Official Journal L 315 , 19/11/1997 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2288/97 tat-18 ta’ Novembru 1997 li jipprovdi l-istandards tal-marketing għat-tewm IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi t-tewm huwa elenkat f’L-Anness I mar-Regolamnet (KE) Nru 2200/96 bħala wieħed mill-prodotti li għalihom għandhom jiġu adottati standards; billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 10/65/KEE tas-26 ta’ Jannar 1965 li jistabbilixxi l-istandards komuni tal-kwalità għat-tewm [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/97 [3], ġie emendat numru ta’ drabi u m’għadux legalment ċar; Billi r-regoli interessati għandhom jiġu abbozzati mill-ġdid u r-Regolament Nru 10/65/KEE jiġi mħassar; billi, għar-raġuni tat-trasparenza fis-suq dinji, għandhom jitqiesu l-istandards għat-tewm irrakkommandati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa; Billi, sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ fit-tewm, l-istandards Komunitarji dwar il-preżentazzjoni tal-prodott għandhom jiġu simplifikati sabiex dawn isiru anqas restrittivi mill-istandards internazzjonali rakkommandati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa; Billi l-applikazzjoni ta’ l-istandards għandha telimina l-prodotti ta’ kwalità fqira mis-suq, tidderieġi l-produzzjoni tat-tewm sabiex tissodisfa l-ħtiġiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni imparzjali, u b’hekk tgħin sabiex jittejjeb il-qligħ; Billi l-istandards japplikaw fl-istadji kollha tal-kummerċ; billi t-trasport fuq distanzi kbar, il-ħażna għal ċertu perjodu taż-żmien u t-tqandil li l-prodott jgħaddi minnu jistgħu jirriżultaw f’xi deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodott u l-fatt li l-prodott jeħżien; billi għandha titqies din id-deterjorazzjoni meta l-istandards jiġu applikati fl-istadji tal-marketing wara d-dispaċċ; billi, ġaladarba l-prodotti fil-klassi "Extra" iridu jiġu magħżula u jiġu ppakkjati b’attenzjoni speċjali, għandha tiġi permessa konċessjoni biss għal xi telf ta’ freskezza u n-nefħa tiegħu; Billi l-miżuri pprovvduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel Friski, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-istandards tal-marketing tat-tewm li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 07032000 għandhom ikunu dawk kif iddikjarati fl-Anness ta’ ma’ hawn. 2. L-istandards għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-marketing skond il-kondizzjonijiet stabbliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96. Fl-istadju ta’ wara d-dispaċċ, madankollu, il-prodott meta mqabbel ma’ l-istandards jista’ juri: - telf żgħir tal-freskezza u n-nefħa, - deterjorazzjoni ħafifa fil-każ tat-tewm fi klassijiet oħra għajr l-"Extra", minħabba l-izvilupp tal-prodott u l-fatt li jeħżien. Artikolu 2 Ir-Regolament Nru 10/65/KEE huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Novembru 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU C 19, tal-5.2.1965, p. 246/65. [3] ĠU L 126, tas-17.5.1997, p. 11. -------------------------------------------------- ANNESS L-ISTANDARDS GĦAT-TEWM I. ID-DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dan l-istandard japplika għat-tewm tal-varjetajiet (varjetajiet imnissla bil-kultivazzjoni) imkabbra mill-Allium sativum L. Li jrid jiġi fornit lill-konsumatur frisk [1], nofsu niexef [2] jew niexef [3], bl-esklużjoni tat-tewm aħdar bil-weraq sħaħ u s-snien mhux żviluppati u t-tewm għall-proċessar industrijali. II. ID-DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ Il-għan ta’ l-istandard huwa sabiex jiddefinixxi l-ħtiġiet tal-kwalità tat-tewm wara t-tħejjija u l-pakkjar. A. Il-Ħtiġiet minimi Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, l-irjus iridu jkunu: - sodi; il-prodott affettwat mit-taħsir jew id-deterjorazzjoni hekk illi ma jibqax tajjeb għall-konsumtant irid jiġi eskluż, - prattikament ħielsa mill-insetti ta’ ħsara, - prattikament ħielsa mill-ħsara kkawżata mill-insetti tal-ħsara, - nodfa, prattikament ħielsa minn kull materjal barrani viżibbli, - qawwija, - ħielsa mill-ħsara kkawżata mill-ġlata jew mix-xemx, - ħielsa min-nebbieta viżibbli minn barra, - ħielsa mill-irtubija anormali fuq barra, - ħielsa minn kull riħa u/jew togħma barranin [4]. L-izvilupp u l-kondizzjoni tat-tewm għandhom ikunu hekk illi jippermettu: - li jkun jiflaħ għat-trasport u t-tqandil, u - li jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad- destinazzjoni. B. Il-Klassifika It-tewm huwa kklasifikat fi tliet kategoriji definiti hawn taħt: (i) il-Klassi "Extra" It-tewm f’din il-klassi għandu jkun tal-kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali [5]. L-irjus iridu jkunu: - sħaħ, - ta’ għamla regolari, - imnaddfa sewwa. Iridu jkunu ħielsa mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ tbajja’ ħfief superfiċjali, sakemm dawn ma’ jaffetwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett. Is-snien iridu jkunu kompatti: Il-għeruq tat-tewm niexef iridu jiġu maqtugħa eżatt mar-ras. (ii) il-Klassi I It-tewm f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali [6]. L-irjus iridu jkunu: - sħaħ, - ta’ għamla regolari mhux ħażin. Madankollu, id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu jkunu permessi sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità fiż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett. - qsim ħafif fil-qoxra ta’ barra tar-ras. Is-snien iridu jkunu raġjonevolment kompatti (iii) il-Klassi II Din il-klassi tinkludi t-tewm li ma jikkwalifikax għalbiex jiġi inkluż fil-klassijiet superjuri, iżda jissodisfa l-ħtiġiet minimi msemmija hawn fuq. Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin, sakemm it-tewm iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità fiż-żamma u l-preżentazzjoni: - qsim fil-qoxra ta’ barra jew partijiet nieqsa mill-qoxra ta’ barra tar-ras, - ġrieħi mfejqa, - tbenġiliet ħfief, - għamla irregolari, - sa tliet sinniet nieqsa. III. ID-DISPOSIZZJONIJIET LI JIRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS Id-daqs jiġi stabbilit skond id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali. (i) Id-dijametru minimu huwa iffissat għal 45mm għat-tewm ikklassifikat fil-klassi "Extra" u għal 30 mm għat-tewm ikklassifikat fil-klassijiet I u II. (ii) Għat-tewm ippreżentat sinna sinna — biz-zkuk maqtugħin — jew bil-qatta, id-differenza fid-dijametru bejn l-iżgħar u l-ikbar ras fl-istess pakkett ma’ tistax tkun aktar minn: - 15 mm meta d-dijametru tal-iżgħar ras huwa anqas minn 40 mm, - 20 mm meta d-dijametru tal-iżgħar ras huwa 40 mm jew aktar. IV. ID-DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGARDAW IT-TOLLERANZA Huma permessi tolleranzi rigward il-kwalità u daqs f’kull pakkett, jew kull lott meta t-tewm jiġi ppreżentat sinna sinna, għall-prodott li ma’ jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata. A. It-Tolleranza fil-Kwalità (i) il-Klassi "Extra" 5 % fl-użin tat-tewm li ma’ jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranza ta’ din il-klassi. (ii) il-Klassi I 10 % fl-użin tat-tewm li ma’ jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezjonalment, li jidħol fit-tolleranza ta’ din il-klassi. F’din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % fl-użin ta’ l-irjus jista’ jkollhom is-snien b’nebbieta li tidher minn barra. (iii) il-Klassi II 10 % fl-użin tat-tewm li ma jissodisfa la l-ħtiġiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodott imħassar jew attakkat mill-ġlata jew mix-xemx, jew kull deterjorazzjoni oħra li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum. B’żieda ma’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 5 % fl-użin ta’ l-irjus jista’ jkollhom snien b’nebbieta li tidher minn barra. B. It-Tolleranza fid-Daqs Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-użin tat-tewm li ma’ jissodisfax il-ħtiġiet rigward il-għoti tad-daqs u d-daqs indikat iżda li jikkonforma mad-daqs immedjatament ikbar u/jew iżgħar minn dak speċifikat. F’din it-tolleranza, mhux iktar minn 3 % ta’ l-irjus jista’ jkollhom dijametru iżgħar mill-minimu speċifikat iżda mhux inqas minn 25 mm. V. ID-DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI A. L-Uniformità Il-kontenut ta’ kull pakkett, jew ta’ kull lott tal-prodott ippreżentati bil-massa, iridu jkun uniformi u jikkonsistu biss f’tewm ta’ l-istess oriġini, varjetà u tip kumerċjali, kwalità u daqs (jekk ikun mogħti d-daqs). Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkett, jew tal-lott ippreżentat sinna sinna, għandhom ikun rrapreżentattivi tal-kontenut kollu. B. L-Ipakkjar Bl-eċċezzjoni tat-tewm niexef li jiġi ppreżentat f’qatet twal, li jista’ jinġarr bil-massa (imgħobbi direttament f’vettura tat-trasport), it-tewm irid ikun ippakkjat hekk illi l-prodott jiġi protett sewwa. Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk illi jevitaw kull ħsara minn ġewwa jew fuq barra lill-prodott. Huwa permses l-użu tal-materjali b’mod partikolari l-karta jew it-timbri, li jġorru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali, sakemm l-istampar jew it-tikkettjar ikunu saru b’żebgħa jew b’linka mhux tossiċi. Il-pakketti, jew il-lottijiet tal-prodott ippreżentati bil-massa, iridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani. Ċ. Il-Preżentazzjoni It-tewm irid jiġi ppreżentat kif ġej: (i) waħda waħda fil-pakkett, biz-zkuk maqtugħin, bit-tul taz-zkuk li ma jaqbiżx: - l-10 ċm fil-każ tat-tewm frisk u nofsu niexef, - it-3 ċm fil-każ tat-tewm niexef; (ii) f’qatet skond: - in-numru ta’ l-irjus, - l-użin nett. Iz-zkuk għandhom ikunu maqtugħa invellati daqs xuxlxin; (iii) fil-każ tat-tewm niexef u nofsu niexef biss, f’qatet twal skond: - numru ta’ l-irjus, fejn irid ikun hemm mill-inqas sitt irjus f’kull qatta, - l-użin nett. Fil-każ tal-preżentazzjoni f’qatet jew qatet twal, kull pakkett għandu jkollu karatteristiċi uniformi (fin-numru ta’ l-irjus jew fl-użin nett). Irrispettivament mit-tip tal-preżentazzjoni, iz-zkuk iridu jkunu maqtugħa b’mod nadif, bħal kif għandhom ikunu maqtugħa l-għeruq fil-każ tat-tewm niexef ikklassifikat fil-klassi "Extra". VI. ID-DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IL-GĦOTI TAL-MARKA Kull pakkett irid iġorr il-partikolaritajiet li ġejjin, f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqraw u b’mod li ma jitħassrux, u li jidhru minn barra. Għat-tewm f’qatet twal ittrasportat bil-massa (imgħobbi direttament f’vettura), il-partikolaritajiet għandhom jidhru fuq dokument li jakkumpanja l-oġġetti, u mwaħħal f’pożizzjoni fejn jidher ġewwa l-vettura tat-trasport. A. L-Identifikazzjoni Il-persuna li tippakkja u/jew li tiddispaċċja l-prodott: L-isem u l-indirizz u/jew l-marka tal-kodiċi maħruġa jew aċċetata uffiċjalment. Madankollu, fil-każ meta tiġi wżata marka ta’ kodiċi, trid tiġi indikata r-referenza "il-pakkjatur u/jew id-dispaċċjatur (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti)" qrib il-marka tal-kodiċi. B. In-Natura tal-prodott - It-"Tewm frisk", it-"tewm nofsu niexef" jew it-"tewm niexef" jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra. - L-isem tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali ("tewm abjad", "tewm roża", eċċ.). - "Iffumigat", meta approprjat. Ċ. L-Oriġini tal-prodott Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn ikun ġie mkabbar il-prodott, jew l-isem tan-nazzjon, tar-reġjun, jew tal-lokal. D. L-Ispeċifikazzjonijiet Kummerċjali - Il-Klassi - Id-daqs (jekk ikun mogħti daqs) espress bħala l-minimu u l-massimu tad-dijametri ta’ l-irjus. E. Il-Marka tal-kontroll uffiċjali (bil-għażla) [1] “Tewm frisk” ifisser prodott b’zokk “aħdar” u bil-qoxra ta’ barra tar-ras għadha friska. [2] “Tewn nofsu niexef” ifisser prodott biz-zokk u l-qoxra ta’ barra tar-ras mhux niexfa għal kollox. [3] “Tewm niexef” ifisser prodott li fih iz-zokk, il-qoxra ta’ barra tar-ras u l-qoxra madwar kull sinna niexfa għal kollox. [4] Din id-disposizzjoni ma’ tipprekludix riħa u/jew togħma speċifiċi kkawżati mill-fumigazzjoni. [5] Din id-disposizzjoni ma’ tipprekludix kulur differenti minħabba l-fumigazzjoni. [6] Din id-disposizzjoni ma’ tipprekludix kulur differenti minħabba l-fumigazzjoni. --------------------------------------------------