Komunità jew l-EEA taħt termini simili, jew iġibu l-provvisti tagħhom permezz ta' proċeduri effettivi ta' offerti fejn kumpanniji minn kullimkien fil-Komunità jew l-EEA jagħtu l-offerti tagħhom, ġenerallment is-suq ġeografiku jkun ikkunsidrat bħala tul il-Komunità.

49. mudelli/ċirkolazzjoni ta' kummerċ ta' tagħbija fuq il-vapuri. Meta n-numru tal-klijenti huwa tant kbir illi mhuwiex possibbli illi tikseb minnhom stampa ċara tal-mudelli ta' xiri ġeografiku, informazzjoni dwar ċirkolazzjoni fil-kummerċ jistgħu jkunu użati alternittivament, kemm il-darba l-istatistika tal-kummerċ hija disponibbli bi gradi biżżejjed ta' dettal għall-prodotti rilevanti. tal-kummerċ, u aktar minn hekk, ir-raġunament wara ċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ jipprovdu dħul bi ħsieb u informazzjoni bżonnjuża bil-għan illi jkun stabbilit l-iskop tas-suq ġeografiku iżda li wahidħom mhumiex konklussivi.

50. Barrieri u nfieq ta' tibdil assoċjati ma' dawrien ta' ordnijiet għal kumpanniji li huma lokati f'żoni oħra. L-assenza ta' xiri trans-konfinanti jew ċirkolazzjoni tal-kummerċ, per eżempju, ma tfissirx neċessarjament illi s-suq mhuwiex mill-inqas nazzjonali fl-iskop. Xorta, barrieri li jisolaw is-suq nazzjonali għandhom ikunu identifikati qabel ikun konkluż illi s-suq ġeografiku rilevanti f'dan il-każ huwa nazzjonali. Forsi l-aktar ostakolu ċar għall-klijent illi dawwar l-ordnijiet tiegħu għall-żoni oħra huwa l-impatt tan-nefqa fit-trasport u r-restrizzjonijiet fit-trasport illi joħorġu minn leġislazzjoni jew minn natura tal-prodotti rilevanti. L-impatt tan-nefqa fit-trasport ġeneralment jillimita l-iskop tas-suq ġeografiku għall-prodotti kbar jew b'valur baxx, wara li tieħu in konsiderazzjoni illi l-iżvantaġġ fit-trasport jista' jkun ikkompensat minn vantaġġi komparattivi fin-nefqiet l-oħra (in-nefqa tal-impjieg u l-materji primi). Aċċess għad-distribuzzjoni f'żona mogħtija, barrieri regolatorji li għadhom jeżistu f'ċerti setturi, kwoti u tariffi tad-dwana jistgħu joħolqu wkoll barrieri illi jisolaw ż-żona ġeografika minn pressjoni kompetittiva f'kumpanniji li huma f'dik iż-żonaInfieq sinjifikattiv ta' bidliet fil-provvista tal-affarijiet minn kumpanniji lokati f'pajjiżi oħra jikkonstitwixxu għajn addizzjonali għal dawn il-barrieri.

51. Fuq bażi ta' evidenza miġbura, il-Kummissjoni tagħti definizzjoni ta' suq ġeografiku illi tista' tkopri minn dimensjoni lokali għal waħda globali, u hemm eżempji ta' kemm suq lokali kif ukoll globali f'deċiżjonijiet tal-passat tal-Kummissjoni.

52. Il-paragrafi deskritti aktar ‘il fuq jiddeskrivu l-fatturi differenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-definizzjoni ta' suq. Dan ma jimplikax illi f'kull każ individwali jkun neċessarju illi tinġabar evidenza u jkun hemm assessar ta' kull wieħed minn dawn il-fatturi. Kemm-il darba fil-prattika, b'subset ta' dawn il-fatturi ikun biżżejjed illi jkun hemm deċiżjoni, kif jidher mill-prattiċi passati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

IV. KALKULAZZJONI TAS-SEHEM TAS-SUQ

53. Id-definizzjoni tas-suq rilevanti kemm fil-prodott u fid-dimensjoni ġeografika taċċetta illi l-identifikazzjoni tal-fornituri u tal-klijenti/konsumaturi attivi f'dak is-suq. Fuq dik il-bażi, il-kejl totali ta' suq u l-isħma tas-suq għal kull fornitur jista' jkun kkalkulat a bażi tal-bejgħ tagħhom tal-prodott rilevanti fiż-żona rilevanti. Fil-prattika, il-kejl totali tas-suq u l-isħma tas-suq kemm ‘il darba jkunu disponibbli mill-ejgħun tas-suq, i.e. estimi tal-kumpanniji, studji kkommissjonati minn konsulenti tal-industrija u/jew assoċjazzjonijiet tal-kummerż. Meta dan mhuwiex il-każ, jew fejn l-estimi disponibbli mhumiex ta' min wieħed jafdahom, il-Kummissjoni ġeneralment titlob lil kull fornitur fis-suq rilevanti sabiex jipprovdi l-bejgħ tagħhom sabiex ikun ikkalkolat il-kejl totali ta' suq u l-isħma tas-suq.

54. Jekk il-bejgħ huma ġeneralment ir-riferenza sabiex ikun ikkalkolat l-isħma tas-suq, hemm madankollu indikazzjonijiet oħra illi, skond il-prodott speċifiku jew l-industrija in kwistjoni, li jistgħu joffru nformazzjoni bżonnjuża bħal, partikolarment, kapaċita', in-numru ta' players fis-swieq tal-offerti, units tal-flotta fl-ispazju tal-arja, jew ir-riservi miżmuma fil-każ ta' setturi bħal xogħol fil-minjieri.

55. Bħala regols, kemm il-bejgħ ta' volum kif ukoll il-bejgħ ta' valur jipprovdu informazzjoni utili. F'każijiet ta' prodotti ta' differenza, bejgħ bil-valur u s-sehem assoċjat tagħhom fis-suq ġeneralment ikun ikkunsidrat illi jirrefletti aħjar il-pożizzjoni relattiva u s-saħħa ta' kull fornitur.

V. KONSIDERAZZJONIJIET ADDIZZJONALI

56. Hemm ċerti żoni fejn l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' hawn fuq għandhom ikunu meħuda b'ċerta ħsieb. Dan huwa l-każ fejn meta wieħed ikun qed jikkonsidra swieq primarji u sekondarji, partikolarment, fejn l-atteġġjament tal-impriża f'dak punt ta' ħin għandhu jkun analizzat skond l-artikolu 86. Il-metodu ta' kif tiddefinixxi suq f'dawn il-każijiet huwa l-istess, i.e. issir stima tar-risposti tal-klijenti bbażata fuq d-deċiżjonijiet dwar il-bejgħ tagħhom għal kambjamenti fil-prezzijiet, imma jittieħed in konsiderazzjoni wkoll, xkiel għas-sostituzzjoni imposta b'kondizzjonijiet fis-swieq konnessi. Definizzjoni dejqa għal suq għal prodotti sekondarji, per eżempju għall-spare parts, itsta' tirriżulta meta il-kompatibilità ma' prodotti primarji hija mportanti. Problemi biex jinstabu prodotti sekondarji kompatibbli flimkien ma' eżistenza ta' prezzijiet ogħlja u ħajja twila ta' prodotti primarji jistgħu jwasslu għal żidiet relattivi fil-prezzijiet ta' prodotti sekondarja li jagħtu profit.. Definizzjoni ta' suq differenti tista' tirriżulta jekk sostituzzjoni sinjifikanti bejn prodotti sekondarji hija possibbli jew jekk il-karatteristiċi tal-prodotti primarji jagħtu risposti malajr u diretti mill-konsumatur għal żidiet fil-prezzijiet relattivi tal-prodotti sekondarji possibbli.

57. F'ċerti każijiet, l-eżistenza ta' katini ta' sostituzzjoni tista' twassal għall-definizzjoni ta' suq rilevanti fejn il-prodotti jew iż-żoni fl-estremitajiet tas-suq ma jkunux direttament sostitwibbli. Eżempju jista' jkun ipprovdut b'dimensjoni ġeografika ta' prodott b'nefqiet fit-trasport sinjifikanti. F'dawn il-każijiet, kunsinni minn impjant sġeċifiku huma illimitati għal żona speċifika madwar kull impjant bl-impatt tan-nefqiet fit-trasport. Fil-prinċipju, żona bħal din tista' tikkonstitwixxi suq ġeografiku rilevanti. Madankollu, jekk id-distribuzzjoni tal-impjanti hija b'tali mod illi jkun hemm xaqlib konsiderevoli bejn iż-żoni madwar impjanti differenti, ikun possibbli illi l-prezz ta' dawk il-prodotti ikun imxekkla b'effett ta' sostituzzjoni mingħajr waqfien, u jwassal għad-definizzjoni ta' suq ġeografiku aktar wiesa'. L-istess raġonament jista' japplika jekk prodott B huwa sostitut tad-domanda għal prodotti A u C. Anke jekk prodotti A u C mhumiex sostituti tad-domanda diretti, jistgħu jinstabu fl-istess suq ta' prodott rilevanti minħabba illi l-prezz rispettiv jista' jkun mxekkel b'sostituzzjoni għal B.

58. Minn perspettiva prattika, il-kunċett ta' sostituzzjoni mingħajr waqfien għandha tkun korraborata b'evidenza attwali, per eżempju relatata ma' interdependenza ta' prezzijiet fl-estremi tas-sostituzzjoni bla waqfien, sabiex twassal għall-estensjoni tas-suq rilevanti f'każ individwali. Livelli ta' prezzijiet fl-estremi tas-sostituzzjoni bla waqfien ikollhom ikunu ta' l-istess manjitudni wkoll.

[1] Il-fokus tal-istima ta' każijiet ta' għajnuna mill-Istat huwa dak li jirċievi l-għajnuna u l-industrija/settur konċernata aktar mill-identifikazzjoni ta' xkiel kompettittiv iffaċċjat minn dak li jirċievi l-għajnuna. Meta jkunu qed jiġu kkonsidrati l-poter tas-suq u għalhekk is-suq ta' rilevanza, imqajjma f'każ partikolari, elementi ta' approċċ lineat hawnhekk jistgħu jservu ta' bażi għall-assessjar tal-każijiet ta' għajnuna mill-Istat.

[2] Għall-għanijiet ta' dan l-att, l-impriża involuta tkun, fil-każ ta' konċetrazzjoni, il-partijiet fil-konċentrazzjoni; f'investigazzjonijiet ai termini tal-Artikolu 86 tat-Trattat, l-impriża li tkun qed tiġi nvestigata jew l-ilment; għall-investigazzjoni ai termini tal-Artikolu 85, il-partijiet għall-Ftehim.

[3] Definizzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-13 ta' Frar 1979 fil-Każ 85/76, Hoffmann-La Roche (1979) ECR 461, u kkonfermat f'sentenzi sussegwenti.

[4] That is such a perjodu that does not entail a significant adjustment of existing tangible and intangible assets (see paragraph 23).(4) Jiġifieri perjodu illi ma jinvolvix aġġustament sinjifikanti għal assi eżistenti tanġibbli u intanġibbli (ara paragrafu 23)

[5] elastiċita ta' prezz propju ta' domanda għal prodott X hija kejl tar-risposta tad-domanda ta' X għall-kambjament perċentwali fil-prezzijiet proprji. elastiċita ta' prezz kambjat bejn Prodotti X u Y hija ir-risposta għad-domanda ta' prodott X għall-kambjament perċentwali fil-prezzijiet ta' Prodott Y.

--------------------------------------------------