31997R2382



Official Journal L 329 , 29/11/1997 P. 0036 - 0040


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2382/97

tat-28 ta' Novembru 1997

li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi ta' anqas minn sena għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kif hemm provdut dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1522/96

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistipula r-rati tad-dazju li għandhom jiġu applikati mill-Komunità li jirriżultaw mill-Artikolu XXIV.6 tan-negozjati tal-GATT bħala konsegwenza tad-dħul ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1522/96 [2], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 112/97 [3] jipprovdi għall-ftuħ għall-kwoti tat-tariffi għall-importazzjoni tar-ross mill-Istati Uniti ta' l-Amerika; billi, minkejja dan, il-ftuħ ta' tnejn minn dawn il-kwoti kien pospost sakemm il-konsultazzjonijiet ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jkunu mitmuma; billi, mingħajr ma jinstennew għal dawn il-konsultazzjonijiet li jintemmu, bil-ftehim tal-pajjiż esportatur, żewġ kwoti tat-tariffi għandhom jinfetħu f'inqas minn sena għall-importazzjonijiet ta' ross mitħun u ross nofsu mitħun u ross bil-qoxra;

Billi regoli speċjali għandhom jiġu adottati għall-ġestjoni ta' dawk il-kwoti tat-tariffi;

Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żara' ma tatx fehmitha fil-limitu taż-żmien stipulat mill-preżident tagħha,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-1997 il-kwoti tat-tariffi li ġejjin għar-ross li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kif stipulati fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1522/96 għandhom jinfetħu għall-importazzjonijiet fil-Komunità:

(a) 38721 tunnellata ta' ross mitħun u nofsu mitħun skond iċ-ċifrarju NM 100630 bla ebda dazju.

Ordni tal-Kwota numru 09.4076;

(b) 7642 tunnellata ta' ross bil-qoxra skond iċ-ċifrarju NM 100620 b'dazju ta' 88 EKU kull tunnellata.

Ordni tal-Kwota numru 09.4077.

Artikolu 2

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenza għandhom jiġu ppreżentati ma' l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru relatat matul l-ewwel ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenza dwar il-kwantitajiet li għalihom l-ebda applikazzjoni għal-liċenzi ma tkun saret matul il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ppreżentati matul perjodu ieħor li jibda 20 jum tax-xogħol wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jiskadi ħamest ijiem tax-xogħol wara.

Artikolu 3

1. Minkejja l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95, is-sigurtà għal-liċenji ta' importazzjoni għandhom ikunu:

- 46 EKU kull tunnellata għal kull kwota li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 1(a),

- 22 EKU kull tunnellata għall-kwota li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 1(b).

2. Il-pajjiż ta' oriġini għandu jinkiteb fis-Sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet tal-liċenza u tal-liċenzi ta' importazzjoni u l-kelma "iva" għandha tkun immarkata b'salib.

3. Sezzjoni 24 tal-liċenzi għandu jkollha fuqha waħda minn dawn l-annotazzjonijiet:

(a) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(a):

- Exención del derecho de aduana [Reglamento (CE) no 2382/97],

- Toldfri (Forordning (EF) nr. 2382/97),

- Zollfrei (Verordnung (EG) Nr. 2382/97),

- Ατελώς [Κανονισμός (EK) αριφ. 2382/97],

- Exemption from customs duty (Regulation (EC) No 2382/97),

- Exemption du droit de douane [Règlement (CE) no 2382/97],

- Esenzione dal dazio doganale [Regolamento (CE) n. 2382/97],

- Vrijgesteld van douanerecht (Verordening (EG) nr. 2382/97),

- Isenção do direito aduaneiro [Regulamento (CE) n. 2382/97],

- Tullivapaa (asetus (EY) N:o 2382/97),

- Tullfri (förordning (EG) Nr. 2382/97);

(b) fil-każ tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(b):

- Derecho de aduana reducido a 88 ecus/t [Reglamento (CE) no 2382/97],

- Nedsat told 88 CU/t (Forordning (EF) nr. 2382/97),

- Ermäßtiger Zollsatz von 88 ECU/t (Verordnung (EG) Nr. 2382/97),

- Δασμός μειωμένος σε 88 Ecu/τόνο [Κανονισμός (EK) αριφ. 2382/97],

- Reduced duty to ECU 88 per tonne (Regulation (EC) No 2382/97),

- Droit réduit à 88 écus par tonne [Règlement (CE) no 2382/97],

- Dazio ridotto a 88 ECU/t [Regolamento (CE) n. 2382/97],

- Verminderd douanerecht van 88 ecu/ton (Verordening (EG) nr. 2382/97),

- Direito reduzido a 88 ecus/t [Regulamento (CE) n. 2382/97],

- Tulli, joka on alennetu 88 ecuun/t (asetus (EY) N:o 2382/97),

- Tullsatsen nedsatt till 88 ecu/ton (förordning (EG) Nr. 2382/97).

4. Applikazzjonijiet għal-liċenza ta' importazzjoni għandhom jintlaqgħu biss fejn dawn il-kondizzjonijiet huma eżegwiti:

- l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn persuni pajżana jew legali li għandhom, ta' l-anqas sena mit-tliet snin ta' qabel id-data li jkunu bagħtu l-applikazzjoni, ikunu ingaġġati fil-kummerċ tar-ross jew ikunu bagħtu l-applikazzjonijiet tal-liċenza ta' importazzjoni li tkopri r-ross u kienu ddaħħlu fir-reġistru pubbliku ta' Stat Membru,

- l-applikanti għandhom jibagħtu applikazzjoni unika fl-Istat Membru fejn ikunu mdaħħla f'reġistru pubbliku. Fejn l-applikazzjonijiet jintbagħtu mill-istess persuna f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri, l-ebda waħda minn dawk l-applikazzjonijiet m'għandha tkun milqugħa,

- l-applikazzjoni m'għandhiex tkun relatata ma' kwantità li hi akbar mill-kwantità disponibbli għall-parti u l-kwota relatati. B'danakollu, il-kwantità li jkunu applikaw għaliha ma tistax taqbeż il-5000 tunnellata kull kwota.

Artikolu 4

1. Fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data ta'l-għeluq biex jibagħtu l-applikazzjonijiet għal-liċenza, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, bit-telex jew bil-fax u skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament, bil-kwantitajiet stipulati bl-applikazzjonijiet għal-liċenza ta' importazzjoni, analizzati biċ-ċifrarju NM bi tmien numri u pajjiż ta' oriġini, in-numru tal-liċenza li jkunu applikaw għaliha u l-isem u l-indirizz ta' l-applikant.

Din in-notifikazzjoni għandha ssir ukoll fejn l-applikazzjoni tkun intbagħtet fi Stat Membru.

L-informazzjoni ta' qabel għandha tkun notifikata separatament minn dik dwar applikazzjonijiet oħra ta' liċenzi ta' importazzjoni dwar ir-ross u skond l-istess proċedura.

2. Fi żmien għaxar ġranet mid-data ta'l-għeluq għan-notifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

- tiddeċiedi li fejn l-applikazzjonijiet jistgħu jintlaqgħu. Fejn il-kwantitajiet li japplikaw għalihom jaqbżu dawk disponibbli dwar il-parti fil-kwestjoni, għandha tistabilixxi tnaqqis ta' perċentaġġ uniku biex jiġi applikat għal dawk il-kwantitajiet,

- tistabilixxi l-kwantitajiet disponibbli skond il-parti li ġejja.

3. Jekk it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel daħla tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jirriżulta fi kwantità jew aktar ta' anqas minn 20 tunnellata kull applikazzjoni, l-Istat Membru għandu jalloka t-total ta' dawn il-kwantitajiet bit-tlugħ bil-polza fost l-importaturi relatati f'lottijiet ta' 20 tunnellata u, fejn applikabbli, il-lott li jkun fadal.

Artikolu 5

1. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

Fejn il-kwantità stipulata mil-liċenza ta' importazzjoni maħruġa tkun anqas minn dik li applikaw għaliha, is-sigurtà ffissata fl-Artikolu 3(1) għandha titnaqqas proporzjonalment.

2. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [4], id-drittijiet li jakkumulaw mil-liċenzi ta' importazzjoni m'għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1. Ir-raba' daħla 'l ġewwa ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandhiex tapplika.

2. Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità rilaxxata għal ċirkulazzjoni ħielsa ma tistax taqbeż dik stipulata fis-Sezzjonijiet 17 u 18 tal-liċenza ta' l-importazzjoni. Għal dak il-għan il-figura "0" għandha tiddaħħal fis-Sezzjoni 19 tal-liċenza.

3. L-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika.

4. Il-perjodu ta' validità tal-liċenzi għandu jiġi ffissat skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1162/95 [5].

Artikolu 7

Id-dħul fil-kwota tat-tariffa għandu jkun bil-kondizzjoni li jiġi ppreżentat, meta l-oġġetti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, ċ-ċertifikat tas-servizzi ta' l-ispezzjoni tar-ross komplut skond il-mudell stipulat fl-Anness II u maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, bit-telex jew bil-fax u skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament:

- fi żmien jumejn tax-xogħol mill-ħruġ tagħhom, tal-kwantitajiet, analizzati biċ-ċifrarju NM ta' tmien numri tal-pajjiż ta' oriġini, stipulat bil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa, bid-data tal-ħruġ, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tal-possessur,

- fl-aħħar jum tax-xogħol ta' kull xahar mix-xahar tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, tal-kwantitajiet, analizzati biċ-ċifrarju NM ta' tmien numri, ippakkjar u pajjiż ta' oriġini, attwalment maħruġ għal ċirkulazzjoni ħielsa, bid-data tar-rilaxx, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tal-possessur.

Dawn in-notifiki għandhom isiru wkoll fejn l-ebda liċenza ma tkun ħarġet u l-ebda importazzjonijiet ma jkunu saru.

Artikolu 9

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1522/96 għandu japplika.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-28 ta' Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 334, tat-30.12.1995, p. 1.

[2] ĠU L 190, tal-31.7.1996, p. 1.

[3] ĠU L 20, tat-23.1.1997, p. 23.

[4] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[5] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ROSS - REGOLAMENT (KE) Nru 2382/97

BIDU TAL-GRAFIKA

Applikazzjoni għal-liċenza ta' importazzjoni [1]

Ħruġ ta' liċenza ta' importazzjoni [2]

Rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa [3]

Lil: DG VI-C-2

Fax: (00 32 2) 296 60 21

+++++ TIFF +++++

[1] Ħassar kif jixraq.

[2] Ħassar kif jixraq.

[3] Ħassar kif jixraq.

--------------------------------------------------

ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΤΗΜΑ ΙΙANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------