31997R2325



Official Journal L 322 , 25/11/1997 P. 0033 - 0035


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2325/97

ta' l-24 ta' Novembru 1997

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 (2) u (4) tiegħu,

Billi, għall-ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, kien mitlub tagħrif addizjonali sabiex jiġi żgurat illi dawn kienu jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament; billi dan it-tagħrif addizjonali juri illi d-denominazzjonijiet iħarsu l-Artikolu msemmi; billi huma għandhom għalhekk jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1065/97 [4];

Billi, wara l-adeżjoni ta’ tliet Stati Membri ġodda, il-perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur ipprovdut fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu jibda mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom; billi wħud mid-denominazzjonijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu rreġistrati;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma' dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1.

[4] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II TAT-TRATTAT

Il-Laħam frisk (u l-interjuri)

FRANZA

"—Il-Porc de la Sarthe | (OFJ) |

—Il-Porc de Normandie | (OFJ) |

—Il-Porc de Vendée | (OFJ) |

—Il-Porc du Limousin | (OFJ)" |

Il-Ġobnijiet

IL-ĠERMANJA

"—L-Odenwälder Frühstückskäse | (OEM)" |

L-AWSTRIJA

"—It-Tirolere Almkäse/Tiroler Alpkäse | (OEM)" |

L-ISVEZJA

"—L-iSvecia | (OFJ)" |

Iż-Żjut u x-xaħmijiet

IL-ĠERMANJA

"—Il-Lausitzer Leinöl | (OFJ)" |

Iż-Żejt taż-żebbuġa

L-ITALJA

"—Il-Garda | (OEM) |

—Id-Dauno | (OEM) |

—Il-Colline Teatine | (OEM) |

—Il-Monti Iblei | (OEM) |

—Il-Laghi Lombardi | (OEM) |

—Il-Valli Trapanesi | (OEM) |

—It-Terra di Bari | (OEM) |

—L-Umbria | (OEM)" |

Il-Frott u l-ħaxix ta' l-ikel

L-ITALJA

"—Il-Clementine di Calabria | (OFJ) |

—In-Nocciola di Giffoni | (OFJ) |

—L-iScalogno di Romagna | (OFJ) |

—L-Uva da tavola di Canicattì | (OFJ)" |

Il-Ħut frisk, il-molluski u l-krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom

IL-ĠERMANJA

"—L-iSchwarzwaldforelle | (OFJ)" |

B. IL-PRODOTTI TA' L-IKEL ELENKATI Fl-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

Il-Birra

IL-ĠERMANJA

"—Il-Kölsch | (OFJ) |

—Ir-Rieser Weizenbier | (OFJ)" |

Il-Ħobż, l-għaġina, il-kejkijiet, il-prodotti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnara għall-bejgħ,

L-ITALJA

"—Il-Pane casareccio di Genzano | (OFJ)" |

Ċ. IL-PRODOTTI AGRIKOLI ELENKATI Fl-ANNESS II MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

FRANZA

"—Il-Foin de Crau | (OEM)" |

--------------------------------------------------